Surah Aal-i-Imraan — The Family of Imraan

Surah Aal-i-Imraan (The Family of Imraan) is chapter 3 of the Quran, with 200 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.

الٓمٓ

Alif Lam. Mim

Ayah 1

ٱللَّهُ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ ٱلۡحَيُّ ٱلۡقَيُّومُ

Alla ma hemmx alla ħliefu il-Ħaj, Dak li jżomm minnu nnifsu għal dejjem

Ayah 2

نَزَّلَ عَلَيۡكَ ٱلۡكِتَٰبَ بِٱلۡحَقِّ مُصَدِّقࣰ ا لِّمَا بَيۡنَ يَدَيۡهِ وَأَنزَلَ ٱلتَّوۡرَىٰةَ وَٱلۡإِنجِيلَ

Huwa niżżel fuqek (Muħammad) il-Ktieb (il-Qoran) bis-sewwa, li jseddaq dawk (il-Korba li niżlu) qablu. U niżżel it-Tord u l-Evanġelju

Ayah 3

مِن قَبۡلُ هُدࣰ ى لِّلنَّاسِ وَأَنزَلَ ٱلۡفُرۡقَانَۗ إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ لَهُمۡ عَذَابࣱ شَدِيدࣱۗ وَٱللَّهُ عَزِيزࣱ ذُو ٱنتِقَامٍ

qabel, bħala tmexxija tajba għan-nies, u niżżel il-Qjies (li hu l-Qoran, li juri t-tajjeb u l-ħażin). Dawk li jiċħdu r- Rivelazzjoni ta' Alla għandhom kastig qalil. Alla Qawwi u jpattiha (lill-ħżiena b''kastig aħrax)

Ayah 4

إِنَّ ٱللَّهَ لَا يَخۡفَىٰ عَلَيۡهِ شَيۡءࣱ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَا فِي ٱلسَّمَآءِ

Tabilħaqq li ma hemm xejn moħbi minn Alla, la fl-art u lanqas fis-sema

Ayah 5

هُوَ ٱلَّذِي يُصَوِّرُكُمۡ فِي ٱلۡأَرۡحَامِ كَيۡفَ يَشَآءُۚ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Huwa li jsawwarkom fil-ġwief, kif irid. Ma hemmx alla ħliefu il-Felħan, l-Għaref

Ayah 6

هُوَ ٱلَّذِيٓ أَنزَلَ عَلَيۡكَ ٱلۡكِتَٰبَ مِنۡهُ ءَايَٰتࣱ مُّحۡكَمَٰتٌ هُنَّ أُمُّ ٱلۡكِتَٰبِ وَأُخَرُ مُتَشَٰبِهَٰتࣱۖ فَأَمَّا ٱلَّذِينَ فِي قُلُوبِهِمۡ زَيۡغࣱ فَيَتَّبِعُونَ مَا تَشَٰبَهَ مِنۡهُ ٱبۡتِغَآءَ ٱلۡفِتۡنَةِ وَٱبۡتِغَآءَ تَأۡوِيلِهِۦۖ وَمَا يَعۡلَمُ تَأۡوِيلَهُۥٓ إِلَّا ٱللَّهُۗ وَٱلرَّٰسِخُونَ فِي ٱلۡعِلۡمِ يَقُولُونَ ءَامَنَّا بِهِۦ كُلࣱّ مِّنۡ عِندِ رَبِّنَاۗ وَمَا يَذَّكَّرُ إِلَّآ أُوْلُواْ ٱلۡأَلۡبَٰبِ

Huwa li niżżel fuqek (Muħammad) il-Ktieb. Fih hemm versi li t-tifsir tagħhom huwa mill-aktar ċar huma Omm il-Ktieb. (Versi) oħra jista' jkollhom aktar minn tifsira waħda, Issa dawk li fi qlubhom hemm l-għawġ, (arahom) jimxu fuq dawk (il-versi) li jista' jkollhom aktar minn tifsira waħda, għaliex iridu (joħolqu) it-taħwid, u jridu (mingħalihom) ifissruhom. Ħadd ħlief Alla ma jaf it-tifsir (sħiħ) tagħhom. Dawk midħla sew ta' l-għerf jgħidu: ĊNemmnu fih fil-Krieb). Kollu fġej) mingħand Sidnaf' Iżda ħadd ma jżomm f'rasu (dan il-kliem) għajr dawk ta' dehen

Ayah 7

رَبَّنَا لَا تُزِغۡ قُلُوبَنَا بَعۡدَ إِذۡ هَدَيۡتَنَا وَهَبۡ لَنَا مِن لَّدُنكَ رَحۡمَةًۚ إِنَّكَ أَنتَ ٱلۡوَهَّابُ

(Huma jgħidu:) ''Sidna, la tħallix. li-qlubna. jitilfu triqithom. wara li qabbadina t-triq it-tajba, u agħtina ħniena mingħandek. Inti. tabilħaqq tagħti: b'idejk miftuħin

Ayah 8

رَبَّنَآ إِنَّكَ جَامِعُ ٱلنَّاسِ لِيَوۡمࣲ لَّا رَيۡبَ فِيهِۚ إِنَّ ٱللَّهَ لَا يُخۡلِفُ ٱلۡمِيعَادَ

Sidna, inti tiġma' n-nies għal Jum li ma hemmx dubju dwaru.'' Alla tabilħaqq ma jiksirx il-wegħda

Ayah 9

إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَن تُغۡنِيَ عَنۡهُمۡ أَمۡوَٰلُهُمۡ وَلَآ أَوۡلَٰدُهُم مِّنَ ٱللَّهِ شَيۡـࣰٔ اۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمۡ وَقُودُ ٱلنَّارِ

Dawkeli-ma' jemmnux xejn ma jħarishom' ġidhom, u I lanqas uliedhom, minn Alla (u mill-kastig tiegħu). Dawk. l huma ħatab in-Nar

Ayah 10

كَدَأۡبِ ءَالِ فِرۡعَوۡنَ وَٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡۚ كَذَّبُواْ بِـَٔايَٰتِنَا فَأَخَذَهُمُ ٱللَّهُ بِذُنُوبِهِمۡۗ وَٱللَّهُ شَدِيدُ ٱلۡعِقَابِ

Bħal (dak li ġara lil) nies il-Fargħun, u lil-dawk ta' qabilhom: Huma giddbu s-sinjali tagħna, u Alla ħadhom bi dnubiethom. Alla Qalil fil-kastig

Ayah 11

قُل لِّلَّذِينَ كَفَرُواْ سَتُغۡلَبُونَ وَتُحۡشَرُونَ إِلَىٰ جَهَنَّمَۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمِهَادُ

Għid (Muħammad) lil-dawk li- ma jemmnux: ''Se tingħelbu, u. tinġabru għall-Infern. Ta' għajb il-friex (tagħkom fin-Nar)

Ayah 12

قَدۡ كَانَ لَكُمۡ ءَايَةࣱ فِي فِئَتَيۡنِ ٱلۡتَقَتَاۖ فِئَةࣱ تُقَٰتِلُ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ وَأُخۡرَىٰ كَافِرَةࣱ يَرَوۡنَهُم مِّثۡلَيۡهِمۡ رَأۡيَ ٱلۡعَيۡنِۚ وَٱللَّهُ يُؤَيِّدُ بِنَصۡرِهِۦ مَن يَشَآءُۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَعِبۡرَةࣰ لِّأُوْلِي ٱلۡأَبۡصَٰرِ

Diġà kellkom sinjal (ta' dan) f'żewġ ġemgħat. li Itaqgħu (fit-taqbida ta' Badr): ġemgħa (ta' Misilmin) tqabdet għal Alla, u oħra (dik tal-pagani mit-tribi ta' Qurajx minn Mekka) li ma temminx. (Is-suldati paġani) raw b'għajnejhom stess li (l-arrrata Misilma) kienet id- doppju tagħhom. Alla jsaħħaħ bl-għajnuna tiegħu lil-min irid. F'dan. tabilħaqq hawn tagħlima għal dawk li għandhom għajnejn biex jaraw (u jifhmu)

Ayah 13

زُيِّنَ لِلنَّاسِ حُبُّ ٱلشَّهَوَٰتِ مِنَ ٱلنِّسَآءِ وَٱلۡبَنِينَ وَٱلۡقَنَٰطِيرِ ٱلۡمُقَنطَرَةِ مِنَ ٱلذَّهَبِ وَٱلۡفِضَّةِ وَٱلۡخَيۡلِ ٱلۡمُسَوَّمَةِ وَٱلۡأَنۡعَٰمِ وَٱلۡحَرۡثِۗ ذَٰلِكَ مَتَٰعُ ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَاۖ وَٱللَّهُ عِندَهُۥ حُسۡنُ ٱلۡمَـَٔابِ

Iżżejnet lin-nies l-imħabba tax-xewat (imqanqla) min- nisa, l-ulied, il-qnatar fuq qnatar ta' deheb u fidda, iż- żwiemel immarkati (għaliex. tar-razza), il-frat u l- għelieqi. Din hija t-tgawdija (fiergħa) tal-ħajja ta' din id- dinja, Għand Alla l-aħjar wasla u ħlas (għaż-rajbin)

Ayah 14

۞قُلۡ أَؤُنَبِّئُكُم بِخَيۡرࣲ مِّن ذَٰلِكُمۡۖ لِلَّذِينَ ٱتَّقَوۡاْ عِندَ رَبِّهِمۡ جَنَّٰتࣱ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَا وَأَزۡوَٰجࣱ مُّطَهَّرَةࣱ وَرِضۡوَٰنࣱ مِّنَ ٱللَّهِۗ وَٱللَّهُ بَصِيرُۢ بِٱلۡعِبَادِ

(Għidilhom: Muħammad): ''Triduni ngħarrafkom b'dak li hu aħjar minn dawk (il-ħwejjeġ fiergħa) 7 Għal dawk li jibżgħu (inn Ala) għand Sidhom hemm Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. (Hemm ikollhom) nisa safjin u l-għaxqa minn Alla. Alla jara sew il-qaddejja (tiegħu)

Ayah 15

ٱلَّذِينَ يَقُولُونَ رَبَّنَآ إِنَّنَآ ءَامَنَّا فَٱغۡفِرۡ لَنَا ذُنُوبَنَا وَقِنَا عَذَابَ ٱلنَّارِ

(Huma) dawk li: jgħidu: 'Sidna, aħna tabilħaqq nemmnu. Mela aħfrilna dnubietna u ħarisna mill-kastig tan-Nar

Ayah 16

ٱلصَّٰبِرِينَ وَٱلصَّٰدِقِينَ وَٱلۡقَٰنِتِينَ وَٱلۡمُنفِقِينَ وَٱلۡمُسۡتَغۡفِرِينَ بِٱلۡأَسۡحَارِ

(Huma) dawk li jistabru (fis-sewwa u fid-dnewwa), li jgħidu s-sewwa (u jagħmlu l-ġid); li joqogħdu (għal Alla) bil-qima, li jonfqu (fil-karità) u li jitolbu l-maħfra maż- żerniq

Ayah 17

شَهِدَ ٱللَّهُ أَنَّهُۥ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ وَٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ وَأُوْلُواْ ٱلۡعِلۡمِ قَآئِمَۢا بِٱلۡقِسۡطِۚ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Alla jixhed li tabilħaqq ma hemmx alla ħliefu, (u hekk ukoll jixhdu) l-anġli u dawk mogħnija bl-għerf. Huwa jimxi bil-ġustizzja. Ma hemmx alla ħliefu il-Qawwi, l- Għaref

Ayah 18

إِنَّ ٱلدِّينَ عِندَ ٱللَّهِ ٱلۡإِسۡلَٰمُۗ وَمَا ٱخۡتَلَفَ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ إِلَّا مِنۢ بَعۡدِ مَا جَآءَهُمُ ٱلۡعِلۡمُ بَغۡيَۢا بَيۡنَهُمۡۗ وَمَن يَكۡفُرۡ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ فَإِنَّ ٱللَّهَ سَرِيعُ ٱلۡحِسَابِ

Id-din (tassew) għand Alla huwa l-Islam. Dawk (il- Lhud u l-Insara) li ngħataw il-Ktieb ma tlewmux jekk mhux wara li kien ġiehom l-għerf, minħabba l-inġustizzja kontra xulxin. Min jiċħad is-sinjali ta' Alla, (jeħtieġ jiftakar li) Allà tabilħaqq malajr jagħmel il-kontijiet

Ayah 19

فَإِنۡ حَآجُّوكَ فَقُلۡ أَسۡلَمۡتُ وَجۡهِيَ لِلَّهِ وَمَنِ ٱتَّبَعَنِۗ وَقُل لِّلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ وَٱلۡأُمِّيِّـۧنَ ءَأَسۡلَمۡتُمۡۚ فَإِنۡ أَسۡلَمُواْ فَقَدِ ٱهۡتَدَواْۖ وَّإِن تَوَلَّوۡاْ فَإِنَّمَا عَلَيۡكَ ٱلۡبَلَٰغُۗ وَٱللَّهُ بَصِيرُۢ بِٱلۡعِبَادِ

Għalhekk. (Muħammad), jekk. (il-Lhud u l-Insara) iħaqquha miegħek. (dwar. l-Islam); għidilhom: ''Intlaqt f'idejn Alla, u anki dawk li jimxu warajja.' U għid lil dawk (il-Lhud u l-Insara) li ngħataw il-Ktieb u lil dawk (il-pagani) bla tagħlim: 'Jaqaw intlaqtu (intom ukoll) f'idejn Alla 7' Jekk isiru Misilmin, ikunu fit-triq it-tajba, u jekk jagħtu daharhom. (u ma jagħtux widen), dmirek ikun biss (Żi twasslilhom) it-taħbira. Alla jara sew lill- qaddejja (tiegħu)

Ayah 20

إِنَّ ٱلَّذِينَ يَكۡفُرُونَ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ وَيَقۡتُلُونَ ٱلنَّبِيِّـۧنَ بِغَيۡرِ حَقࣲّ وَيَقۡتُلُونَ ٱلَّذِينَ يَأۡمُرُونَ بِٱلۡقِسۡطِ مِنَ ٱلنَّاسِ فَبَشِّرۡهُم بِعَذَابٍ أَلِيمٍ

Tabilħaqq li (fil) dawk li jiċħdu s-sinjali ta' Alla, joqtlu l-Profeti mingħajr ħaqq, u joqtlu lil dawk fost in-nies li jamru l-ġustizzja, ħabbrilhom kastig ta' wġigħ (li ġej fuqhom)

Ayah 21

أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ حَبِطَتۡ أَعۡمَٰلُهُمۡ فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِ وَمَا لَهُم مِّن نَّٰصِرِينَ

Huma dawk li l-għemejjel tagħhom f'din id-dinja u fl- Oħra sfaw fix-xejn, u ma għandhomx min jgħinhom

Ayah 22

أَلَمۡ تَرَ إِلَى ٱلَّذِينَ أُوتُواْ نَصِيبࣰ ا مِّنَ ٱلۡكِتَٰبِ يُدۡعَوۡنَ إِلَىٰ كِتَٰبِ ٱللَّهِ لِيَحۡكُمَ بَيۡنَهُمۡ ثُمَّ يَتَوَلَّىٰ فَرِيقࣱ مِّنۡهُمۡ وَهُم مُّعۡرِضُونَ

Mela ma tajtx (x'ġara, Muħammad) lil dawk (il-Lhud) li ngħataw sehem mill-Ktieb 2 Huma kienu msejħa lejn il- Ktieb ta' Alla biex jagħmel ħaqq minnhom. imbagħad ġemgħa minnhom tat daharha (ma tatx widen) u warrbet (il-kelma ta' Alla)

Ayah 23

ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ قَالُواْ لَن تَمَسَّنَا ٱلنَّارُ إِلَّآ أَيَّامࣰ ا مَّعۡدُودَٰتࣲۖ وَغَرَّهُمۡ فِي دِينِهِم مَّا كَانُواْ يَفۡتَرُونَ

Dak għaliex huma qalu: ''Ma huwiex se jmissna n-Nar, ħlief għal xi jiem magħduda Dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom qarraq bihom dwar ir-reliġjon tagħhom

Ayah 24

فَكَيۡفَ إِذَا جَمَعۡنَٰهُمۡ لِيَوۡمࣲ لَّا رَيۡبَ فِيهِ وَوُفِّيَتۡ كُلُّ نَفۡسࣲ مَّا كَسَبَتۡ وَهُمۡ لَا يُظۡلَمُونَ

U kif (se jibqgħu) meta niġimgħuhom għal (dak il-) Jum li ma hemmx dubju dwaru (tal-Qawmien mill- imwiet, meta) kull ruħ titħallas ta' dak li kisbet, u ma ssirx inġustizzja magħhom

Ayah 25

قُلِ ٱللَّهُمَّ مَٰلِكَ ٱلۡمُلۡكِ تُؤۡتِي ٱلۡمُلۡكَ مَن تَشَآءُ وَتَنزِعُ ٱلۡمُلۡكَ مِمَّن تَشَآءُ وَتُعِزُّ مَن تَشَآءُ وَتُذِلُّ مَن تَشَآءُۖ بِيَدِكَ ٱلۡخَيۡرُۖ إِنَّكَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرࣱ‏

Għid: 'O Alla, Sid is-saltna (u l-qawwa), Inti tagħti s- saltna lil min trid, u tneżża' mis-saltna lil-min trid. Inti tagħti ġieħ lil min trid, u tkasbar lil min trid. F'idek il- ġid. Inti tabilħaqq fuq kollox Setgħan

