Surah Hud
Surah Hud is chapter 11 of the Quran, with 123 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.
الٓرۚ كِتَٰبٌ أُحۡكِمَتۡ ءَايَٰتُهُۥ ثُمَّ فُصِّلَتۡ مِن لَّدُنۡ حَكِيمٍ خَبِيرٍ
Alif. Lam. Ra'. (Dan huwa) Ktieb bil-versi tiegħu mibnija sewwa (u mseddga), imbagħad tfissru bir-reqqa (u neżlin) mingħand Għaref u jaf sewwa (b'kollox u b'kulħadd)
Ayah 1أَلَّا تَعۡبُدُوٓاْ إِلَّا ٱللَّهَۚ إِنَّنِي لَكُم مِّنۡهُ نَذِيرࣱ وَبَشِيرࣱ
(Ktieb li jwissi biex) ma tqimux ħlief lil Alla. (Muħammad għidilhom): ''Jiena. (Mibgħur) għal għandkom, minnu, biex inwissi u nagħti l-bxara t-tajba
Ayah 2وَأَنِ ٱسۡتَغۡفِرُواْ رَبَّكُمۡ ثُمَّ تُوبُوٓاْ إِلَيۡهِ يُمَتِّعۡكُم مَّتَٰعًا حَسَنًا إِلَىٰٓ أَجَلࣲ مُّسَمࣰّ ى وَيُؤۡتِ كُلَّ ذِي فَضۡلࣲ فَضۡلَهُۥۖ وَإِن تَوَلَّوۡاْ فَإِنِّيٓ أَخَافُ عَلَيۡكُمۡ عَذَابَ يَوۡمࣲ كَبِيرٍ
U itolbu maħfra mingħand Sidkom, imbagħad duru lejh (sogħbiena) u jagħtikom tgawdija tajba sa żmien imsemmi, u jagħti t-tjieba tiegħu lil min juri tjubija. Iżda jekk tagħtu daharkom (u ma tisimgħux), jiena nibża' li jkollkom il- kastig ta' Jum kbir (li fih iseħħu ħwejjeġ tal-biża)
Ayah 3إِلَى ٱللَّهِ مَرۡجِعُكُمۡۖ وَهُوَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرٌ
LejnAlla għad terġgħu lura, u Huwa fuq kollox Setgħan
Ayah 4أَلَآ إِنَّهُمۡ يَثۡنُونَ صُدُورَهُمۡ لِيَسۡتَخۡفُواْ مِنۡهُۚ أَلَا حِينَ يَسۡتَغۡشُونَ ثِيَابَهُمۡ يَعۡلَمُ مَا يُسِرُّونَ وَمَا يُعۡلِنُونَۚ إِنَّهُۥ عَلِيمُۢ بِذَاتِ ٱلصُّدُورِ
Ara (ta' wiċċ b'ieħor) kif jitnu (u jgeżwru) qlubhom (biex mingħalihom jaħbu minn Alla l-ħażen li hemm fihom u) biex jinħbew minnu. (Kollu għalxejn/) Anki meta jitgeżwru fi ħwejjiġhom, (Alla l-Imbierek) jaf b'dak li jaħbu u b'dak li jikxfu 7 Huwa jaf b'kulma hemm fil-qlub
Ayah 5۞وَمَا مِن دَآبَّةࣲ فِي ٱلۡأَرۡضِ إِلَّا عَلَى ٱللَّهِ رِزۡقُهَا وَيَعۡلَمُ مُسۡتَقَرَّهَا وَمُسۡتَوۡدَعَهَاۚ كُلࣱّ فِي كِتَٰبࣲ مُّبِينࣲ
Ma hemm ebda ħliqa li titħarrek fuq l-art li l-għajxien tagħha ma huwiex minn Alla, u (mhux biss, talli) jaf fejn toqgħod u fejn tistrieħ. Kollox (jinsab) fi Ktieb (mill- aktar) ċar
Ayah 6وَهُوَ ٱلَّذِي خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ فِي سِتَّةِ أَيَّامࣲ وَكَانَ عَرۡشُهُۥ عَلَى ٱلۡمَآءِ لِيَبۡلُوَكُمۡ أَيُّكُمۡ أَحۡسَنُ عَمَلࣰ اۗ وَلَئِن قُلۡتَ إِنَّكُم مَّبۡعُوثُونَ مِنۢ بَعۡدِ ٱلۡمَوۡتِ لَيَقُولَنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُوٓاْ إِنۡ هَٰذَآ إِلَّا سِحۡرࣱ مُّبِينࣱ
Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, u t-Tron tiegħu kien fuq l-ilma biex iġarrabkom (u jara) min minnkom huwa l-aħjar fl-għemil ( 4 fl-imġiba). Iżda (Muħammad) jekk tgħid (lill-pagani ta' Mekka): ''Intom tabilħaqq għad tqumu wara l-mewt' dawk li-ma jemmnux tassew. jgħidu 'Dan huwa biss seħer fid- dieherl
Ayah 7وَلَئِنۡ أَخَّرۡنَا عَنۡهُمُ ٱلۡعَذَابَ إِلَىٰٓ أُمَّةࣲ مَّعۡدُودَةࣲ لَّيَقُولُنَّ مَا يَحۡبِسُهُۥٓۗ أَلَا يَوۡمَ يَأۡتِيهِمۡ لَيۡسَ مَصۡرُوفًا عَنۡهُمۡ وَحَاقَ بِهِم مَّا كَانُواْ بِهِۦ يَسۡتَهۡزِءُونَ
U jekk indumu ma niġuhom bil-kastig, għal xi żmien magħdud, tabilħaqq. jgħidu (bi skasbir): ''X'qiegħed iżommu'' Fil-Jum li jiġihom (il-kastig), ma hemm xejn li jbiegħdu minnhom, u dak (il-kastig). li kienu jżebilħu għad idawwarhom minn kullimkien
Ayah 8وَلَئِنۡ أَذَقۡنَا ٱلۡإِنسَٰنَ مِنَّا رَحۡمَةࣰ ثُمَّ نَزَعۡنَٰهَا مِنۡهُ إِنَّهُۥ لَيَـُٔوسࣱ كَفُورࣱ
U jekk indewqu lill-bniedem xi ħniena mingħandna, imbagħad inwarrbuha minnu, huwa tabilħaqq ikun qata' jiesu (għal kollox) u ma jkunx jafhulna
Ayah 9وَلَئِنۡ أَذَقۡنَٰهُ نَعۡمَآءَ بَعۡدَ ضَرَّآءَ مَسَّتۡهُ لَيَقُولَنَّ ذَهَبَ ٱلسَّيِّـَٔاتُ عَنِّيٓۚ إِنَّهُۥ لَفَرِحࣱ فَخُورٌ
Iżdajekk indewquh xi hena, wara li jkun messu xi deni, huwa tabilħaqq jgħid: 'iIl-ħsara ħallietni ' (iżda mbagħad arah) ferħan (iżżejjed, u malajr joqgħod) jiftaħar (u jitkabbar)
Ayah 10إِلَّا ٱلَّذِينَ صَبَرُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ أُوْلَٰٓئِكَ لَهُم مَّغۡفِرَةࣱ وَأَجۡرࣱ كَبِيرࣱ
(Kulħadd. jagħmel hekk) ħlief dawk li jistabru u jagħmlu għemejjel tajba. Dawk għandhom maħffa u ħlas kbir
Ayah 11فَلَعَلَّكَ تَارِكُۢ بَعۡضَ مَا يُوحَىٰٓ إِلَيۡكَ وَضَآئِقُۢ بِهِۦ صَدۡرُكَ أَن يَقُولُواْ لَوۡلَآ أُنزِلَ عَلَيۡهِ كَنزٌ أَوۡ جَآءَ مَعَهُۥ مَلَكٌۚ إِنَّمَآ أَنتَ نَذِيرࣱۚ وَٱللَّهُ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ وَكِيلٌ
Inti (Muħammad) sejjer tħalli barra xi ħaġa minn dak li jitnebbaħlek, u dan qiegħed iġib diqa f'qalbek għaliex (il- Pagani) jgħidu: ''Għaliex ma tniżżillux xi teżor, jew ġie xi anġlu miegħu 7' Iżda inti qiegħed biss biex twissi (li/l- ħżiena dwar il-kastig li ġej fuqhom). Alla jieħu ħsieb kollox
Ayah 12أَمۡ يَقُولُونَ ٱفۡتَرَىٰهُۖ قُلۡ فَأۡتُواْ بِعَشۡرِ سُوَرࣲ مِّثۡلِهِۦ مُفۡتَرَيَٰتࣲ وَٱدۡعُواْ مَنِ ٱسۡتَطَعۡتُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ إِن كُنتُمۡ صَٰدِقِينَ
Jew. jgħidu: '(Dan. il-Qoran). qalgħu minn: żniedu.' Għid(ilhom): 'Mela ġibu għaxar suriet bħalhom, maqlugħa minn żniedkom, u sejħu lil-min tistgħu (biex jgħinkom f'dan), barra lil Alla, jekk qegħdin tgħidu s-sewwal