Ayah 26

تُولِجُ ٱلَّيۡلَ فِي ٱلنَّهَارِ وَتُولِجُ ٱلنَّهَارَ فِي ٱلَّيۡلِۖ وَتُخۡرِجُ ٱلۡحَيَّ مِنَ ٱلۡمَيِّتِ وَتُخۡرِجُ ٱلۡمَيِّتَ مِنَ ٱلۡحَيِّۖ وَتَرۡزُقُ مَن تَشَآءُ بِغَيۡرِ حِسَابࣲ‏

Inti ddaħħal il-lejl fin-nhar, u ddaħħal in-nhar fil-lejl; toħroġ il-ħaj mill-mejjet, u toħroġ il-mejjet mill-ħaj. Inti tagħti l-ġid lil min trid, bla qjies

Ayah 27

لَّا يَتَّخِذِ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ ٱلۡكَٰفِرِينَ أَوۡلِيَآءَ مِن دُونِ ٱلۡمُؤۡمِنِينَۖ وَمَن يَفۡعَلۡ ذَٰلِكَ فَلَيۡسَ مِنَ ٱللَّهِ فِي شَيۡءٍ إِلَّآ أَن تَتَّقُواْ مِنۡهُمۡ تُقَىٰةࣰۗ وَيُحَذِّرُكُمُ ٱللَّهُ نَفۡسَهُۥۗ وَإِلَى ٱللَّهِ ٱلۡمَصِيرُ

Dawk li jemmnu ma għandhomx jieħdu b'alleati tagħhom lil dawk li ma jemmnux, minflok (ma jieħdu lil dawk bħalhom) li emmnu. Min jagħmel hekk, ma huwa f'xejn ma' Alla, ħlief biex titħarsu minnhom (jekk ikun hemm bżonn). Alla jwissikom biex tibżgħu minnu, Lura lejn Alla t-tmiem (ta' kull bniedem fl-Aħħar Jum)

Ayah 28

قُلۡ إِن تُخۡفُواْ مَا فِي صُدُورِكُمۡ أَوۡ تُبۡدُوهُ يَعۡلَمۡهُ ٱللَّهُۗ وَيَعۡلَمُ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۗ وَٱللَّهُ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرࣱ‏

Għid (Muħammad): ''Sew jekk taħbu dak li għandkom fi qlubkom, u sew jekk turuh, Alla jaf bih, u jaf b'dak li hemm fis-smewwiet u b'dak li hemm fl-art. Alla fuq kollox Setgħan

Ayah 29

يَوۡمَ تَجِدُ كُلُّ نَفۡسࣲ مَّا عَمِلَتۡ مِنۡ خَيۡرࣲ مُّحۡضَرࣰ ا وَمَا عَمِلَتۡ مِن سُوٓءࣲ تَوَدُّ لَوۡ أَنَّ بَيۡنَهَا وَبَيۡنَهُۥٓ أَمَدَۢا بَعِيدࣰ اۗ وَيُحَذِّرُكُمُ ٱللَّهُ نَفۡسَهُۥۗ وَٱللَّهُ رَءُوفُۢ بِٱلۡعِبَادِ

Fil-Jum meta kull ruħ issib quddiemha. t-tajjeb. li għamlet u l-ħażin li għamlet, hija tkun tixtieq li kieku bejnha u bejnu (il-ħażen tagħha) kien hemm bogħod bla tarf. Alla jwissikom biex minnu tibżgħu. Alla huwa Kollu Tjubija mal-qaddejja (tiegħu)

Ayah 30

قُلۡ إِن كُنتُمۡ تُحِبُّونَ ٱللَّهَ فَٱتَّبِعُونِي يُحۡبِبۡكُمُ ٱللَّهُ وَيَغۡفِرۡ لَكُمۡ ذُنُوبَكُمۡۚ وَٱللَّهُ غَفُورࣱ رَّحِيمࣱ‏

Għid (Muħammad): ''Jekk tħobbu lil Alla, mela imxu warajja. Alla jħobbkom u jaħfrilkom dnubietkom. Alla Kollu Maħfra, Ħanin

Ayah 31

قُلۡ أَطِيعُواْ ٱللَّهَ وَٱلرَّسُولَۖ فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَإِنَّ ٱللَّهَ لَا يُحِبُّ ٱلۡكَٰفِرِينَ

Għid (Muħammad): ''Obdu lil Alla u lill-Mibgħut (tiegħu)i' U jekk jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), Alla ma jħobbx lil dawk li ma jemmnux

Ayah 32

۞إِنَّ ٱللَّهَ ٱصۡطَفَىٰٓ ءَادَمَ وَنُوحࣰ ا وَءَالَ إِبۡرَٰهِيمَ وَءَالَ عِمۡرَٰنَ عَلَى ٱلۡعَٰلَمِينَ

Alla. tabilħaqq għażel lil Adam, lil Noċ, lil nies Abraham' u lil-nies Għimran (missier Marija) fuq il- ħlejjaq (tiegħu kollha)

Ayah 33

ذُرِّيَّةَۢ بَعۡضُهَا مِنۢ بَعۡضࣲۗ وَٱللَّهُ سَمِيعٌ عَلِيمٌ

(biex ikunu) in-nisel, wieħed mill-ieħor. Alla jisma' kollox u jaf b'kollox

Ayah 34

إِذۡ قَالَتِ ٱمۡرَأَتُ عِمۡرَٰنَ رَبِّ إِنِّي نَذَرۡتُ لَكَ مَا فِي بَطۡنِي مُحَرَّرࣰ ا فَتَقَبَّلۡ مِنِّيٓۖ إِنَّكَ أَنتَ ٱلسَّمِيعُ ٱلۡعَلِيمُ

(Ftakar Muħammad) meta mart Għimran qalet: 'Sidi, jiena nwiegħdek dak li għandi fil-ġuf tiegħi, ħieles (u mogħti. għal kollox għalik). Mela ilqa' (dan) minni Tabilħaqq Inti tisma' kollox u taf b'kollox

Ayah 35

فَلَمَّا وَضَعَتۡهَا قَالَتۡ رَبِّ إِنِّي وَضَعۡتُهَآ أُنثَىٰ وَٱللَّهُ أَعۡلَمُ بِمَا وَضَعَتۡ وَلَيۡسَ ٱلذَّكَرُ كَٱلۡأُنثَىٰۖ وَإِنِّي سَمَّيۡتُهَا مَرۡيَمَ وَإِنِّيٓ أُعِيذُهَا بِكَ وَذُرِّيَّتَهَا مِنَ ٱلشَّيۡطَٰنِ ٱلرَّجِيمِ

Meta wellditha (lil Marija), qalet (b'sogħba): 'Sidi, wellidt tifla ' Alla jaf aktar (minnha) b'dak li welldet, u r-raġel. ma: huwiex bħall-mara. (Jiena. tabilħaqq semmejtha. Marija, u tabilħaqq inqiegħed lilha u. lil nisilha taħt il-ħarsien tiegħek mix-Xitan il-misħut)

Ayah 36

فَتَقَبَّلَهَا رَبُّهَا بِقَبُولٍ حَسَنࣲ وَأَنۢبَتَهَا نَبَاتًا حَسَنࣰ ا وَكَفَّلَهَا زَكَرِيَّاۖ كُلَّمَا دَخَلَ عَلَيۡهَا زَكَرِيَّا ٱلۡمِحۡرَابَ وَجَدَ عِندَهَا رِزۡقࣰ اۖ قَالَ يَٰمَرۡيَمُ أَنَّىٰ لَكِ هَٰذَاۖ قَالَتۡ هُوَ مِنۡ عِندِ ٱللَّهِۖ إِنَّ ٱللَّهَ يَرۡزُقُ مَن يَشَآءُ بِغَيۡرِ حِسَابٍ

Sidha laqagħha tajjeb (lil Marija), u ra li tikber sewwa. Huwa għaddieha għall-ħarsien ta' Żakkarija. Kull meta Żakkarija daħal għandha, f'kamritha tat-talb, kien isib li għandha kulma teħtieġ għall-għajxien (saħansitra frott barra żmienu). Qalfilha): Marija, minn fejn (jiġik) dan 7' Qalet: 'Huwa mingħand Alla. Alla jagħti l-ġid (tiegħu) lil min irid, bla qjies

Ayah 37

هُنَالِكَ دَعَا زَكَرِيَّا رَبَّهُۥۖ قَالَ رَبِّ هَبۡ لِي مِن لَّدُنكَ ذُرِّيَّةࣰ طَيِّبَةًۖ إِنَّكَ سَمِيعُ ٱلدُّعَآءِ

Hemm talab Żakkarija lil Sidu u qal: 'Sidi, agħtini mingħandek nisel tajjeb. Inti tabilħaqq tisma' t-talb

Ayah 38

فَنَادَتۡهُ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ وَهُوَ قَآئِمࣱ يُصَلِّي فِي ٱلۡمِحۡرَابِ أَنَّ ٱللَّهَ يُبَشِّرُكَ بِيَحۡيَىٰ مُصَدِّقَۢا بِكَلِمَةࣲ مِّنَ ٱللَّهِ وَسَيِّدࣰ ا وَحَصُورࣰ ا وَنَبِيࣰّ ا مِّنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

U l-anġli sejħulu, waqt li kien wieqaf jitlob fil-kamra tat-talb: (u: qalulu): ''Alla jagħtik il-bxara t-tajba ta' Ġwanni, li (jiġi biex) iseddaq kelma minn Alla u (jkun) sid (fost niesu), kollu safa, Profeta, u wieħed mix-xirka tat-tajbin

Ayah 39

قَالَ رَبِّ أَنَّىٰ يَكُونُ لِي غُلَٰمࣱ وَقَدۡ بَلَغَنِيَ ٱلۡكِبَرُ وَٱمۡرَأَتِي عَاقِرࣱۖ قَالَ كَذَٰلِكَ ٱللَّهُ يَفۡعَلُ مَا يَشَآءُ

Qal (Żakkarija): ''Sidi, kif (jista') ikolli iben meta xjaħt, u marti ma jistax ikollha tfal 7 Qal: 'Hekk (iseħħ); Alla jagħmel dak li jridf

Ayah 40

قَالَ رَبِّ ٱجۡعَل لِّيٓ ءَايَةࣰۖ قَالَ ءَايَتُكَ أَلَّا تُكَلِّمَ ٱلنَّاسَ ثَلَٰثَةَ أَيَّامٍ إِلَّا رَمۡزࣰ اۗ وَٱذۡكُر رَّبَّكَ كَثِيرࣰ ا وَسَبِّحۡ بِٱلۡعَشِيِّ وَٱلۡإِبۡكَٰرِ

Qal: ''Sidi, agħtini sinjal. ' Qal: ''Is-sinjal tiegħek ikun li ma tkellimx lin-nies għal tlett ijiem, ħlief bis-sinjali. U ftakar ħafna: f'Sidek, u sebbaħ (Żilu) filgħaxija u filgħodu

Ayah 41

وَإِذۡ قَالَتِ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ يَٰمَرۡيَمُ إِنَّ ٱللَّهَ ٱصۡطَفَىٰكِ وَطَهَّرَكِ وَٱصۡطَفَىٰكِ عَلَىٰ نِسَآءِ ٱلۡعَٰلَمِينَ

U (ftakar Muħammad) meta l-anġli qalu: ''Marija, Alla tabilħaqq għażlek u saffiek; Huwa għażlek fuq in-nisa tal-ħolqien (kollu)

Ayah 42

يَٰمَرۡيَمُ ٱقۡنُتِي لِرَبِّكِ وَٱسۡجُدِي وَٱرۡكَعِي مَعَ ٱلرَّٰكِعِينَ

UMarija, qim lil Sidek, u nxteħet fl-art (fit-talb), u mil ma' dawk li jmilul

Ayah 43

ذَٰلِكَ مِنۡ أَنۢبَآءِ ٱلۡغَيۡبِ نُوحِيهِ إِلَيۡكَۚ وَمَا كُنتَ لَدَيۡهِمۡ إِذۡ يُلۡقُونَ أَقۡلَٰمَهُمۡ أَيُّهُمۡ يَكۡفُلُ مَرۡيَمَ وَمَا كُنتَ لَدَيۡهِمۡ إِذۡ يَخۡتَصِمُونَ

Dawk huma wħud mill-ġrajjiet tal-ħwejjeġ mistura li Aħna nnebbħulek (Muħammad, u ngħallmuk). Inti ma kontx magħhom: (ir-rabbini tal-Lhud) meta tefeħu l- pinen (tal-kitba biex itellgħu x-xorti sabiex jaraw) min minnhom jieħu ħsieb Marija, u ma kontx magħhom meta tlewmu (dwar dan)

Ayah 44

إِذۡ قَالَتِ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ يَٰمَرۡيَمُ إِنَّ ٱللَّهَ يُبَشِّرُكِ بِكَلِمَةࣲ مِّنۡهُ ٱسۡمُهُ ٱلۡمَسِيحُ عِيسَى ٱبۡنُ مَرۡيَمَ وَجِيهࣰ ا فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِ وَمِنَ ٱلۡمُقَرَّبِينَ

(Ftakar) meta l-anġli qalu: ''Marija, Alla tabilħaqq jagħtik il-bxara t-tajba ta' Kelma minnu: Ismu (jkwi) il- Messija Ġesii bin Marija, mogħti ġieħ f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u (jkun) minn dawk l-eqreb (/ejn Alla)

Ayah 45

وَيُكَلِّمُ ٱلنَّاسَ فِي ٱلۡمَهۡدِ وَكَهۡلࣰ ا وَمِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Huwa jkellem lin-nies. mill-benniena (tiegħu), u (ikellimhom ukoll) meta jikber, u (jkun) mit-tajbin

Ayah 46

قَالَتۡ رَبِّ أَنَّىٰ يَكُونُ لِي وَلَدࣱ وَلَمۡ يَمۡسَسۡنِي بَشَرࣱۖ قَالَ كَذَٰلِكِ ٱللَّهُ يَخۡلُقُ مَا يَشَآءُۚ إِذَا قَضَىٰٓ أَمۡرࣰ ا فَإِنَّمَا يَقُولُ لَهُۥ كُن فَيَكُونُ

Qalet (Marija): ''Sidi, kif ikolli iben meta ebda bniedem ma messnit' Qalilha): 'Hekk (iseħħ): Alla joħloq dak li jrid. Meta jaqta' (fi għandha sseħħ) xi ħaġa, biżżejjed jgħidilha: 'Kunt' u tkun

Ayah 47

وَيُعَلِّمُهُ ٱلۡكِتَٰبَ وَٱلۡحِكۡمَةَ وَٱلتَّوۡرَىٰةَ وَٱلۡإِنجِيلَ

(Alla) jgħallmu. l-kitba, l-għerf, it-Tora u l- Evanġelju

Ayah 48

وَرَسُولًا إِلَىٰ بَنِيٓ إِسۡرَٰٓءِيلَ أَنِّي قَدۡ جِئۡتُكُم بِـَٔايَةࣲ مِّن رَّبِّكُمۡ أَنِّيٓ أَخۡلُقُ لَكُم مِّنَ ٱلطِّينِ كَهَيۡـَٔةِ ٱلطَّيۡرِ فَأَنفُخُ فِيهِ فَيَكُونُ طَيۡرَۢا بِإِذۡنِ ٱللَّهِۖ وَأُبۡرِئُ ٱلۡأَكۡمَهَ وَٱلۡأَبۡرَصَ وَأُحۡيِ ٱلۡمَوۡتَىٰ بِإِذۡنِ ٱللَّهِۖ وَأُنَبِّئُكُم بِمَا تَأۡكُلُونَ وَمَا تَدَّخِرُونَ فِي بُيُوتِكُمۡۚ إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَةࣰ لَّكُمۡ إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَ

u (jaħtru) Mibgħut għal għand Ulied Israel (b'dan il- messaġġ): 'Jiena ġibtilkom sinjal minn Sidkom. Jiena noħolqilkom mit-tajn xbieha ta' tajra, nonfoħ fiha u tkun tajra. (ħajja), bir-rieda ta' Alla. Jiena nfejjaq lill-agħma mit-twelid u lill-imġiddem, u nqajjem. lill-mejtin, bir- rieda ta' Alla. Jiena nbassrilkom dak li tieklu u dak li tgeddsu fi djarkom. Tabilħaqq li f'dan (kollu) għandkom sinjal, li kieku kontu temmnu

Ayah 49

وَمُصَدِّقࣰ ا لِّمَا بَيۡنَ يَدَيَّ مِنَ ٱلتَّوۡرَىٰةِ وَلِأُحِلَّ لَكُم بَعۡضَ ٱلَّذِي حُرِّمَ عَلَيۡكُمۡۚ وَجِئۡتُكُم بِـَٔايَةࣲ مِّن رَّبِّكُمۡ فَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ وَأَطِيعُونِ

(Jiena ġejt) biex inseddaq dak li kien qabli, mit-Tora, u biex nippermettilkom xi ħwejjeġ li (qabel) kienu projbiti għalikom. U ġibtilkom sinjal minn Sidkom. Mela ibżgħu minn Alla, u obdunil