Ayah 13فَإِلَّمۡ يَسۡتَجِيبُواْ لَكُمۡ فَٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّمَآ أُنزِلَ بِعِلۡمِ ٱللَّهِ وَأَن لَّآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَۖ فَهَلۡ أَنتُم مُّسۡلِمُونَ
U jekk (l-allat foloz u lil kulmin issejħu biex jgħinkom) ma jweġbukomx, mela kunu afu li (dan il-Ktieb) tniżżel biss bl- għerf ta' Alla, u li ma hemmx alla ħliefu. Mela (issa li tafu dan kollu) se tkunu Misilmin 2 l
Ayah 14مَن كَانَ يُرِيدُ ٱلۡحَيَوٰةَ ٱلدُّنۡيَا وَزِينَتَهَا نُوَفِّ إِلَيۡهِمۡ أَعۡمَٰلَهُمۡ فِيهَا وَهُمۡ فِيهَا لَا يُبۡخَسُونَ
Minirid il-ħajja (f'din) id-dinja, u ż-żina (fiergħa) tagħha, (arana) inħallsuhom ta' l-għemejjel tagħhom fiha (stess), u lilhom, fiha, ma jitnaqqsilhom (xejn)
Ayah 15أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ لَيۡسَ لَهُمۡ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ إِلَّا ٱلنَّارُۖ وَحَبِطَ مَا صَنَعُواْ فِيهَا وَبَٰطِلࣱ مَّا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ
Dawk huma li fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) ma għandhomx għajr in-Nar, u jisfa fix-xejn dak (l-għemil it-tajjeb). li ħadmu fiha (din id-dinja), u fieragħ dak (il-ġid) li kienu jagħmlu (għaliex ma' ridux jemmnu f'Alla u f'Jum il- Qawmien)
Ayah 16أَفَمَن كَانَ عَلَىٰ بَيِّنَةࣲ مِّن رَّبِّهِۦ وَيَتۡلُوهُ شَاهِدࣱ مِّنۡهُ وَمِن قَبۡلِهِۦ كِتَٰبُ مُوسَىٰٓ إِمَامࣰ ا وَرَحۡمَةًۚ أُوْلَٰٓئِكَ يُؤۡمِنُونَ بِهِۦۚ وَمَن يَكۡفُرۡ بِهِۦ مِنَ ٱلۡأَحۡزَابِ فَٱلنَّارُ مَوۡعِدُهُۥۚ فَلَا تَكُ فِي مِرۡيَةࣲ مِّنۡهُۚ إِنَّهُ ٱلۡحَقُّ مِن رَّبِّكَ وَلَٰكِنَّ أَكۡثَرَ ٱلنَّاسِ لَا يُؤۡمِنُونَ
Jaqaw dak li għandu sinjal ċar (il-Qoran) minn Sidu, imxandar minn (Gabrijel, l-anġlu li huwa) xhud (ġej) minnu (mingħand Alla) u qablu (il-Qoran, kien hemm it-Tora) Ktieb Mosċ (li jixhed ukoll li Muħammad huwa Profeta, u li l-Qoran ġej mingħand Alla u) huwa tmexxija. (tajba) u ħniena (minn Alla jaqaw dan il-bniedem huwa bħal dak li ma jemminx) 7 Dawk (li għandhom id-dawl ta' Alla) huma li jemmnu fih (il-Qoran): Iżda min, minn fost il-ġemgħat, ma jemminx fih, in-Nar ikun l-imkien imwiegħed għalih. Mela la tkunx (Muħammad) bejn ħalltejn dwaru (dan il-Qoran); Huwa tabilħaqq is-sewwa minn Sidek, iżda l-kotra tan-nies ma jemmnux (li l-Qoran imniżżel mingħand Alla)
Ayah 17وَمَنۡ أَظۡلَمُ مِمَّنِ ٱفۡتَرَىٰ عَلَى ٱللَّهِ كَذِبًاۚ أُوْلَٰٓئِكَ يُعۡرَضُونَ عَلَىٰ رَبِّهِمۡ وَيَقُولُ ٱلۡأَشۡهَٰدُ هَٰٓؤُلَآءِ ٱلَّذِينَ كَذَبُواْ عَلَىٰ رَبِّهِمۡۚ أَلَا لَعۡنَةُ ٱللَّهِ عَلَى ٱلظَّٰلِمِينَ
(Min hu eħżen minn dak.li jaqla' l-gideb dwar Alla) Dawk għad jinġiebu quddiem Sidhom, u x-xhieda (fost l-anġli u l- ħlejjaq) għad jgħidu: ''Dawn huma li gidbu kontra Sidhom.' Ara, is-saħta ta' Alla fuq il-ħżiena