Ayah 50

إِنَّ ٱللَّهَ رَبِّي وَرَبُّكُمۡ فَٱعۡبُدُوهُۚ هَٰذَا صِرَٰطࣱ مُّسۡتَقِيمࣱ‏

Allatabilħaqq Sidi u Sidkom, mela qimuhl Din hija triq dritta

Ayah 51

۞فَلَمَّآ أَحَسَّ عِيسَىٰ مِنۡهُمُ ٱلۡكُفۡرَ قَالَ مَنۡ أَنصَارِيٓ إِلَى ٱللَّهِۖ قَالَ ٱلۡحَوَارِيُّونَ نَحۡنُ أَنصَارُ ٱللَّهِ ءَامَنَّا بِٱللَّهِ وَٱشۡهَدۡ بِأَنَّا مُسۡلِمُونَ

U meta Ġest ħass fihom. (il-Lhud) iċ-ċaħda tat- twemmin, qal: ''Min (huma) dawk li jimxu warajja u jgħinuni (fil-ħidma) ta' Alla 7' Id-dixxipli (tiegħu) qalu: ċAħna dawk li nżommu ma' Alla. Aħna nemmnu f'Alla; u inti (Ġesi) ixhed li aħna Misilmin (għaliex intlaqna f'idejn Alla)

Ayah 52

رَبَّنَآ ءَامَنَّا بِمَآ أَنزَلۡتَ وَٱتَّبَعۡنَا ٱلرَّسُولَ فَٱكۡتُبۡنَا مَعَ ٱلشَّٰهِدِينَ

Sidna, aħna nemmnu. f'dak li niżżilt (il-Kotba Mqaddsa), u nimxu wara l-Mibgħut. (tiegħek). Mela iktibna max-xhieda (li jixhdu għas-sewwa)

Ayah 53

وَمَكَرُواْ وَمَكَرَ ٱللَّهُۖ وَٱللَّهُ خَيۡرُ ٱلۡمَٰكِرِينَ

U (dawk il-Lhud li m'emmmux) nassu (u ħadmu minn taħt biex joqtlu lil Ġesit), u Alla (ukoll) nassas. Alla huwa l-Aqwa fost dawk li jnassu

Ayah 54

إِذۡ قَالَ ٱللَّهُ يَٰعِيسَىٰٓ إِنِّي مُتَوَفِّيكَ وَرَافِعُكَ إِلَيَّ وَمُطَهِّرُكَ مِنَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَجَاعِلُ ٱلَّذِينَ ٱتَّبَعُوكَ فَوۡقَ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ إِلَىٰ يَوۡمِ ٱلۡقِيَٰمَةِۖ ثُمَّ إِلَيَّ مَرۡجِعُكُمۡ فَأَحۡكُمُ بَيۡنَكُمۡ فِيمَا كُنتُمۡ فِيهِ تَخۡتَلِفُونَ

(Ftakar, Muħammad) meta Alla qal: ''Ġesii, Jiena tabilħaqq se nieħdok lura (mid-dinja), nerfgħek lejja u nsaffik minn dawk li ma jemmnux. Jiena ngħolli lil dawk li mxew warajk fuq dawk li m'emmnux, sa Jum il- Qawmien. Imbagħad għandi terġgħu lura (kollha kemm intom), u nagħmel ħaqq minnkom fuq dak li kontu titlewmu dwaru

Ayah 55

فَأَمَّا ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ فَأُعَذِّبُهُمۡ عَذَابࣰ ا شَدِيدࣰ ا فِي ٱلدُّنۡيَا وَٱلۡأٓخِرَةِ وَمَا لَهُم مِّن نَّٰصِرِينَ

U dawk li m'emmnux nikkastigahom b'kastig qalil f'(din) id-dinja u fl-Oħra, u ma jkollhomx min jgħinhom

Ayah 56

وَأَمَّا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ فَيُوَفِّيهِمۡ أُجُورَهُمۡۗ وَٱللَّهُ لَا يُحِبُّ ٱلظَّٰلِمِينَ

Iżda dawk li emmnu, u għamlu għemejjel tajba, ( 4//a) jagħtihom: ħlasijiethom: kollha. Alla ma jħobbx lill- ħżiena

Ayah 57

ذَٰلِكَ نَتۡلُوهُ عَلَيۡكَ مِنَ ٱلۡأٓيَٰتِ وَٱلذِّكۡرِ ٱلۡحَكِيمِ

(Muħammad): dan li qed naqrawlek. huwa mir- Rivelazzjoni (tagħna) u tifkira ta' għerf

Ayah 58

إِنَّ مَثَلَ عِيسَىٰ عِندَ ٱللَّهِ كَمَثَلِ ءَادَمَۖ خَلَقَهُۥ مِن تُرَابࣲ ثُمَّ قَالَ لَهُۥ كُن فَيَكُونُ

Tabilħaqq li Ġest, għal Alla, huwa bħal Adam: Huwa ħalqu minn trab, imbagħad qallu: 'Kunf' u kien

Ayah 59

ٱلۡحَقُّ مِن رَّبِّكَ فَلَا تَكُن مِّنَ ٱلۡمُمۡتَرِينَ

(Muħammad, dan huwa) is-sewwa mingħand Sidek. Mela la tkunx minn dawk ta' bejn ħalltejni

Ayah 60

فَمَنۡ حَآجَّكَ فِيهِ مِنۢ بَعۡدِ مَا جَآءَكَ مِنَ ٱلۡعِلۡمِ فَقُلۡ تَعَالَوۡاْ نَدۡعُ أَبۡنَآءَنَا وَأَبۡنَآءَكُمۡ وَنِسَآءَنَا وَنِسَآءَكُمۡ وَأَنفُسَنَا وَأَنفُسَكُمۡ ثُمَّ نَبۡتَهِلۡ فَنَجۡعَل لَّعۡنَتَ ٱللَّهِ عَلَى ٱلۡكَٰذِبِينَ

Min ħaqqaqha miegħek dwaru (dwar Ġesii), wara l- għarfien li ġiek, għid(i/hom): ''Ejjew insejħu lil uliedna u lil uliedkom, lin-nisa tagħna u lin-nisa tagħkom, lilna nfusna u lilkom infuskom, imbagħad nitolbu bil-ħerqa, u nsejħu s-saħta ta' Alla fuq il-giddibinf

Ayah 61

إِنَّ هَٰذَا لَهُوَ ٱلۡقَصَصُ ٱلۡحَقُّۚ وَمَا مِنۡ إِلَٰهٍ إِلَّا ٱللَّهُۚ وَإِنَّ ٱللَّهَ لَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Dinhija l-ġrajja tabilħaqq (dwar Ġesii). Ma hemmx alla ħlief Alla, u Alla huwa tabilħaqq il-Qawwi, l-Għaret

Ayah 62

فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَإِنَّ ٱللَّهَ عَلِيمُۢ بِٱلۡمُفۡسِدِينَ

U jekk jagħtu daharhom (ir ma jagħtux widen), Alla jaf kollox dwar dawk li jagħmlu l-ħsara

Ayah 63

قُلۡ يَٰٓأَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ تَعَالَوۡاْ إِلَىٰ كَلِمَةࣲ سَوَآءِۭ بَيۡنَنَا وَبَيۡنَكُمۡ أَلَّا نَعۡبُدَ إِلَّا ٱللَّهَ وَلَا نُشۡرِكَ بِهِۦ شَيۡـࣰٔ ا وَلَا يَتَّخِذَ بَعۡضُنَا بَعۡضًا أَرۡبَابࣰ ا مِّن دُونِ ٱللَّهِۚ فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَقُولُواْ ٱشۡهَدُواْ بِأَنَّا مُسۡلِمُونَ

Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb (Lhud u Nsara), ejjew (naslu) għal kelma sewwa bejnna u bejnkom: li ma nqimux ħlief lil Alla, ma nxierku (miegħu) xejn, u ma neħdux sidien minn fostna, minflok. lil Alla'' Jekk (imbagħad) jagħtu daharhom (u ma jagħtux widen), għidu: 'Ixhdu li aħna Misilmin (u (i ntlagna f'idejn Allaji)

Ayah 64

يَٰٓأَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ لِمَ تُحَآجُّونَ فِيٓ إِبۡرَٰهِيمَ وَمَآ أُنزِلَتِ ٱلتَّوۡرَىٰةُ وَٱلۡإِنجِيلُ إِلَّا مِنۢ بَعۡدِهِۦٓۚ أَفَلَا تَعۡقِلُونَ

Ja Nies il-Ktieb, għaliex toqogħdu tħaqquha. dwar Abraham (u tgħidu li kien jimxi fuq ir-reliġjon tal-Lhud jew ta' l-Insara), meta la t-Torà u lanqas l-Evanġelju ma tniżżlu jekk mhux warajh 2 Mela ma għandkomx għaqal (biex tifhmu)

Ayah 65

هَٰٓأَنتُمۡ هَٰٓؤُلَآءِ حَٰجَجۡتُمۡ فِيمَا لَكُم بِهِۦ عِلۡمࣱ فَلِمَ تُحَآجُّونَ فِيمَا لَيۡسَ لَكُم بِهِۦ عِلۡمࣱۚ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ وَأَنتُمۡ لَا تَعۡلَمُونَ

Ara, intom dawk li ħaqqaqtuha dwar dak li kellkom xi għarfien dwaru (jiġifieri dwar: Mosċ u Ġesir). Iżda għaliex tħaqquha dwar dak li ma għandkomx għarfien dwaru (jiġifieri dwar Abraham li għex mijiet ta' snin qabilkom) 7 Alla jaf, u intom ma tafuxt

Ayah 66

مَا كَانَ إِبۡرَٰهِيمُ يَهُودِيࣰّ ا وَلَا نَصۡرَانِيࣰّ ا وَلَٰكِن كَانَ حَنِيفࣰ ا مُّسۡلِمࣰ ا وَمَا كَانَ مِنَ ٱلۡمُشۡرِكِينَ

Abraham la kien Lhudi u lanqas Nisrani, iżda kellu t- twemmin safi (l-/s/am) u (kien) Mislem. Huwa ma kienx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla

Ayah 67

إِنَّ أَوۡلَى ٱلنَّاسِ بِإِبۡرَٰهِيمَ لَلَّذِينَ ٱتَّبَعُوهُ وَهَٰذَا ٱلنَّبِيُّ وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْۗ وَٱللَّهُ وَلِيُّ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Tabilħaqq li l-aktar li jistħoqqilhom. ikunu nies Abraham huma dawk li mxew warajh, dan il-Profeta (Muħammad), u dawk li jemmnu, Alla d-Difensur ta' dawk li jemmnu

Ayah 68

وَدَّت طَّآئِفَةࣱ مِّنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ لَوۡ يُضِلُّونَكُمۡ وَمَا يُضِلُّونَ إِلَّآ أَنفُسَهُمۡ وَمَا يَشۡعُرُونَ

Ġemgħa minn Nies il-Ktieb tixtieq li kieku ttellifkom it-triq. (it-tajba). Iżda ma. ttellifx it-triq (it-tajba) jekk mhux lilha nnifisha, imma ma tintebaħx (B'dan)

Ayah 69

يَٰٓأَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ لِمَ تَكۡفُرُونَ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ وَأَنتُمۡ تَشۡهَدُونَ

Ja Nies il-Ktieb, għaliex tiċħdu s-sinjali ta' Alla meta intom tixhdu għalihom (u tafis li huma s-sewwa) I

Ayah 70

يَٰٓأَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ لِمَ تَلۡبِسُونَ ٱلۡحَقَّ بِٱلۡبَٰطِلِ وَتَكۡتُمُونَ ٱلۡحَقَّ وَأَنتُمۡ تَعۡلَمُونَ

Ja Nies il-Ktieb; għaliex tlibbsu s-sewwa (fi jinsab fil- Kotba tagħkom stess dwar il-Profeta Muħammad) bil-gideb, u taħbu s-sewwa, meta intom tafu

Ayah 71

وَقَالَت طَّآئِفَةࣱ مِّنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ ءَامِنُواْ بِٱلَّذِيٓ أُنزِلَ عَلَى ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَجۡهَ ٱلنَّهَارِ وَٱكۡفُرُوٓاْ ءَاخِرَهُۥ لَعَلَّهُمۡ يَرۡجِعُونَ

Ġemgħa minn Nies il-Ktieb qalet: 'Emmnu. f'dak li tniżżel fuq dawk li jemmnu (il-Misilmin) fil-bidu tal-jum, u iċħdub' fl-aħħar tal-jum, forsi (bis-saħħa sa' dan il-pjan qarrieqi l-Misilmin) jerġgħu lura (mit-twemmin tagħhom)

Ayah 72

وَلَا تُؤۡمِنُوٓاْ إِلَّا لِمَن تَبِعَ دِينَكُمۡ قُلۡ إِنَّ ٱلۡهُدَىٰ هُدَى ٱللَّهِ أَن يُؤۡتَىٰٓ أَحَدࣱ مِّثۡلَ مَآ أُوتِيتُمۡ أَوۡ يُحَآجُّوكُمۡ عِندَ رَبِّكُمۡۗ قُلۡ إِنَّ ٱلۡفَضۡلَ بِيَدِ ٱللَّهِ يُؤۡتِيهِ مَن يَشَآءُۗ وَٱللَّهُ وَٰسِعٌ عَلِيمࣱ‏

(Il-Lhud qalu wkoll bejniethom:) ''U la temmnu (lil ħadd), ħlief lil min jimxi fuq id-din tagħkom.' Għid ( Muħammad): it-tmexxija t-tajba (ma hijiex f'idejn il-Lhud iżda) hija t- tmexxija ta' Alla'' (Il-Lhud qalu:) 'Araw li-ma (iġrix li) ħaddieħor (mhux Lhudi) jingħata bħal dak li ngħata lilkom (il-profezija). jew li jħaqquha magħkom quddiem Alla.' Għid (Muħammad): ''lt-tjieba tabilħaqq tinsab f'idejn Alla, u jagħtiha lil min irid. Alla jesa' kollox. u jaf kollox

Ayah 73

يَخۡتَصُّ بِرَحۡمَتِهِۦ مَن يَشَآءُۗ وَٱللَّهُ ذُو ٱلۡفَضۡلِ ٱلۡعَظِيمِ

Huwa jagħżel għall-ħniena tiegħu lil-min irid. Alla ta' tjieba bla tart

Ayah 74

۞وَمِنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ مَنۡ إِن تَأۡمَنۡهُ بِقِنطَارࣲ يُؤَدِّهِۦٓ إِلَيۡكَ وَمِنۡهُم مَّنۡ إِن تَأۡمَنۡهُ بِدِينَارࣲ لَّا يُؤَدِّهِۦٓ إِلَيۡكَ إِلَّا مَا دُمۡتَ عَلَيۡهِ قَآئِمࣰ اۗ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ قَالُواْ لَيۡسَ عَلَيۡنَا فِي ٱلۡأُمِّيِّـۧنَ سَبِيلࣱ وَيَقُولُونَ عَلَى ٱللَّهِ ٱلۡكَذِبَ وَهُمۡ يَعۡلَمُونَ

Fost Nies il-Ktieb hemm min, jekk tafdah b'qantar, iroddhulek (mingħajr inkwiet), u hemm min. jekk tafdah b'dinar, ma jroddhulekx jekk ma tibqax (tagħfas) fuqu (biex iroddhulek), Dan għaliex huma jgħidu: 'M'aħniex marbutin bid-dmir lejn dawk bla tagħlim (jiġifieri l-pagani u kulmin ma huwiex Lhudi):' Huma qegħdin jgħidu gidba fuq Alla, u huma jafu (tajjeb x'qegħdin jagħmlu)

Ayah 75

بَلَىٰۚ مَنۡ أَوۡفَىٰ بِعَهۡدِهِۦ وَٱتَّقَىٰ فَإِنَّ ٱللَّهَ يُحِبُّ ٱلۡمُتَّقِينَ

Le (ma humiex qegħdin jgħidu s-sewwa), iżda dak li żamm kelmtu (ma' Alla u man-nies), u jibża' minn Alla (u ma jigdibx, u lanqas ma jżomm għalih dak li tqiegħed għandu għal-xi żmien, tajjeb ikun jaf li): Alla tabilħaqq iħobb lil dawk li jibżgħu (ninrme)

Ayah 76

إِنَّ ٱلَّذِينَ يَشۡتَرُونَ بِعَهۡدِ ٱللَّهِ وَأَيۡمَٰنِهِمۡ ثَمَنࣰ ا قَلِيلًا أُوْلَٰٓئِكَ لَا خَلَٰقَ لَهُمۡ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ وَلَا يُكَلِّمُهُمُ ٱللَّهُ وَلَا يَنظُرُ إِلَيۡهِمۡ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِ وَلَا يُزَكِّيهِمۡ وَلَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمࣱ‏

Dawk lijbigħu r-rabta ta' Alla (li kienu ntrabtu biha) u l- ħalf tagħhom bi prezz irħis, dawk ma jkollhomx sehem fil- (Ħajja) l-Oħra, u la jkellimhom Alla, la jħares lejhom f'Jum il-Qawmien (b'għajn ta' ħniena), u lanqas ma jsaffihom (mid-dnub). Għalihom hemm kastig ta' wġigħ

Ayah 77

وَإِنَّ مِنۡهُمۡ لَفَرِيقࣰ ا يَلۡوُۥنَ أَلۡسِنَتَهُم بِٱلۡكِتَٰبِ لِتَحۡسَبُوهُ مِنَ ٱلۡكِتَٰبِ وَمَا هُوَ مِنَ ٱلۡكِتَٰبِ وَيَقُولُونَ هُوَ مِنۡ عِندِ ٱللَّهِ وَمَا هُوَ مِنۡ عِندِ ٱللَّهِۖ وَيَقُولُونَ عَلَى ٱللَّهِ ٱلۡكَذِبَ وَهُمۡ يَعۡلَمُونَ

Tabilħaqq hemm ġemgħa minnhom: (il-Għid) li tgħawweġ il-Ktieb bi lsienha biex (dak li tħarref) taħsbuh (li huwa tassew) mill-Ktieb, iżda ma huwiex mill-Ktieb. Huma jgħidu li huwa mingħand Alla, iżda ma huwiex mingħand Alla, u qegħdin jaqilgħu gideb fuq Alla, u huma jafu (tajjeb x'qegħdin jagħmlu)

Ayah 78

مَا كَانَ لِبَشَرٍ أَن يُؤۡتِيَهُ ٱللَّهُ ٱلۡكِتَٰبَ وَٱلۡحُكۡمَ وَٱلنُّبُوَّةَ ثُمَّ يَقُولَ لِلنَّاسِ كُونُواْ عِبَادࣰ ا لِّي مِن دُونِ ٱللَّهِ وَلَٰكِن كُونُواْ رَبَّٰنِيِّـۧنَ بِمَا كُنتُمۡ تُعَلِّمُونَ ٱلۡكِتَٰبَ وَبِمَا كُنتُمۡ تَدۡرُسُونَ

Ma (jistax) ikun li bniedem, wara li Alla jkun tah il- Ktieb, l-għerf, u. l-profezija, jgħid. lin-nies: 'Kunu qaddejja tiegħi, minflok ta' Alla.' Iżda (kliemu għandu jkun): ''Kunu qaddejja ta' Alla għaliex intom tgħallmu l- Ktieb u tistudjawh

Ayah 79

وَلَا يَأۡمُرَكُمۡ أَن تَتَّخِذُواْ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةَ وَٱلنَّبِيِّـۧنَ أَرۡبَابًاۚ أَيَأۡمُرُكُم بِٱلۡكُفۡرِ بَعۡدَ إِذۡ أَنتُم مُّسۡلِمُونَ

Lanqas-ma jamrilkom (il-Profeta) tieħdu l-anġli u l- J Profeti. bħala s-sidien tagħkom. Jaqaw se jamrilkom tiċħdu t-twemmin wara li sirtu Misilmin

Ayah 80

وَإِذۡ أَخَذَ ٱللَّهُ مِيثَٰقَ ٱلنَّبِيِّـۧنَ لَمَآ ءَاتَيۡتُكُم مِّن كِتَٰبࣲ وَحِكۡمَةࣲ ثُمَّ جَآءَكُمۡ رَسُولࣱ مُّصَدِّقࣱ لِّمَا مَعَكُمۡ لَتُؤۡمِنُنَّ بِهِۦ وَلَتَنصُرُنَّهُۥۚ قَالَ ءَأَقۡرَرۡتُمۡ وَأَخَذۡتُمۡ عَلَىٰ ذَٰلِكُمۡ إِصۡرِيۖ قَالُوٓاْ أَقۡرَرۡنَاۚ قَالَ فَٱشۡهَدُواْ وَأَنَا۠ مَعَكُم مِّنَ ٱلشَّٰهِدِينَ

U ftakar (Muħammad) meta Alla daħal f'rabta mal- Profeti ( 4 qal): ''Meta tajtkom Ktieb u għerf, imbagħad ġiekom: Mibgħut. (Muħammad) li: jseddaq dak. li għandkom, araw li temmnu fih u tgħinuhi' Huwa qal: Intom qbiltu (dwar dan), u ħadtu (figkom din) ir-rabta tiegħi 77 Qalu: 'Qbilnal' Qal(ilhom): 'Mela ixhdu, u Jiena, magħkom, fost dawk li jixhdul

Ayah 81

فَمَن تَوَلَّىٰ بَعۡدَ ذَٰلِكَ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡفَٰسِقُونَ

Min (minnhom); Wara dan, jagħti dahru fer jikser il- patt), dawk huma l-ħżiena

Ayah 82

أَفَغَيۡرَ دِينِ ٱللَّهِ يَبۡغُونَ وَلَهُۥٓ أَسۡلَمَ مَن فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ طَوۡعࣰ ا وَكَرۡهࣰ ا وَإِلَيۡهِ يُرۡجَعُونَ

Jaqaw (il-Lhud u l-Insara) ifittxu Xi din ieħor għajr id- din ta' Alla, meta kulma huwa fis-smewwiet u fl-art intelaq f'idejh, irid jew ma jridx, u lejh (għad) jerġgħu lura

Ayah 83

قُلۡ ءَامَنَّا بِٱللَّهِ وَمَآ أُنزِلَ عَلَيۡنَا وَمَآ أُنزِلَ عَلَىٰٓ إِبۡرَٰهِيمَ وَإِسۡمَٰعِيلَ وَإِسۡحَٰقَ وَيَعۡقُوبَ وَٱلۡأَسۡبَاطِ وَمَآ أُوتِيَ مُوسَىٰ وَعِيسَىٰ وَٱلنَّبِيُّونَ مِن رَّبِّهِمۡ لَا نُفَرِّقُ بَيۡنَ أَحَدࣲ مِّنۡهُمۡ وَنَحۡنُ لَهُۥ مُسۡلِمُونَ

Għid (Muħammad): ''Aħna nemmnu f'Alla, f'dak li tniżżlilna, u f'dak li tniżżel lil Abraham, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, u. t-tribujiet, u (nemmmu) f'dak li ngħata lil Mosċ (it-Tora), lil Ġest: (l-Evanġelju) u lill-Profeti (l- oħra) minn Sidhom. Ma nagħżlu bejn ħadd minnhom, u aħna ntlaqna f'idejh, Misilmin

Ayah 84

وَمَن يَبۡتَغِ غَيۡرَ ٱلۡإِسۡلَٰمِ دِينࣰ ا فَلَن يُقۡبَلَ مِنۡهُ وَهُوَ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ مِنَ ٱلۡخَٰسِرِينَ

Min ifittex din (ieħor) għajr (dak ta') l-Islam ma jkunx milqugħ minnu, u fl-Oħra (fil-ħajja l-Oħra) huwa jkun mit-telliefa

Ayah 85

كَيۡفَ يَهۡدِي ٱللَّهُ قَوۡمࣰ ا كَفَرُواْ بَعۡدَ إِيمَٰنِهِمۡ وَشَهِدُوٓاْ أَنَّ ٱلرَّسُولَ حَقࣱّ وَجَآءَهُمُ ٱلۡبَيِّنَٰتُۚ وَٱللَّهُ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلظَّٰلِمِينَ

Kif ikun li Alla jmexxi fit-triq it-tajba lil nies li jiċħdu twemminhom wara li kienu jemmnu, u xehdu li l- Mibgħut (Muħammad) kien tabilħaqq (Profeta ta' Alla), u kienu ġewhom (is-sinjali) ċari 2 Alla ma jmexxix fit-triq it-tajba lin-nies il-ħżiena

Ayah 86

أُوْلَٰٓئِكَ جَزَآؤُهُمۡ أَنَّ عَلَيۡهِمۡ لَعۡنَةَ ٱللَّهِ وَٱلۡمَلَٰٓئِكَةِ وَٱلنَّاسِ أَجۡمَعِينَ

Dawk ħlashom ikun li fuqhom (tinżel) is-saħta ta' Alla, ta' l-anġli, u tan-nies kollha

Ayah 87

خَٰلِدِينَ فِيهَا لَا يُخَفَّفُ عَنۡهُمُ ٱلۡعَذَابُ وَلَا هُمۡ يُنظَرُونَ

Huma jibqgħu. fih (in-Nar) għal dejjem; il-kastig (tagħhom) ma jitħaffilhomx u lanqas jingħataw nifs biex jistrieħu mill-kastig

Ayah 88

إِلَّا ٱلَّذِينَ تَابُواْ مِنۢ بَعۡدِ ذَٰلِكَ وَأَصۡلَحُواْ فَإِنَّ ٱللَّهَ غَفُورࣱ رَّحِيمٌ

ħlief dawk li nidmu, wara dan, u nbidlu għall-aħjar. Alla huwa tabilħaqq Kollu Maħfra u Ħanin

Ayah 89

إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ بَعۡدَ إِيمَٰنِهِمۡ ثُمَّ ٱزۡدَادُواْ كُفۡرࣰ ا لَّن تُقۡبَلَ تَوۡبَتُهُمۡ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلضَّآلُّونَ

Tabilħaqq li dawk li ċaħdu twemminhom; wara li kienu jemmnu, imbagħad żdiedu fiċ-ċaħda tat-twemmin (tagħhom), l-indiema. tagħhom: (fis-siegħa tal-mewt tagħhom) ma tintlaqax (għaliex ma: hijiex ġejja minn qalbhom), u dawk huma l-mitlufin

Ayah 90

إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَمَاتُواْ وَهُمۡ كُفَّارࣱ فَلَن يُقۡبَلَ مِنۡ أَحَدِهِم مِّلۡءُ ٱلۡأَرۡضِ ذَهَبࣰ ا وَلَوِ ٱفۡتَدَىٰ بِهِۦٓۗ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمࣱ وَمَا لَهُم مِّن نَّٰصِرِينَ

Tabilħaqq li dawk li m'emmnux, u mietu jiċħdu t- twemmin, ma jintlaqa' minn ħadd minnhom kemm tesa' l-art (kollha) deheb, (kieku jistgħu jagħmlu dan): biex jinfdew bih: ( 4 jeħilsu mill-kastig). Dawk għandhom kastig ta' wġigħ, u ma jsibux min jgħinhom

Ayah 91

لَن تَنَالُواْ ٱلۡبِرَّ حَتَّىٰ تُنفِقُواْ مِمَّا تُحِبُّونَۚ وَمَا تُنفِقُواْ مِن شَيۡءࣲ فَإِنَّ ٱللَّهَ بِهِۦ عَلِيمࣱ‏

M'intomx se tiksbu t-tjieba qabel ma tonfqu (għall- karità) minn dak li tħobbu. U kull ħaġa li tonfqu, Alla tabilħaqq jaf biha

Ayah 92

۞كُلُّ ٱلطَّعَامِ كَانَ حِلࣰّ ا لِّبَنِيٓ إِسۡرَٰٓءِيلَ إِلَّا مَا حَرَّمَ إِسۡرَٰٓءِيلُ عَلَىٰ نَفۡسِهِۦ مِن قَبۡلِ أَن تُنَزَّلَ ٱلتَّوۡرَىٰةُۚ قُلۡ فَأۡتُواْ بِٱلتَّوۡرَىٰةِ فَٱتۡلُوهَآ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

L-ikel kollu kien jiswa għal Ulied Israel, ħlief dak li Isracl (Ġakobb) għamlu ma jiswiex għalih innifsu, (is dan) qabel ma tniżżlet it-Tora (il-liġi ta' Mose). Għid(ilhom, Muħammad): ''Ġibu t-Torà u aqrawha, jekk qegħdin tgħidu s-sewwa

Ayah 93

فَمَنِ ٱفۡتَرَىٰ عَلَى ٱللَّهِ ٱلۡكَذِبَ مِنۢ بَعۡدِ ذَٰلِكَ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلظَّٰلِمُونَ

Min, wara dan, jaqla' l-gideb fuq Alla, dawk ikunu l- ħżiena

Ayah 94

قُلۡ صَدَقَ ٱللَّهُۗ فَٱتَّبِعُواْ مِلَّةَ إِبۡرَٰهِيمَ حَنِيفࣰ اۖ وَمَا كَانَ مِنَ ٱلۡمُشۡرِكِينَ

Għid (Muħammad): ''Alla jgħid is-sewwa. Għalhekk imxu wara r-reliġjon ta' Abraham, bniedem ta' twemmin safi (li huwa l-Islam). Huwa ma kienx minn dawk li jxierku allat oħra ma' Alla

Ayah 95

إِنَّ أَوَّلَ بَيۡتࣲ وُضِعَ لِلنَّاسِ لَلَّذِي بِبَكَّةَ مُبَارَكࣰ ا وَهُدࣰ ى لِّلۡعَٰلَمِينَ

Tabilħaqq li l-ewwel dar imqiegħda għan-nies. (biex iqimu lil Alla Wieħed) hija dik f'Bakka (jiġifieri Mekka, imkien) imbierek u tmexxija tajba għall-ġnus kollha

Ayah 96

فِيهِ ءَايَٰتُۢ بَيِّنَٰتࣱ مَّقَامُ إِبۡرَٰهِيمَۖ وَمَن دَخَلَهُۥ كَانَ ءَامِنࣰ اۗ وَلِلَّهِ عَلَى ٱلنَّاسِ حِجُّ ٱلۡبَيۡتِ مَنِ ٱسۡتَطَاعَ إِلَيۡهِ سَبِيلࣰ اۚ وَمَن كَفَرَ فَإِنَّ ٱللَّهَ غَنِيٌّ عَنِ ٱلۡعَٰلَمِينَ

Fiha hemm sinjali ċari, (fosthom) l-imkien fejn waqaf l Abraham (biex iqiegħed sisien id-dar). Min jidħol fiha jkun qawwi u sħiħ. Il-ħaġġ lejn id-dar huwa dmir il- bnedmin lejn Alla, għal (kul) min jista' jsib triq lejha. U min ma jemminx, tabilħaqq li Alla ma jeħtieġ lil ħadd fil- ħolqien

Ayah 97

قُلۡ يَٰٓأَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ لِمَ تَكۡفُرُونَ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ وَٱللَّهُ شَهِيدٌ عَلَىٰ مَا تَعۡمَلُونَ

Għid (Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, għaliex tiċħdu s- sinjali ta' Alla, meta Alla (nnifsu) jixhed għal dak li tagħmlu

Ayah 98

قُلۡ يَٰٓأَهۡلَ ٱلۡكِتَٰبِ لِمَ تَصُدُّونَ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِ مَنۡ ءَامَنَ تَبۡغُونَهَا عِوَجࣰ ا وَأَنتُمۡ شُهَدَآءُۗ وَمَا ٱللَّهُ بِغَٰفِلٍ عَمَّا تَعۡمَلُونَ

Għid (ukoll. Muħammad): ''Ja Nies il-Ktieb, għaliex tfixklu mit-triq ta' Alla lil-dawk li jemmnu, u tridu tgħawġuha (bil-gideb tagħkom), meta (intom stess) tixhdu (li kulma ġie bih Muħammad: huwa s-sewwa) Alla ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu

Ayah 99

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِن تُطِيعُواْ فَرِيقࣰ ا مِّنَ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ يَرُدُّوكُم بَعۡدَ إِيمَٰنِكُمۡ كَٰفِرِينَ

Intomli temmnu, jekk tobdu minn ġemgħa minn dawk li ngħataw il-Ktieb, (taraw li) iġibukom ma temmnux, wara li sirtu temmnu

Ayah 100

وَكَيۡفَ تَكۡفُرُونَ وَأَنتُمۡ تُتۡلَىٰ عَلَيۡكُمۡ ءَايَٰتُ ٱللَّهِ وَفِيكُمۡ رَسُولُهُۥۗ وَمَن يَعۡتَصِم بِٱللَّهِ فَقَدۡ هُدِيَ إِلَىٰ صِرَٰطࣲ مُّسۡتَقِيمࣲ‏

U kif tiċħdu t-twemmin meta qegħdin jinqrawlkom il- versi ta' Alla, u fostkom hemm il-Mibgħut tiegħu 7 Min iżomm sħiħ f'Alla, ikun tmexxa fi triq dritta

Ayah 101

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱتَّقُواْ ٱللَّهَ حَقَّ تُقَاتِهِۦ وَلَا تَمُوتُنَّ إِلَّا وَأَنتُم مُّسۡلِمُونَ

Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla bil-biża' li jixraq lilu, u la tmutux jekk mhux Misilmin

Ayah 102

وَٱعۡتَصِمُواْ بِحَبۡلِ ٱللَّهِ جَمِيعࣰ ا وَلَا تَفَرَّقُواْۚ وَٱذۡكُرُواْ نِعۡمَتَ ٱللَّهِ عَلَيۡكُمۡ إِذۡ كُنتُمۡ أَعۡدَآءࣰ فَأَلَّفَ بَيۡنَ قُلُوبِكُمۡ فَأَصۡبَحۡتُم بِنِعۡمَتِهِۦٓ إِخۡوَٰنࣰ ا وَكُنتُمۡ عَلَىٰ شَفَا حُفۡرَةࣲ مِّنَ ٱلنَّارِ فَأَنقَذَكُم مِّنۡهَاۗ كَذَٰلِكَ يُبَيِّنُ ٱللَّهُ لَكُمۡ ءَايَٰتِهِۦ لَعَلَّكُمۡ تَهۡتَدُونَ

U żommu sħiħ, ilkoll, mal-ħabel (jiġifieri r-rabta) ta' Alla u la tinfirdux. Ftakru fit-tjieba ta' Alla fuqkom: meta kontu għedewwa u ħabbeb qlubkom, u sirtu aħwa, bit- tjieba tiegħu, u (mera) kontu f'xifer ħofra tan-Nar (/i hu l- Infern) u ħeliskom minnha (bis-saħħa ta' l-Islam). Hekk Alla jurikom is-sinjali tiegħu biex forsi timxu fit-triq it- tajba

Ayah 103

وَلۡتَكُن مِّنكُمۡ أُمَّةࣱ يَدۡعُونَ إِلَى ٱلۡخَيۡرِ وَيَأۡمُرُونَ بِٱلۡمَعۡرُوفِ وَيَنۡهَوۡنَ عَنِ ٱلۡمُنكَرِۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡمُفۡلِحُونَ

Ħa jkun minnkom nazzjon li jsejjaħ għall-ġid, jamar it- tajjeb, u ma jħallix il-ħażenl Dawk huma r-rebbiħin (li jsalvaw)

Ayah 104

وَلَا تَكُونُواْ كَٱلَّذِينَ تَفَرَّقُواْ وَٱخۡتَلَفُواْ مِنۢ بَعۡدِ مَا جَآءَهُمُ ٱلۡبَيِّنَٰتُۚ وَأُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ عَذَابٌ عَظِيمࣱ‏

U la tkunux bħal dawk: li nfirdu u ma' qablux bejniethom wara li ġewhom is-sinjali ċ-ċari. Għal dawk hemm kastig mill-kbar

Ayah 105

يَوۡمَ تَبۡيَضُّ وُجُوهࣱ وَتَسۡوَدُّ وُجُوهࣱۚ فَأَمَّا ٱلَّذِينَ ٱسۡوَدَّتۡ وُجُوهُهُمۡ أَكَفَرۡتُم بَعۡدَ إِيمَٰنِكُمۡ فَذُوقُواْ ٱلۡعَذَابَ بِمَا كُنتُمۡ تَكۡفُرُونَ

fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta jibjadu. wċuħ u. jiswiedu wċuħ. Dawk li wċuħhom jiswiedu (se jingħad lilhom): SJaqaw ċħadtu t-twemmin, wara li kontu emmintu 7 Mela duqu l-kastig talli m'emmintuxi

Ayah 106

وَأَمَّا ٱلَّذِينَ ٱبۡيَضَّتۡ وُجُوهُهُمۡ فَفِي رَحۡمَةِ ٱللَّهِۖ هُمۡ فِيهَا خَٰلِدُونَ

Iżda dawk li wċuħhom jibjadu, (dawn ikunu) fil-ħniena ta' Alla. Huma jgħammru fiha (il-Ġenna) għal dejjem

Ayah 107

تِلۡكَ ءَايَٰتُ ٱللَّهِ نَتۡلُوهَا عَلَيۡكَ بِٱلۡحَقِّۗ وَمَا ٱللَّهُ يُرِيدُ ظُلۡمࣰ ا لِّلۡعَٰلَمِينَ

Dawk huma l-versi ta' Alla. Aħna naqrawhomlok (Muħammad) bis-sewwa. Alla ma jridx inġustizzja lill- ħlejjaq (fiegħu). I

Ayah 108

وَلِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۚ وَإِلَى ٱللَّهِ تُرۡجَعُ ٱلۡأُمُورُ

Ta' Alla huwa kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u l- kwistjonijiet kollha jitreġġgħu lura għand Alla (għad- deċiżjoni tiegħu)

Ayah 109

كُنتُمۡ خَيۡرَ أُمَّةٍ أُخۡرِجَتۡ لِلنَّاسِ تَأۡمُرُونَ بِٱلۡمَعۡرُوفِ وَتَنۡهَوۡنَ عَنِ ٱلۡمُنكَرِ وَتُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِۗ وَلَوۡ ءَامَنَ أَهۡلُ ٱلۡكِتَٰبِ لَكَانَ خَيۡرࣰ ا لَّهُمۚ مِّنۡهُمُ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ وَأَكۡثَرُهُمُ ٱلۡفَٰسِقُونَ

Intom (Zi temmnu) l-aħjar nazzjon li nħareġ għan-nies, (għaliex) tamru t-tajjeb u ma tħallux il-ħażin, u temmnu f'Alla. Li kieku Nies il-Ktieb jemmnu, ikun aħjar għalihom. (Hemm) minnhom li jemmnu, (iżda) l-aktar fosthom huma l-ħżiena

Ayah 110

لَن يَضُرُّوكُمۡ إِلَّآ أَذࣰ ىۖ وَإِن يُقَٰتِلُوكُمۡ يُوَلُّوكُمُ ٱلۡأَدۡبَارَ ثُمَّ لَا يُنصَرُونَ

Ma jagħmlulkomx ħsara, għajr għal xi weġgħa żgħira (bi. lsienhom. il-ħażin). U meta. jitqatlu. kontrikom, (arawhom) jagħtukom daharhom (maħrubin), imbagħad ma jkollhomx min jgħinhom

Ayah 111

ضُرِبَتۡ عَلَيۡهِمُ ٱلذِّلَّةُ أَيۡنَ مَا ثُقِفُوٓاْ إِلَّا بِحَبۡلࣲ مِّنَ ٱللَّهِ وَحَبۡلࣲ مِّنَ ٱلنَّاسِ وَبَآءُو بِغَضَبࣲ مِّنَ ٱللَّهِ وَضُرِبَتۡ عَلَيۡهِمُ ٱلۡمَسۡكَنَةُۚ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ كَانُواْ يَكۡفُرُونَ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ وَيَقۡتُلُونَ ٱلۡأَنۢبِيَآءَ بِغَيۡرِ حَقࣲّۚ ذَٰلِكَ بِمَا عَصَواْ وَّكَانُواْ يَعۡتَدُونَ

(Dawn) jaqa' fuqhom it-tkasbir kull fejn jinstabu, ħlief (jekk iżommu) ma' ħabel minn Alla (u joqogħdu għalih), u ma' ħabel tan-nies (li jagħmlu t-tajjeb u jwarrbu mill- ħażen). Huma jiġbdu fuqhom għadab minn Alla, u fuqhom jaqa' l-għaks. Dan għaliex kienu jiċħdu s-sinjali ta' Alla u kienu joqtlu l-Profeti mingħajr ħaqq. Dan (jiġrilhom) talli m'obdewx (lil Alla) u kienu jagħmlu l- ħażen

Ayah 112

۞لَيۡسُواْ سَوَآءࣰۗ مِّنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ أُمَّةࣱ قَآئِمَةࣱ يَتۡلُونَ ءَايَٰتِ ٱللَّهِ ءَانَآءَ ٱلَّيۡلِ وَهُمۡ يَسۡجُدُونَ

(Nies il-Ktieb) ma humiex (ilkoll) l-istess: fost Nies il- Ktieb hemm ġemgħa dritta, li taqra l-versi ta' Alla fil- ħinijiet tal-lejl, mixħuta fl-art (bil-qima)

Ayah 113

يُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَٱلۡيَوۡمِ ٱلۡأٓخِرِ وَيَأۡمُرُونَ بِٱلۡمَعۡرُوفِ وَيَنۡهَوۡنَ عَنِ ٱلۡمُنكَرِ وَيُسَٰرِعُونَ فِي ٱلۡخَيۡرَٰتِۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ مِنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Huma jemmnu f'Alla u fl-Aħħar Jum, jamru t-tajjeb u ma jħallux il-ħażin, u jgħaġġlu lejn l-għemejjel ta' ġid. Dawk huma fost it-tajbin

Ayah 114

وَمَا يَفۡعَلُواْ مِنۡ خَيۡرࣲ فَلَن يُكۡفَرُوهُۗ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِٱلۡمُتَّقِينَ

Il-ġid li jagħmlu ma jiċċaħħdux minnu. Alla jaf tajjeb b'dawk li jibżgħu (minnu)

Ayah 115

إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَن تُغۡنِيَ عَنۡهُمۡ أَمۡوَٰلُهُمۡ وَلَآ أَوۡلَٰدُهُم مِّنَ ٱللَّهِ شَيۡـࣰٔ اۖ وَأُوْلَٰٓئِكَ أَصۡحَٰبُ ٱلنَّارِۖ هُمۡ فِيهَا خَٰلِدُونَ

Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux xejn ma jiswielhom ġidhom, u lanqas uliedhom, (biex iħarsu/kom) minn Alla (u mill-kastig tiegħu): Dawk huma sħab in-Nar, u fih huma (jgħammru) għal dejjem

Ayah 116

مَثَلُ مَا يُنفِقُونَ فِي هَٰذِهِ ٱلۡحَيَوٰةِ ٱلدُّنۡيَا كَمَثَلِ رِيحࣲ فِيهَا صِرٌّ أَصَابَتۡ حَرۡثَ قَوۡمࣲ ظَلَمُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ فَأَهۡلَكَتۡهُۚ وَمَا ظَلَمَهُمُ ٱللَّهُ وَلَٰكِنۡ أَنفُسَهُمۡ يَظۡلِمُونَ

Dak li jonfqu f'din il-ħajja (hawn) fid-dinja jixbah lil riħ kiesaħ li jaħraq uċuħ ir-raba' ta' nies li naqsu lejhom infushom (b' dnubiehom) u jeqridhom. Mhux Alla li naqas lejhom, iżda huma naqsu lejhom infushom

Ayah 117

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَتَّخِذُواْ بِطَانَةࣰ مِّن دُونِكُمۡ لَا يَأۡلُونَكُمۡ خَبَالࣰ ا وَدُّواْ مَا عَنِتُّمۡ قَدۡ بَدَتِ ٱلۡبَغۡضَآءُ مِنۡ أَفۡوَٰهِهِمۡ وَمَا تُخۡفِي صُدُورُهُمۡ أَكۡبَرُۚ قَدۡ بَيَّنَّا لَكُمُ ٱلۡأٓيَٰتِۖ إِن كُنتُمۡ تَعۡقِلُونَ

Intom'li temmnu, la tiħdux bi ħbieb tal-qalb lil xi nies li ma humiex minnkom; (dawk ra' wiċċ b'ieħor) ma jonqsux li jħassrukom. Huma jixtiequ t-telfien tagħkom. Il-mibegħda. (tagħhom lejkom) dehret minn ħalqhom, u dak. li jaħbu qlubhom huwa akbar (u agħar). Aħna wrejniekom biċ-ċar is-sinjali (tagħna), li kontu tifhmul

Ayah 118

هَٰٓأَنتُمۡ أُوْلَآءِ تُحِبُّونَهُمۡ وَلَا يُحِبُّونَكُمۡ وَتُؤۡمِنُونَ بِٱلۡكِتَٰبِ كُلِّهِۦ وَإِذَا لَقُوكُمۡ قَالُوٓاْ ءَامَنَّا وَإِذَا خَلَوۡاْ عَضُّواْ عَلَيۡكُمُ ٱلۡأَنَامِلَ مِنَ ٱلۡغَيۡظِۚ قُلۡ مُوتُواْ بِغَيۡظِكُمۡۗ إِنَّ ٱللَّهَ عَلِيمُۢ بِذَاتِ ٱلصُّدُورِ

Hawn intom, tħobbuhom (u ċixtigulhom il-ġid), u huma ma jħobbukomx, għalkemm temmnu fil-Ktieb kollu (fit- Tora u fl-Evanġelju; u fil-Kotba mqaddsa kollha). Meta jiltaqgħu magħkom jgħidu//kom): 'Nemmnu,' iżda meta jkunu waħidhom, (arahom). igiddmu. truf subgħajhom minħabba fl-għadab kbir (tagħhom) għalikom. Għidfilhom Muħammad): ''Mutu. fl-għadab: tagħkoml Alla tabilħaqq jaf b'kulma hemm fil-qlub

Ayah 119

إِن تَمۡسَسۡكُمۡ حَسَنَةࣱ تَسُؤۡهُمۡ وَإِن تُصِبۡكُمۡ سَيِّئَةࣱ يَفۡرَحُواْ بِهَاۖ وَإِن تَصۡبِرُواْ وَتَتَّقُواْ لَا يَضُرُّكُمۡ كَيۡدُهُمۡ شَيۡـًٔاۗ إِنَّ ٱللَّهَ بِمَا يَعۡمَلُونَ مُحِيطࣱ‏

Jekk imisskom xi ġid, (arahom ta' wiċċ. b'ieħor) jitnikktu, u jekk isibkom xi deni, (malajr) jifirħu bih. Iżda jekk tistabru u tibżgħu minn Alla, il-qerq tagħhom xejn ma jkun ta' ħsara għalikom. Tabilħaqq li Alla jaf sewwa u għandu taħt idejh dak li jagħmlu

Ayah 120

وَإِذۡ غَدَوۡتَ مِنۡ أَهۡلِكَ تُبَوِّئُ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ مَقَٰعِدَ لِلۡقِتَالِۗ وَٱللَّهُ سَمِيعٌ عَلِيمٌ

(Ftakar. Muħammad). meta għodu għodu 'ħallejt lil niesek biex tqassam lil dawk li emmnu fl-imkejjen tat- taqbid (fil-battalja ta' 'Uħud), u Alla jisma' kollox u jaf kollox

Ayah 121

إِذۡ هَمَّت طَّآئِفَتَانِ مِنكُمۡ أَن تَفۡشَلَا وَٱللَّهُ وَلِيُّهُمَاۗ وَعَلَى ٱللَّهِ فَلۡيَتَوَكَّلِ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ

Meta żewġ ġemgħat minnkom kienu għoddhom qatgħu jieshom (tr riedu jirtiraw mit-taqbidaj. Iżda Alla kien iħarishom. (u jgawwilhom qlubhom, hekk lima. baqgħux imbeżżgħin). F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu

Ayah 122

وَلَقَدۡ نَصَرَكُمُ ٱللَّهُ بِبَدۡرࣲ وَأَنتُمۡ أَذِلَّةࣱۖ فَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ لَعَلَّكُمۡ تَشۡكُرُونَ

Alla kien diġà takom ir-rebħa (fit-taqbida) f'Badr meta kontu fqawwa) dgħajfa. Mela ibżgħu minn Alla biex forsi tiżżu ħajr

Ayah 123

إِذۡ تَقُولُ لِلۡمُؤۡمِنِينَ أَلَن يَكۡفِيَكُمۡ أَن يُمِدَّكُمۡ رَبُّكُم بِثَلَٰثَةِ ءَالَٰفࣲ مِّنَ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةِ مُنزَلِينَ

(U ftakar, Muħammad) meta għedt lil-dawk li emmnu: UMeja ma. huwiex. biżżejjed għalikom. li Sidkom isaħħaħkom bi tlett elef anġlu mniżżlin (għalikom)

Ayah 124

بَلَىٰٓۚ إِن تَصۡبِرُواْ وَتَتَّقُواْ وَيَأۡتُوكُم مِّن فَوۡرِهِمۡ هَٰذَا يُمۡدِدۡكُمۡ رَبُّكُم بِخَمۡسَةِ ءَالَٰفࣲ مِّنَ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةِ مُسَوِّمِينَ

Melal Jekk toqogħdu b'sabarkom u titħarsu mill-ħażen, anki jekk (l-għedewwa) jiġu (jaħbru għalikom) għal għarrieda (issa stess), il-Mulej tagħkom isaħħaħkom b'ħamest elef anġlu b'sinjal (fi: bik jingħarfir minn ħaddieħor)

Ayah 125

وَمَا جَعَلَهُ ٱللَّهُ إِلَّا بُشۡرَىٰ لَكُمۡ وَلِتَطۡمَئِنَّ قُلُوبُكُم بِهِۦۗ وَمَا ٱلنَّصۡرُ إِلَّا مِنۡ عِندِ ٱللَّهِ ٱلۡعَزِيزِ ٱلۡحَكِيمِ

(L-għajnuna bl-anġli) Alla ma' għamilhiex jekk. mhux bħala bxara tajba għalikom, u biex qlubkom isibu s-serħan biha. Ma hemmx rebħa ħlief mingħand Alla, il-Qawwi, l- Għaref

Ayah 126

لِيَقۡطَعَ طَرَفࣰ ا مِّنَ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ أَوۡ يَكۡبِتَهُمۡ فَيَنقَلِبُواْ خَآئِبِينَ

biex jeqred uħud minn dawk li ma jemmnux, jew (inkella) ikasbarhom (bit-telfien) u jmorru lura b'qalbhom maqtugħa tellifin (iningħajr ma jilħqu l-għan tagħhom)

Ayah 127

لَيۡسَ لَكَ مِنَ ٱلۡأَمۡرِ شَيۡءٌ أَوۡ يَتُوبَ عَلَيۡهِمۡ أَوۡ يُعَذِّبَهُمۡ فَإِنَّهُمۡ ظَٰلِمُونَ

(Muħammad, din) Xejn ma hija ħaġa tiegħek (iżda ta' Alla biss, jiġifieri) jekk idurx lejhom bil-maħfra (jekk jemmmu), jew jikkastigahomx (jekk jidqgħu jwebbsu rashom), għaliex huma tabilħaqq ħżiena

Ayah 128

وَلِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۚ يَغۡفِرُ لِمَن يَشَآءُ وَيُعَذِّبُ مَن يَشَآءُۚ وَٱللَّهُ غَفُورࣱ رَّحِيمࣱ‏

Ta' Alla huwa dak li jinsab fis-smewwiet u fl-art. Huwa jaħfer lil min irid u jikkastiga lil min irid. Alla huwa Kollu Maħfra, il-Ħanin

Ayah 129

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَأۡكُلُواْ ٱلرِّبَوٰٓاْ أَضۡعَٰفࣰ ا مُّضَٰعَفَةࣰۖ وَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ لَعَلَّكُمۡ تُفۡلِحُونَ

Intom li temmnu, la tiklux l-imgħax (u reħdih) id-doppju tad-doppju. U ibżgħu minn Alla, biex forsi tkunu rebbiħin (u ssalvaw)

Ayah 130

وَٱتَّقُواْ ٱلنَّارَ ٱلَّتِيٓ أُعِدَّتۡ لِلۡكَٰفِرِينَ

Ibżgħu min-Nar li tħejja għal dawk li ma jemmnux

Ayah 131

وَأَطِيعُواْ ٱللَّهَ وَٱلرَّسُولَ لَعَلَّكُمۡ تُرۡحَمُونَ

(Uobdu lil-Alla u lill-Mibgħut friegħu), biex forsi riksbu l- ħniena

Ayah 132

۞وَسَارِعُوٓاْ إِلَىٰ مَغۡفِرَةࣲ مِّن رَّبِّكُمۡ وَجَنَّةٍ عَرۡضُهَا ٱلسَّمَٰوَٰتُ وَٱلۡأَرۡضُ أُعِدَّتۡ لِلۡمُتَّقِينَ

Għaġġlu lejn maħfta minn Sidkom u (/ejn) Ġenna li l- wisa' tagħha huwa (daqs) is-smewwiet u l-art, li tħejjiet għal dawk li jibżgħu minn Alla (i jobduh)

Ayah 133

ٱلَّذِينَ يُنفِقُونَ فِي ٱلسَّرَّآءِ وَٱلضَّرَّآءِ وَٱلۡكَٰظِمِينَ ٱلۡغَيۡظَ وَٱلۡعَافِينَ عَنِ ٱلنَّاسِۗ وَٱللَّهُ يُحِبُّ ٱلۡمُحۡسِنِينَ

lijonfqu (mill-ġid li tahom Alla), fil-hena u fil-hemm, li jrażżnu l-għadab (tagħhom), u li jagħdru lin-nies. Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

Ayah 134

وَٱلَّذِينَ إِذَا فَعَلُواْ فَٰحِشَةً أَوۡ ظَلَمُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ ذَكَرُواْ ٱللَّهَ فَٱسۡتَغۡفَرُواْ لِذُنُوبِهِمۡ وَمَن يَغۡفِرُ ٱلذُّنُوبَ إِلَّا ٱللَّهُ وَلَمۡ يُصِرُّواْ عَلَىٰ مَا فَعَلُواْ وَهُمۡ يَعۡلَمُونَ

(Il-Ġenna tħejjiet ukoll għal) dawk: li meta jagħmlu għemejjel faħxija, jew jonqsu lejhom infushom, jiftakru f'Alla u jitolbu maħfra għal dnubiethom, U min jaħfer id- dnubiet jekk mhux Alla 2 Huma ma jwebbsux rashom f'dak (il-ħażen) li għamlu, meta huma jafu (li Alla jaħfer id-dnubiet)

Ayah 135

أُوْلَٰٓئِكَ جَزَآؤُهُم مَّغۡفِرَةࣱ مِّن رَّبِّهِمۡ وَجَنَّٰتࣱ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَاۚ وَنِعۡمَ أَجۡرُ ٱلۡعَٰمِلِينَ

Dawk ħlashom huwa maħfra minn Sidhom u Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom jgħammru għal dejjem. Tassew sabiħ il-ħlas. għal dawk: li: jagħmlu (għemejjel tajbajt)

Ayah 136

قَدۡ خَلَتۡ مِن قَبۡلِكُمۡ سُنَنࣱ فَسِيرُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ فَٱنظُرُواْ كَيۡفَ كَانَ عَٰقِبَةُ ٱلۡمُكَذِّبِينَ

Għaddew qabilkom (bosta) liġijiet u regoli ta' Alla. Terrqu fl-art u araw kif kien tmiem dawk li giddbu (it- twemmin)

Ayah 137

هَٰذَا بَيَانࣱ لِّلنَّاسِ وَهُدࣰ ى وَمَوۡعِظَةࣱ لِّلۡمُتَّقِينَ

Dan (kollu huwa) tifsira lin-nies, tmexxija tajba u twissija lil dawk li jibżgħu minn Alla (is jobduh)

Ayah 138

وَلَا تَهِنُواْ وَلَا تَحۡزَنُواْ وَأَنتُمُ ٱلۡأَعۡلَوۡنَ إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَ

La tiddgħajfux u lanqas titnikktu (minħabba t-telfa fit- taqbida ta' 'Uħud); intom (tkumu) l-ogħla (fuq l- għedewwa tagħkom), jekk tassew temmnu

Ayah 139

إِن يَمۡسَسۡكُمۡ قَرۡحࣱ فَقَدۡ مَسَّ ٱلۡقَوۡمَ قَرۡحࣱ مِّثۡلُهُۥۚ وَتِلۡكَ ٱلۡأَيَّامُ نُدَاوِلُهَا بَيۡنَ ٱلنَّاسِ وَلِيَعۡلَمَ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَيَتَّخِذَ مِنكُمۡ شُهَدَآءَۗ وَٱللَّهُ لَا يُحِبُّ ٱلظَّٰلِمِينَ

Jekk messitkom xi ġerħa (waqt it-taqbida ta' 'Uħud, kunu afu li) messet (ukoll) ġerħa bħalha lil dawk in-nies (paġani, bħalma ġara qabel fit-taqbida ta' Badr), Dawn il-jiem: (fit-tajjeb uw fil-ħażin) indawruhom bejn in-nies (kollha) biex. Alla jkun jaf b'dawk li jemmnu (għaliex jistabru fit-tiġrib), u jieħu minn fostkom martri (li jixhdu għas-sewwa). Alla ma jħobbx lill-ħżiena

Ayah 140

وَلِيُمَحِّصَ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَيَمۡحَقَ ٱلۡكَٰفِرِينَ

(Mhux biss; iżda dari isir) biex Alla jġarrab u jsaffi lil dawk li emmnu, u jxejjen lil dawk li ma jemmnux

Ayah 141

أَمۡ حَسِبۡتُمۡ أَن تَدۡخُلُواْ ٱلۡجَنَّةَ وَلَمَّا يَعۡلَمِ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ جَٰهَدُواْ مِنكُمۡ وَيَعۡلَمَ ٱلصَّٰبِرِينَ

Jaqaw ħsibtu. li tidħlu l-Ġenna mingħajr ma Alla (iġarrabkom u) ikun jaf b'dawk minnkom li tqatlu għall- kawża tiegħu u b'dawk li kienu sħaħ fis-sabar

Ayah 142

وَلَقَدۡ كُنتُمۡ تَمَنَّوۡنَ ٱلۡمَوۡتَ مِن قَبۡلِ أَن تَلۡقَوۡهُ فَقَدۡ رَأَيۡتُمُوهُ وَأَنتُمۡ تَنظُرُونَ

Kontu tassew tixtiequ l-mewt qabel ma ltqajtu magħha (fit-taqbid). Issa rajtuha b' għajnejkom stessi

Ayah 143

وَمَا مُحَمَّدٌ إِلَّا رَسُولࣱ قَدۡ خَلَتۡ مِن قَبۡلِهِ ٱلرُّسُلُۚ أَفَإِيْن مَّاتَ أَوۡ قُتِلَ ٱنقَلَبۡتُمۡ عَلَىٰٓ أَعۡقَٰبِكُمۡۚ وَمَن يَنقَلِبۡ عَلَىٰ عَقِبَيۡهِ فَلَن يَضُرَّ ٱللَّهَ شَيۡـࣰٔ اۚ وَسَيَجۡزِي ٱللَّهُ ٱلشَّٰكِرِينَ

Muħammad ma huwiex ħlief Mibgħut; (ħafna) Mibgħutin (oħra). għaddew qablu. Issa jekk imut jew jinqatel (x'se tagħmlu); terġgħu għalli kontu 2 Min jerġa' lura (għat-twemmin pagan. tiegħu), xejn ma huwa se jagħmel ħsara lil Alla. Alla se jħallas lil dawk li jiżżu ħajr

Ayah 144

وَمَا كَانَ لِنَفۡسٍ أَن تَمُوتَ إِلَّا بِإِذۡنِ ٱللَّهِ كِتَٰبࣰ ا مُّؤَجَّلࣰ اۗ وَمَن يُرِدۡ ثَوَابَ ٱلدُّنۡيَا نُؤۡتِهِۦ مِنۡهَا وَمَن يُرِدۡ ثَوَابَ ٱلۡأٓخِرَةِ نُؤۡتِهِۦ مِنۡهَاۚ وَسَنَجۡزِي ٱلشَّٰكِرِينَ

Ebda ruħ ma tmut jekk mhux bir-rieda ta' Alla, fiż- żmien miktub (għaliha). Min irid il-ħlas ta' (din) id- dinja, nagħtuhulu mill-ħlas tagħha, u min irid il-ħlas ta' l- Oħra (tad-dinja l-Oħra), nagħtuhulu mill-ħlas tagħha, Aħna se nħallsu lil-dawk li jiżżu ħajr

Ayah 145

وَكَأَيِّن مِّن نَّبِيࣲّ قَٰتَلَ مَعَهُۥ رِبِّيُّونَ كَثِيرࣱ فَمَا وَهَنُواْ لِمَآ أَصَابَهُمۡ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ وَمَا ضَعُفُواْ وَمَا ٱسۡتَكَانُواْۗ وَٱللَّهُ يُحِبُّ ٱلصَّٰبِرِينَ

Kemm-il Profeta tqabad (għal Alla) u (tqabdu) miegħu għadd kbir min-nies ta' Allal Huma ma qatgħux qalbhom minħabba dak li għaddew minnu għal Alla, ma kinux dgħajfa (kontra l-għadu), u lanqas ċedew. Alla jħobb lil dawk sħaħ fis-sabar

Ayah 146

وَمَا كَانَ قَوۡلَهُمۡ إِلَّآ أَن قَالُواْ رَبَّنَا ٱغۡفِرۡ لَنَا ذُنُوبَنَا وَإِسۡرَافَنَا فِيٓ أَمۡرِنَا وَثَبِّتۡ أَقۡدَامَنَا وَٱنصُرۡنَا عَلَى ٱلۡقَوۡمِ ٱلۡكَٰفِرِينَ

Kliemhom ma kienx għajr: 'Mulej tagħna, aħfrilna dnubietna u kull nuqqas tagħna lejn dmirna (meta morna kontra r-rieda. tiegħek), wettaq. riġlejna. (fit-taqbid), u oħroġna rebbiħin fuq dawk li ma jemmnux

Ayah 147

فَـَٔاتَىٰهُمُ ٱللَّهُ ثَوَابَ ٱلدُّنۡيَا وَحُسۡنَ ثَوَابِ ٱلۡأٓخِرَةِۗ وَٱللَّهُ يُحِبُّ ٱلۡمُحۡسِنِينَ

U Alla tahom il-ħlas ta' (din) id-dinja u l-aħjar ħlas ta' l-Oħra (tad-dinja l-Oħra). Alla jħobb lil dawk li jagħmlu t-tajjeb

Ayah 148

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِن تُطِيعُواْ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ يَرُدُّوكُمۡ عَلَىٰٓ أَعۡقَٰبِكُمۡ فَتَنقَلِبُواْ خَٰسِرِينَ

Intom li temmnu, jekk toqogħdu għal dawk li-ma' J jemmnux, huma jroddukom għalli kontu qabel (pagani). u terġgħu lura telliefa

Ayah 149

بَلِ ٱللَّهُ مَوۡلَىٰكُمۡۖ وَهُوَ خَيۡرُ ٱلنَّٰصِرِينَ

Iżda Alla huwa l-Mulej tagħkom (jekk toqogħdu għalih), u Huwa l-Aħjar fost dawk li jgħinu

Ayah 150

سَنُلۡقِي فِي قُلُوبِ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ ٱلرُّعۡبَ بِمَآ أَشۡرَكُواْ بِٱللَّهِ مَا لَمۡ يُنَزِّلۡ بِهِۦ سُلۡطَٰنࣰ اۖ وَمَأۡوَىٰهُمُ ٱلنَّارُۖ وَبِئۡسَ مَثۡوَى ٱلظَّٰلِمِينَ

Se nitfgħu l-biża' fi qlub dawk li ma jemmnux, talli xierku allat ma' Alla mingħajr ma Huwa niżżel ebda prova (dwar dan l-għemil pagan). In-Nar ikun il-kenn tagħhom, u ta' għajb l-għamara tal-ħżiena

Ayah 151

وَلَقَدۡ صَدَقَكُمُ ٱللَّهُ وَعۡدَهُۥٓ إِذۡ تَحُسُّونَهُم بِإِذۡنِهِۦۖ حَتَّىٰٓ إِذَا فَشِلۡتُمۡ وَتَنَٰزَعۡتُمۡ فِي ٱلۡأَمۡرِ وَعَصَيۡتُم مِّنۢ بَعۡدِ مَآ أَرَىٰكُم مَّا تُحِبُّونَۚ مِنكُم مَّن يُرِيدُ ٱلدُّنۡيَا وَمِنكُم مَّن يُرِيدُ ٱلۡأٓخِرَةَۚ ثُمَّ صَرَفَكُمۡ عَنۡهُمۡ لِيَبۡتَلِيَكُمۡۖ وَلَقَدۡ عَفَا عَنكُمۡۗ وَٱللَّهُ ذُو فَضۡلٍ عَلَى ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Alla żamm kelmtu magħkom meta, bir-rieda tiegħu, kontu qegħdin teqirduhom (lill-għedewwa tagħkom), sa dak il-ħin li naqsitkom il-ħila, tlewwimtu dwar l-amar (li ngħatalkom), u m'obdejtux (l-amar tal-Profeta), wara li wriekom dak li tħobbu (ir-rebħ fit-taqbida). Hemm minnkom li jrid (din) id-dinja (bil-priża tal-gwerra li ġġib magħha), u hemm min irid (il-ħajja) l-Oħra (bil- ħlas tal-Ġenna). Imbagħad huwa. firidkom minnhom (tellifin) biex iġarrabkom. (Iżda issa) Huwa ħafrilkom. Alla Kollu Tjieba ma' dawk li jemmnu

Ayah 152

۞إِذۡ تُصۡعِدُونَ وَلَا تَلۡوُۥنَ عَلَىٰٓ أَحَدࣲ وَٱلرَّسُولُ يَدۡعُوكُمۡ فِيٓ أُخۡرَىٰكُمۡ فَأَثَٰبَكُمۡ غَمَّۢا بِغَمࣲّ لِّكَيۡلَا تَحۡزَنُواْ عَلَىٰ مَا فَاتَكُمۡ وَلَا مَآ أَصَٰبَكُمۡۗ وَٱللَّهُ خَبِيرُۢ بِمَا تَعۡمَلُونَ

(Ftakru) meta tlajtu (fuq l-għolja, maħrubin) bla ma dortu (biex tħarsu) lejn ħadd, u l-Mibgħut (Muħammad) kien warajkom, jgħajtilkom (biex rerġgħu lura). Għalhekk ( 4ila) ħallaskom b'diqa fuq diqa (tat-relfa, minħabba x-xniegħa dwar. il-qril. tal-Profeta) biex (jgħallimkom) ma. titnikktux. minħabba (il-priża tal- gwerra) li tliftu u minħabba (it-relfa) li ġarrabtu. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

Ayah 153

ثُمَّ أَنزَلَ عَلَيۡكُم مِّنۢ بَعۡدِ ٱلۡغَمِّ أَمَنَةࣰ نُّعَاسࣰ ا يَغۡشَىٰ طَآئِفَةࣰ مِّنكُمۡۖ وَطَآئِفَةࣱ قَدۡ أَهَمَّتۡهُمۡ أَنفُسُهُمۡ يَظُنُّونَ بِٱللَّهِ غَيۡرَ ٱلۡحَقِّ ظَنَّ ٱلۡجَٰهِلِيَّةِۖ يَقُولُونَ هَل لَّنَا مِنَ ٱلۡأَمۡرِ مِن شَيۡءࣲۗ قُلۡ إِنَّ ٱلۡأَمۡرَ كُلَّهُۥ لِلَّهِۗ يُخۡفُونَ فِيٓ أَنفُسِهِم مَّا لَا يُبۡدُونَ لَكَۖ يَقُولُونَ لَوۡ كَانَ لَنَا مِنَ ٱلۡأَمۡرِ شَيۡءࣱ مَّا قُتِلۡنَا هَٰهُنَاۗ قُل لَّوۡ كُنتُمۡ فِي بُيُوتِكُمۡ لَبَرَزَ ٱلَّذِينَ كُتِبَ عَلَيۡهِمُ ٱلۡقَتۡلُ إِلَىٰ مَضَاجِعِهِمۡۖ وَلِيَبۡتَلِيَ ٱللَّهُ مَا فِي صُدُورِكُمۡ وَلِيُمَحِّصَ مَا فِي قُلُوبِكُمۡۚ وَٱللَّهُ عَلِيمُۢ بِذَاتِ ٱلصُّدُورِ

Imbagħad wara d-diqa (A/la) niżżel fuqkom sliem u nagħsa li ħakmet ġemgħa minnkom. Ġemgħa (oħra, minn ta' wiċċ b'ieħor) kienet mikduda biha nnifisha, u qagħdet taħseb fuq Alla dak li ma huwiex sewwa ħsieb (ġej) mill-injuranza. Huma qalu: 'Aħna għandna xi sehem f'din il-ħaġa 7' Għidfilhom Muħammad): ''Din hija ħaġa kollha kemm hi ta' Allaf' Huma jaħbu fihom infushom dak li ma jurukx. Huma jgħidu: ''Li kieku kien minna, ma konniex ninqatlu hawn.' Għid(i/lhom): '(Anki) kieku kontu fi djarkom, dawk li l-qtil kien miktub għalihom kienu (xorta waħda) joħorġu lejn l-imkejjen tal-qtil tagħhom:' (It-telf fit-taqbida seħħ) biex Alla jġarrab dak li hemm f'sidirkom, u jnaqqi dak li hemm fi qlubkom. Alla jaf b'kulma hemm fil-qlub

Ayah 154

إِنَّ ٱلَّذِينَ تَوَلَّوۡاْ مِنكُمۡ يَوۡمَ ٱلۡتَقَى ٱلۡجَمۡعَانِ إِنَّمَا ٱسۡتَزَلَّهُمُ ٱلشَّيۡطَٰنُ بِبَعۡضِ مَا كَسَبُواْۖ وَلَقَدۡ عَفَا ٱللَّهُ عَنۡهُمۡۗ إِنَّ ٱللَّهَ غَفُورٌ حَلِيمࣱ‏

Dawk minnkom li taw daharhom (u ma tawx widen) fil- jum meta ż-żewġ qtajja' (tal-Misilmin u. tal-pagani) iltaqgħu, kien ix-Xitan li waqqagħhom minħabba. xi (ħażen) li għamlu. (Iżda issa) Alla ħafrilhom. Tabilħaqq li Alla huwa Kollu Maħfra u Kollu Sabar mal-midinbin

Ayah 155

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تَكُونُواْ كَٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَقَالُواْ لِإِخۡوَٰنِهِمۡ إِذَا ضَرَبُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ أَوۡ كَانُواْ غُزࣰّ ى لَّوۡ كَانُواْ عِندَنَا مَا مَاتُواْ وَمَا قُتِلُواْ لِيَجۡعَلَ ٱللَّهُ ذَٰلِكَ حَسۡرَةࣰ فِي قُلُوبِهِمۡۗ وَٱللَّهُ يُحۡيِۦ وَيُمِيتُۗ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرࣱ‏

Intom'li temmnu, la tkunux bħal dawk li ma jemmnux u li jgħidu dwar ħuthom, meta jterrqu fl-art jew jitqabdu: 'Li kieku baqgħu magħna, ma kinux imutu u lanqas jinqatlu'' Dan (ikun) biex Alla jġib niket fi qlubhom. Huwa Alla (u ħadd ħliefu) li jagħti l-ħajja u l-mewt. Alla jara sew dak li tagħmlu

Ayah 156

وَلَئِن قُتِلۡتُمۡ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ أَوۡ مُتُّمۡ لَمَغۡفِرَةࣱ مِّنَ ٱللَّهِ وَرَحۡمَةٌ خَيۡرࣱ مِّمَّا يَجۡمَعُونَ

U jekk tinqatlu (martri) għal Alla, jew tmutu, tassew li maħfra u ħniena minn Alla huma aħjar minn dak li jiġmgħu (u jgeddsu mill-ġid tad-dinja)

Ayah 157

وَلَئِن مُّتُّمۡ أَوۡ قُتِلۡتُمۡ لَإِلَى ٱللَّهِ تُحۡشَرُونَ

U (sew) jekk tmutu (mewta naturali), jew tinqatlu (fit- taqbid), tabilħaqq lejn. Alla tinġabru (biex tieħdu ħlaskom)

Ayah 158

فَبِمَا رَحۡمَةࣲ مِّنَ ٱللَّهِ لِنتَ لَهُمۡۖ وَلَوۡ كُنتَ فَظًّا غَلِيظَ ٱلۡقَلۡبِ لَٱنفَضُّواْ مِنۡ حَوۡلِكَۖ فَٱعۡفُ عَنۡهُمۡ وَٱسۡتَغۡفِرۡ لَهُمۡ وَشَاوِرۡهُمۡ فِي ٱلۡأَمۡرِۖ فَإِذَا عَزَمۡتَ فَتَوَكَّلۡ عَلَى ٱللَّهِۚ إِنَّ ٱللَّهَ يُحِبُّ ٱلۡمُتَوَكِّلِينَ

Kien bil-ħniena minn Alla li (inti. Muħammad) imxejt bil-ħlewwa magħhom (minkejja li dawn sħabek. marru kontra l-amar tiegħek). Li kieku kont iebes (u aħrax) u qalbek kiefra finagħhom), kienu jixterdu (u jitilqu) minn madwarek. Mela agħdirhom. itlob li jaqilgħu l-maħfra (ta' Alla), u kkonsultahom dwar il-kwistjoni (tat-tmexxija tal-komunità Misilma). Meta (imbagħad) tkun qtajt (x'se tagħmel), ħalli f'idejn Alla. Alla jħobb lil dawk. li jħallu f'idejh

Ayah 159

إِن يَنصُرۡكُمُ ٱللَّهُ فَلَا غَالِبَ لَكُمۡۖ وَإِن يَخۡذُلۡكُمۡ فَمَن ذَا ٱلَّذِي يَنصُرُكُم مِّنۢ بَعۡدِهِۦۗ وَعَلَى ٱللَّهِ فَلۡيَتَوَكَّلِ ٱلۡمُؤۡمِنُونَ

(Jekk Alla jagħtikom. ir-rebħa, mela ħadd ma jegħlibkomt Iżda jekk jitlaqkom, min hu dan li, warajh, jista' jrebbaħkom) F'idejn Alla għandhom iħallu dawk li jemmnu

Ayah 160

وَمَا كَانَ لِنَبِيٍّ أَن يَغُلَّۚ وَمَن يَغۡلُلۡ يَأۡتِ بِمَا غَلَّ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۚ ثُمَّ تُوَفَّىٰ كُلُّ نَفۡسࣲ مَّا كَسَبَتۡ وَهُمۡ لَا يُظۡلَمُونَ

Profeta ma jieħu: qatt mill-priża tal-gwerra bil-qerql Min jieħu mill-priża tal-gwerra bil-qerq, arah ġej, f'Jum il-Qawmien, b'dak. li ħa' bil-qerq: Imbagħad kulħadd jitħallas ta' dak'li kiseb, u ma ssirx inġustizzja magħhom

Ayah 161

أَفَمَنِ ٱتَّبَعَ رِضۡوَٰنَ ٱللَّهِ كَمَنۢ بَآءَ بِسَخَطࣲ مِّنَ ٱللَّهِ وَمَأۡوَىٰهُ جَهَنَّمُۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمَصِيرُ

Jaqaw dak li jfittex li jogħġob lil Alla huwa bħal dak li ġibed fuqu l-għadab ta' Alla, u l-kenn tiegħu fl-Infern 2 (Dan ikun tassew) tmiem ta' għajb

Ayah 162

هُمۡ دَرَجَٰتٌ عِندَ ٱللَّهِۗ وَٱللَّهُ بَصِيرُۢ بِمَا يَعۡمَلُونَ

Huma: (jinsabu) fi gradi (differenti) quddiem. Alla, u Alla jara kulma jagħmlu

Ayah 163

لَقَدۡ مَنَّ ٱللَّهُ عَلَى ٱلۡمُؤۡمِنِينَ إِذۡ بَعَثَ فِيهِمۡ رَسُولࣰ ا مِّنۡ أَنفُسِهِمۡ يَتۡلُواْ عَلَيۡهِمۡ ءَايَٰتِهِۦ وَيُزَكِّيهِمۡ وَيُعَلِّمُهُمُ ٱلۡكِتَٰبَ وَٱلۡحِكۡمَةَ وَإِن كَانُواْ مِن قَبۡلُ لَفِي ضَلَٰلࣲ مُّبِينٍ

Alla wera tjieba ma' dawk li jemmnu meta bagħat għandhom Mibgħut minn fosthom li jaqralhom il-versi tiegħu, isaffihom (minni dnubiethom. u mill-għemejjel ħżiena tagħhom), u jgħallimhom il-Ktieb u l-għerf. (Dan) minkejja li qabel kienu f'telfien mill-aktar ċar

Ayah 164

أَوَلَمَّآ أَصَٰبَتۡكُم مُّصِيبَةࣱ قَدۡ أَصَبۡتُم مِّثۡلَيۡهَا قُلۡتُمۡ أَنَّىٰ هَٰذَاۖ قُلۡ هُوَ مِنۡ عِندِ أَنفُسِكُمۡۗ إِنَّ ٱللَّهَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرࣱ‏

Meta ġie fuqkom għawġ. kbir (fit-telfa ta' 'Uħud, minkejja li) Kontu ġibtu (fuq il-pagani għawġ) id-doppju tiegħu (fil-relfa ta' Badr), intom għidtu: ''Dan (l-għawġ) minn fejn (inqala')I' Għidfilhom, Muħammad): 'Ħuwa (ġej) minnkom infuskom (għaliex ma smajtux minn Alla u mill-Profeta). Alla tabilħaqq fuq kollox Setgħan

Ayah 165

وَمَآ أَصَٰبَكُمۡ يَوۡمَ ٱلۡتَقَى ٱلۡجَمۡعَانِ فَبِإِذۡنِ ٱللَّهِ وَلِيَعۡلَمَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Dakli għaddejtu minnu dakinhar li ż-żewġ qtajja' ltaqgħu (fit-taqbida ta' 'Uħud) seħħ bir-rieda ta' Alla, u biex ikun jaf (min huma) dawk li jemmnu

Ayah 166

وَلِيَعۡلَمَ ٱلَّذِينَ نَافَقُواْۚ وَقِيلَ لَهُمۡ تَعَالَوۡاْ قَٰتِلُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ أَوِ ٱدۡفَعُواْۖ قَالُواْ لَوۡ نَعۡلَمُ قِتَالࣰ ا لَّٱتَّبَعۡنَٰكُمۡۗ هُمۡ لِلۡكُفۡرِ يَوۡمَئِذٍ أَقۡرَبُ مِنۡهُمۡ لِلۡإِيمَٰنِۚ يَقُولُونَ بِأَفۡوَٰهِهِم مَّا لَيۡسَ فِي قُلُوبِهِمۡۚ وَٱللَّهُ أَعۡلَمُ بِمَا يَكۡتُمُونَ

u biex ikun jaf (min huma) dawk li-wrew wiċċ b'ieħor li. meta ntqal: (ilhom): Ejjew, tqatlu għal Alla, jew (għallinqas). iddefendu. (lilkom. infuskom: u. lil nieskom),' huma qalu: 'Li kieku konna nafu li se jseħħ xi ġlied, konna niġu warajkom.' Dakinhar huma kienu eqreb lejn iċ-ċaħda tat-twemmin milli lejn it-twemmin; b'fommhom jgħidu dak li-ma huwiex fi qlubhom. Iżda Alla jaf sewwa b'dak li jaħbu

Ayah 167

ٱلَّذِينَ قَالُواْ لِإِخۡوَٰنِهِمۡ وَقَعَدُواْ لَوۡ أَطَاعُونَا مَا قُتِلُواْۗ قُلۡ فَٱدۡرَءُواْ عَنۡ أَنفُسِكُمُ ٱلۡمَوۡتَ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

(Dawn ta' wiċċ b'ieħor huma dawk) li, filwaqt li qagħdu (mistrieħa d-dar), qalu hekk dwar ħuthom (li marru jitqatlu għal Alla): ''Li kieku semgħu minna, ma kinux jinqatlu.' Għidfilhom Muħammad): ''Biegħdu l-mewt minnkom infuskom, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal

Ayah 168

وَلَا تَحۡسَبَنَّ ٱلَّذِينَ قُتِلُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ أَمۡوَٰتَۢاۚ بَلۡ أَحۡيَآءٌ عِندَ رَبِّهِمۡ يُرۡزَقُونَ

La taħsibx-(Muħammad) li dawk li nqatlu għal Alla huma mejtin, imma ħajjin għand Sidhom, u għandhom l-għajxien tagħhom

Ayah 169

فَرِحِينَ بِمَآ ءَاتَىٰهُمُ ٱللَّهُ مِن فَضۡلِهِۦ وَيَسۡتَبۡشِرُونَ بِٱلَّذِينَ لَمۡ يَلۡحَقُواْ بِهِم مِّنۡ خَلۡفِهِمۡ أَلَّا خَوۡفٌ عَلَيۡهِمۡ وَلَا هُمۡ يَحۡزَنُونَ

Huma ferħanin b'dak li Alla tahom mit-tjieba tiegħu (fil- Ġenna) u jifirhu bil-bxara li dawk (li jitqabdu għal Alla), li għadhom ma ġewx ħdejhom. (fil-hena tal-Ġenna), u (baqgħu) warajhom (fid-dinja), ma għandhom ebda biża' fuqhom (minn Jum. il-Qawmien) u. lanqas. (għandhom għalfejn). jitnikktu (li: se jħallu d-dinja, għaliex. hemm tistenniehom Ħajja bil-wisq aħjar)

Ayah 170

۞يَسۡتَبۡشِرُونَ بِنِعۡمَةࣲ مِّنَ ٱللَّهِ وَفَضۡلࣲ وَأَنَّ ٱللَّهَ لَا يُضِيعُ أَجۡرَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ

Huma jifirħu bil-bxara ta' grazzja minn Alla u. tjieba (kbira mingħandu), u li Alla ma jiellifx il-ħlas ta' dawk li jemmnu

Ayah 171

ٱلَّذِينَ ٱسۡتَجَابُواْ لِلَّهِ وَٱلرَّسُولِ مِنۢ بَعۡدِ مَآ أَصَابَهُمُ ٱلۡقَرۡحُۚ لِلَّذِينَ أَحۡسَنُواْ مِنۡهُمۡ وَٱتَّقَوۡاْ أَجۡرٌ عَظِيمٌ

dawk li wieġbu (għas-sejħa) ta' Alla u tal-Mibgħut (fiegħu Muħammad), wara. li ndarbu. (fir-raqbid); għal: dawk minnhom li għamlu t-tajjeb u beżgħu minn Alla (i/ obdew/), hemm ħlas kbir

Ayah 172

ٱلَّذِينَ قَالَ لَهُمُ ٱلنَّاسُ إِنَّ ٱلنَّاسَ قَدۡ جَمَعُواْ لَكُمۡ فَٱخۡشَوۡهُمۡ فَزَادَهُمۡ إِيمَٰنࣰ ا وَقَالُواْ حَسۡبُنَا ٱللَّهُ وَنِعۡمَ ٱلۡوَكِيلُ

Dawk li n-nies (ta' wiċċ b'ieħor) qalulhom: ''Tabilħaqq in-nies. (għedewwa: .tagħkom, il-pagani: 1a' Qurajx) inġemgħu kontrikom. Mela ibżgħu minnhom.' (Iżda dan il- kliem) żiedhom fit-twemmin u qalu: 'Alla biżżejjed għalinal Ħadd aħjar minnu ma jieħu ħsiebnal' I

Ayah 173

فَٱنقَلَبُواْ بِنِعۡمَةࣲ مِّنَ ٱللَّهِ وَفَضۡلࣲ لَّمۡ يَمۡسَسۡهُمۡ سُوٓءࣱ وَٱتَّبَعُواْ رِضۡوَٰنَ ٱللَّهِۗ وَٱللَّهُ ذُو فَضۡلٍ عَظِيمٍ

Huma reġgħu lura bi grazzja minn: Alla u tjieba (mingħandu), u ma messhom (ebda) deni. Huma fittxu li jogħġbu lil Alla, u Alla huwa ta' tjieba bla tarf

Ayah 174

إِنَّمَا ذَٰلِكُمُ ٱلشَّيۡطَٰنُ يُخَوِّفُ أَوۡلِيَآءَهُۥ فَلَا تَخَافُوهُمۡ وَخَافُونِ إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَ

Dak biss, ix-Xitan, li jbeżża' (/il dawk li jemmnu) bi sħabu. La tibżgħux minnhom, iżda minni ibżgħu, jekk tassew temmnut

Ayah 175

وَلَا يَحۡزُنكَ ٱلَّذِينَ يُسَٰرِعُونَ فِي ٱلۡكُفۡرِۚ إِنَّهُمۡ لَن يَضُرُّواْ ٱللَّهَ شَيۡـࣰٔ اۚ يُرِيدُ ٱللَّهُ أَلَّا يَجۡعَلَ لَهُمۡ حَظࣰّ ا فِي ٱلۡأٓخِرَةِۖ وَلَهُمۡ عَذَابٌ عَظِيمٌ

(Muħammad), la tħallix li dawk (ta' wiċċ b'ieħor, dawk). li jgħaġġlu (bi kliemhom: u b'għemilhom). biex jiċħdu t-twemmin, inikktuk. Ma huma se jagħmlu ebda ħsara lil-Alla. Alla jrid li ma jagħtihomx sehem fil-(ħajja) l-Oħra. Għalihom (hemm) kastig mill-kbar

Ayah 176

إِنَّ ٱلَّذِينَ ٱشۡتَرَوُاْ ٱلۡكُفۡرَ بِٱلۡإِيمَٰنِ لَن يَضُرُّواْ ٱللَّهَ شَيۡـࣰٔ اۖ وَلَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمࣱ‏

Tabilħaqq li dawk (ta' wiċċ b'ieħor) li jixtru ċ-ċaħda tat-twemmin. (bil-prezz tat-) twemmin ma huma se jagħmlu ebda ħsara lil Alla, iżda jkollhom kastig ta' wġigħ

Ayah 177

وَلَا يَحۡسَبَنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ أَنَّمَا نُمۡلِي لَهُمۡ خَيۡرࣱ لِّأَنفُسِهِمۡۚ إِنَّمَا نُمۡلِي لَهُمۡ لِيَزۡدَادُوٓاْ إِثۡمࣰ اۖ وَلَهُمۡ عَذَابࣱ مُّهِينࣱ‏

Dawk li-ma jemmnux ma għandhomx jaħsbu li huwa ta' ġid għalihom li qegħdin intawlulhom (ħajjifhom). Iżda qed intawlulhom (ħajjithom) biex jiżdiedu fil-ħtija. Tagħhom huwa kastig ta' tkasbir

Ayah 178

مَّا كَانَ ٱللَّهُ لِيَذَرَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ عَلَىٰ مَآ أَنتُمۡ عَلَيۡهِ حَتَّىٰ يَمِيزَ ٱلۡخَبِيثَ مِنَ ٱلطَّيِّبِۗ وَمَا كَانَ ٱللَّهُ لِيُطۡلِعَكُمۡ عَلَى ٱلۡغَيۡبِ وَلَٰكِنَّ ٱللَّهَ يَجۡتَبِي مِن رُّسُلِهِۦ مَن يَشَآءُۖ فَـَٔامِنُواْ بِٱللَّهِ وَرُسُلِهِۦۚ وَإِن تُؤۡمِنُواْ وَتَتَّقُواْ فَلَكُمۡ أَجۡرٌ عَظِيمࣱ‏

Alla ma huwiex se jħalli lil dawk li emmnu fil-qagħda li intom (issa), sa ma jifred il-ħażin mit-tajjeb. Alla ma kellux għalfejn jgħarrafkom il-ħwejjeġ mistura, iżda Alla jagħżel lil min irid mill-Mibgħutin tiegħu (u jgħarrafhom b'dak li hu mistur). Għalhekk emmnu f'Alla u fil- Mibgħutin tiegħu, u jekk temmnu u tibżgħu minn Alla (iż tobduh), ikollkom ħlas kbir

Ayah 179

وَلَا يَحۡسَبَنَّ ٱلَّذِينَ يَبۡخَلُونَ بِمَآ ءَاتَىٰهُمُ ٱللَّهُ مِن فَضۡلِهِۦ هُوَ خَيۡرࣰ ا لَّهُمۖ بَلۡ هُوَ شَرࣱّ لَّهُمۡۖ سَيُطَوَّقُونَ مَا بَخِلُواْ بِهِۦ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۗ وَلِلَّهِ مِيرَٰثُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۗ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ خَبِيرࣱ‏

(Hekk ukoll) dawk. li jixxaħħu b'li tahom Alla mit- tjieba tiegħu, ma għandhomx jaħsbu li (dan) huwa ta' ġid għalihom. Lel Huwa ħażin għalihom Dak li xxaħħu bih se jiddawwar ma' għonqhom f'Jum il-Qawmien. U ta' Alla huwa wirt is-smewwiet u l-art. Alla jaf sew b'dak li tagħmlu. l

Ayah 180

لَّقَدۡ سَمِعَ ٱللَّهُ قَوۡلَ ٱلَّذِينَ قَالُوٓاْ إِنَّ ٱللَّهَ فَقِيرࣱ وَنَحۡنُ أَغۡنِيَآءُۘ سَنَكۡتُبُ مَا قَالُواْ وَقَتۡلَهُمُ ٱلۡأَنۢبِيَآءَ بِغَيۡرِ حَقࣲّ وَنَقُولُ ذُوقُواْ عَذَابَ ٱلۡحَرِيقِ

Alla sema' kliem dawk (il-Lhud) li-qalu: SAlla fqir, u aħna għonjaf'' Se niktbu dak li qalu, u (niktbu wkoll 1 huma) qatlu l-Profeti, bla ħaqq. (Lil dawn) ngħidu(lhom): ''Duqu l-kastig tal-ħruql

Ayah 181

ذَٰلِكَ بِمَا قَدَّمَتۡ أَيۡدِيكُمۡ وَأَنَّ ٱللَّهَ لَيۡسَ بِظَلَّامࣲ لِّلۡعَبِيدِ

Dan (il-kastig: tal-ħruq. jingħatalkom) minħabba: (il- ħażen) li għamlu idejkom, Alla ma huwiex inġust mal- qaddejja (tiegħu)

Ayah 182

ٱلَّذِينَ قَالُوٓاْ إِنَّ ٱللَّهَ عَهِدَ إِلَيۡنَآ أَلَّا نُؤۡمِنَ لِرَسُولٍ حَتَّىٰ يَأۡتِيَنَا بِقُرۡبَانࣲ تَأۡكُلُهُ ٱلنَّارُۗ قُلۡ قَدۡ جَآءَكُمۡ رُسُلࣱ مِّن قَبۡلِي بِٱلۡبَيِّنَٰتِ وَبِٱلَّذِي قُلۡتُمۡ فَلِمَ قَتَلۡتُمُوهُمۡ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ

Huma dawk li qalu: ''Alla amrilna (u wissiena fit-Tora) biex ma nemmnux. lil xi Mibgħut qabel ma jġibilna. offerta li jikolha (u jaħraqha) in-nar (li jinżel mis-sema).' Għidfilhom Muħammad): ''Diġà ġewkom qabli (għadd ta'). Mibgħutin' bis-sinjali ċ-ċari, u b'dan li qegħdin tgħidu (dwar l-offerta). Mela għaliex qtiltuhom, jekk tabilħaqq qegħdin tgħidu s-sewwa

Ayah 183

فَإِن كَذَّبُوكَ فَقَدۡ كُذِّبَ رُسُلࣱ مِّن قَبۡلِكَ جَآءُو بِٱلۡبَيِّنَٰتِ وَٱلزُّبُرِ وَٱلۡكِتَٰبِ ٱلۡمُنِيرِ

Jekk igiddbuk (Muħammad, kun af li) Mibgħutin (oħra) qablek tgiddbu, (rninkejja) li kienu ġew bis-sinjali ċ-ċari, bil-Kotba ta' l-għerf, u bil-Ktieb li jdawwal (bħat-Tord u l-Evanġelju)

Ayah 184

كُلُّ نَفۡسࣲ ذَآئِقَةُ ٱلۡمَوۡتِۗ وَإِنَّمَا تُوَفَّوۡنَ أُجُورَكُمۡ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۖ فَمَن زُحۡزِحَ عَنِ ٱلنَّارِ وَأُدۡخِلَ ٱلۡجَنَّةَ فَقَدۡ فَازَۗ وَمَا ٱلۡحَيَوٰةُ ٱلدُّنۡيَآ إِلَّا مَتَٰعُ ٱلۡغُرُورِ

Kull ruħ idduq il-mewt. F'Jum il-Qawmien biss tieħdu ħlaskom kollu. Min jinħeles min-Nar u jiddaħħal. fil- Ġenna, ikun (tassew) rebbieħ, (għaliex) il-ħajja fid-dinja (ma hija xejn) għajr tgawdija qarrieqa (u fiergħa)

Ayah 185

۞لَتُبۡلَوُنَّ فِيٓ أَمۡوَٰلِكُمۡ وَأَنفُسِكُمۡ وَلَتَسۡمَعُنَّ مِنَ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ مِن قَبۡلِكُمۡ وَمِنَ ٱلَّذِينَ أَشۡرَكُوٓاْ أَذࣰ ى كَثِيرࣰ اۚ وَإِن تَصۡبِرُواْ وَتَتَّقُواْ فَإِنَّ ذَٰلِكَ مِنۡ عَزۡمِ ٱلۡأُمُورِ

Tabilħaqq li għad tiġġarrbu f'ġidkom u fikom infuskom, u żgur li għad tisimgħu deni kbir minn dawk li ngħataw il-Ktieb qabilkom, u minn dawk li xierku (allat foloz ma' Alla). Iżda jekk tistabru u tibżgħu minn Alla, tabilħaqq li dan huwa sinjal ta' rieda qawwija

Ayah 186

وَإِذۡ أَخَذَ ٱللَّهُ مِيثَٰقَ ٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ لَتُبَيِّنُنَّهُۥ لِلنَّاسِ وَلَا تَكۡتُمُونَهُۥ فَنَبَذُوهُ وَرَآءَ ظُهُورِهِمۡ وَٱشۡتَرَوۡاْ بِهِۦ ثَمَنࣰ ا قَلِيلࣰ اۖ فَبِئۡسَ مَا يَشۡتَرُونَ

(Ftakar; Muħammad) meta Alla daħal f'rabta ma' dawk li ngħataw il-Ktieb (u qalilhom): 'Araw li tfissruh biċ-ċar lin-nies, u la taħbuhxi' Iżda huma. tefgħuh wara daharhom, u bigħuh bi prezz irħis. Tassew ta' għajb dak it-telfien) li xtrawl

Ayah 187

لَا تَحۡسَبَنَّ ٱلَّذِينَ يَفۡرَحُونَ بِمَآ أَتَواْ وَّيُحِبُّونَ أَن يُحۡمَدُواْ بِمَا لَمۡ يَفۡعَلُواْ فَلَا تَحۡسَبَنَّهُم بِمَفَازَةࣲ مِّنَ ٱلۡعَذَابِۖ وَلَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمࣱ‏

La taħsibx (Muħammad) li dawk li jifirħu b'li għamlu (meta ħbew lin-nies it-tagħrif minn Alla fuqek), u jħobbu jkunu mfaħħra ta' dak li ma għamlux (u lanqas ħarsu s- sewwa) la taħsibhomx li ħelsu mill-kastig. Għalihom hemm kastig ta' wġigħ

Ayah 188

وَلِلَّهِ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۗ وَٱللَّهُ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرٌ

Ta' Alla (hija) is-saltna fuq is-smewwiet u l-art, u Alla fuq kollox Setgħan

Ayah 189

إِنَّ فِي خَلۡقِ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَٱخۡتِلَٰفِ ٱلَّيۡلِ وَٱلنَّهَارِ لَأٓيَٰتࣲ لِّأُوْلِي ٱلۡأَلۡبَٰبِ

Tabilħaqq li fil-ħolqien tas-smewwiet u l-art, u fid-dħul wara xulxin tal-lejl u n-nhar, hemm sinjali għal dawk ta' dehen

Ayah 190

ٱلَّذِينَ يَذۡكُرُونَ ٱللَّهَ قِيَٰمࣰ ا وَقُعُودࣰ ا وَعَلَىٰ جُنُوبِهِمۡ وَيَتَفَكَّرُونَ فِي خَلۡقِ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ رَبَّنَا مَا خَلَقۡتَ هَٰذَا بَٰطِلࣰ ا سُبۡحَٰنَكَ فَقِنَا عَذَابَ ٱلنَّارِ

dawk li jfaħħru lil Alla weqfin, bil-qiegħda u (mimdudin) fuq ġenbejhom, u jaħsbu fit-tul dwar il-ħolqien tas- smewwiet u l-art ( 4 jgħidu): ''Sidna, Inti ma ħlaqtx dan (kollu) għalxejn, Sebħ lilekl Ħarisna mill-kastig tan-Nart

Ayah 191

رَبَّنَآ إِنَّكَ مَن تُدۡخِلِ ٱلنَّارَ فَقَدۡ أَخۡزَيۡتَهُۥۖ وَمَا لِلظَّٰلِمِينَ مِنۡ أَنصَارࣲ‏

Sidna, Inti lil dak li ddaħħal fin-Nar tiksih bl-għajb. Il- ħżiena ma għandhomx min jgħinhom

Ayah 192

رَّبَّنَآ إِنَّنَا سَمِعۡنَا مُنَادِيࣰ ا يُنَادِي لِلۡإِيمَٰنِ أَنۡ ءَامِنُواْ بِرَبِّكُمۡ فَـَٔامَنَّاۚ رَبَّنَا فَٱغۡفِرۡ لَنَا ذُنُوبَنَا وَكَفِّرۡ عَنَّا سَيِّـَٔاتِنَا وَتَوَفَّنَا مَعَ ٱلۡأَبۡرَارِ

Sidna, aħna smajna lil min isejjaħ lejn it-twemmin (ta' Muħammad, u jgħid): 'Emmnu fil-Mulej tagħkom, u aħna emminna, Sidna, aħfrilna dnubietna, ħassar minn fuqna ħtijietna, u ħudilna ħajjitna (mera nkun tajbin, biex ninġabru) mal-ġusti

Ayah 193

رَبَّنَا وَءَاتِنَا مَا وَعَدتَّنَا عَلَىٰ رُسُلِكَ وَلَا تُخۡزِنَا يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۖ إِنَّكَ لَا تُخۡلِفُ ٱلۡمِيعَادَ

Sidna, agħtina dak li wegħedina permezz tal-Mibgħutin tiegħek, u la tkasbarniex f'Jum il-Qawmien. Inti, tabilħaqq, ma tiksirx il-wegħda (tiegħek)

Ayah 194

فَٱسۡتَجَابَ لَهُمۡ رَبُّهُمۡ أَنِّي لَآ أُضِيعُ عَمَلَ عَٰمِلࣲ مِّنكُم مِّن ذَكَرٍ أَوۡ أُنثَىٰۖ بَعۡضُكُم مِّنۢ بَعۡضࣲۖ فَٱلَّذِينَ هَاجَرُواْ وَأُخۡرِجُواْ مِن دِيَٰرِهِمۡ وَأُوذُواْ فِي سَبِيلِي وَقَٰتَلُواْ وَقُتِلُواْ لَأُكَفِّرَنَّ عَنۡهُمۡ سَيِّـَٔاتِهِمۡ وَلَأُدۡخِلَنَّهُمۡ جَنَّٰتࣲ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ ثَوَابࣰ ا مِّنۡ عِندِ ٱللَّهِۚ وَٱللَّهُ عِندَهُۥ حُسۡنُ ٱلثَّوَابِ

U Sidhom. laqa' t-talba tagħhom (i: weġibhom): Tabilhaqq. li Jiena ma nġibx fix-xejn ix-xogħol ta' ħadd minnkom; sew. jekk raġel, u sew jekk mara. Intom. (ġejjin) minn xulxin (ir-raġel mill-mara, u l-mara mir- raġel, u ħlaskom l-istess). Għalhekk dawk. li emigraw (minħabba. r-reliġjon. tagħhom), li. tkeċċew minn djarhom, li batew ħsara minħabba fija, u tqatlu u nqatlu tassew li se nħassar ħtijiethom, u ndaħħalhom f'Ġonna. bix-xmajjar jiġru taħthom, bħala ħlas mingħand Alla, għaliex Alla għandu l-aħjar ħlas

Ayah 195

لَا يَغُرَّنَّكَ تَقَلُّبُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ فِي ٱلۡبِلَٰدِ

La tħallix iqarraq bik (Muħammad, u b'kulmin jimxi warajk) il-ġid u s-setgħa li dawk li m'emmnux igawdu fil-pajjiżi

Ayah 196

مَتَٰعࣱ قَلِيلࣱ ثُمَّ مَأۡوَىٰهُمۡ جَهَنَّمُۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمِهَادُ

(F'dan għandhom. biss) tgawdija żgħira (għaliex) imbagħad il-kenn tagħhom ikun l-Infern. Ta' għajb il- friex (tagħhom fin-Nar)

Ayah 197

لَٰكِنِ ٱلَّذِينَ ٱتَّقَوۡاْ رَبَّهُمۡ لَهُمۡ جَنَّٰتࣱ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَا نُزُلࣰ ا مِّنۡ عِندِ ٱللَّهِۗ وَمَا عِندَ ٱللَّهِ خَيۡرࣱ لِّلۡأَبۡرَارِ

Iżda dawk li beżgħu minn Sidhom għandhom Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u. fihom jgħammru: għal dejjem. Huma għotja mingħand Alla. U dak li hu għand Alla huwa aħjar għall-ġusti

Ayah 198

وَإِنَّ مِنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ لَمَن يُؤۡمِنُ بِٱللَّهِ وَمَآ أُنزِلَ إِلَيۡكُمۡ وَمَآ أُنزِلَ إِلَيۡهِمۡ خَٰشِعِينَ لِلَّهِ لَا يَشۡتَرُونَ بِـَٔايَٰتِ ٱللَّهِ ثَمَنࣰ ا قَلِيلًاۚ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُمۡ أَجۡرُهُمۡ عِندَ رَبِّهِمۡۗ إِنَّ ٱللَّهَ سَرِيعُ ٱلۡحِسَابِ

Tabilħaqq li fost Nies il-Ktieb (il-Lhud u l-Insara) hemm min jemmen f'Alla u f'dak. li tniżżlilkom (il- Qoran); u f'dak li tniżżlilhom (it-Tora u l-Evanġelju; nies) umli quddiem Alla, u:ma jbigħux ir-Rivelazzjoni ta' Alla bi: prezz irħis, Dawk għandhom ħlashom għand Sidhom. Tabilħaqq li Alla malajr jagħmel il-kontijiet

Ayah 199

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱصۡبِرُواْ وَصَابِرُواْ وَرَابِطُواْ وَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ لَعَلَّكُمۡ تُفۡلِحُونَ

(Intom li temmnu, stabru, fittxu li tgħaddu ffill- għedewwa tagħkom). fis-sabar, żommu sħiħ fl-imkejjen tat-taqbid ma' l-għadu, u ibżgħu minn Alla, biex forsi tkunu rebbiħin

Ayah 200