Ayah 18ٱلَّذِينَ يَصُدُّونَ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِ وَيَبۡغُونَهَا عِوَجࣰ ا وَهُم بِٱلۡأٓخِرَةِ هُمۡ كَٰفِرُونَ
(Huma dawk) li jżommu (lill-bnedmin) mit-triq ta' Alla, u jixtiquha mgħawġa. Huma ma jemmnux fl-Oħra (fil-Ħajja l- Oħra)
Ayah 19أُوْلَٰٓئِكَ لَمۡ يَكُونُواْ مُعۡجِزِينَ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَمَا كَانَ لَهُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ مِنۡ أَوۡلِيَآءَۘ يُضَٰعَفُ لَهُمُ ٱلۡعَذَابُۚ مَا كَانُواْ يَسۡتَطِيعُونَ ٱلسَّمۡعَ وَمَا كَانُواْ يُبۡصِرُونَ
Dawk huma li ma jaħarbux (minn 4lla) fuq l-art, u lanqas ma għandhom min iħarishom (jew jeħlishom mill- kastig ta' Alla), minbarra Alla. Il-kastig (tagħhom) ikunilhom doppju. (Dan minħabba li, għalkemm kellhom is-smigħ u d-dawl) huma ma kinux jistgħu jisimgħu, u ma kinux jaraw
Ayah 20أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ خَسِرُوٓاْ أَنفُسَهُمۡ وَضَلَّ عَنۡهُم مَّا كَانُواْ يَفۡتَرُونَ
Dawk huma li tilfu lilhom infushom, u li telaqhom dak li kienu jaqilgħu minn żniedhom
Ayah 21لَا جَرَمَ أَنَّهُمۡ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ هُمُ ٱلۡأَخۡسَرُونَ
Bla dubju li fil-(Ħajja) l-Oħra huma l-akbar tellifin
Ayah 22إِنَّ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ وَأَخۡبَتُوٓاْ إِلَىٰ رَبِّهِمۡ أُوْلَٰٓئِكَ أَصۡحَٰبُ ٱلۡجَنَّةِۖ هُمۡ فِيهَا خَٰلِدُونَ
Tabilħaqq li dawk li jemmnu, jagħmlu għemejjel tajba u jiċċekknu quddiem Sidhom, dawk huma nies il-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem
Ayah 23۞مَثَلُ ٱلۡفَرِيقَيۡنِ كَٱلۡأَعۡمَىٰ وَٱلۡأَصَمِّ وَٱلۡبَصِيرِ وَٱلسَّمِيعِۚ هَلۡ يَسۡتَوِيَانِ مَثَلًاۚ أَفَلَا تَذَكَّرُونَ
(Dawn) iż-żewġ ġemgħat (ta' bnedmin, dawk li jemmnu u dawk li jiċħdu t-twemmin) huma bħall-agħma u t-trux, u (bħal) dak li jara u jisma'. Jaqaw dawn huma ndaqs ineta jitqabblu Jaqaw m'intomx se tiftakru (f'dan ix- xebhji à)
Ayah 24وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا نُوحًا إِلَىٰ قَوۡمِهِۦٓ إِنِّي لَكُمۡ نَذِيرࣱ مُّبِينٌ
Aħna bgħatna. lil Noċ għand niesu (il-pagani u qalilhom): ''Jiena tabilħaqq inwissikom biċ-ċar
Ayah 25أَن لَّا تَعۡبُدُوٓاْ إِلَّا ٱللَّهَۖ إِنِّيٓ أَخَافُ عَلَيۡكُمۡ عَذَابَ يَوۡمٍ أَلِيمࣲ
La tqimux għajr lil Alla. Tabilħaqq li jiena nibża' li (jekk se tibqgħu tqimu l-idoli) se jkollkom il-kastig ta' Jum ta' wġigħ
Ayah 26فَقَالَ ٱلۡمَلَأُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِن قَوۡمِهِۦ مَا نَرَىٰكَ إِلَّا بَشَرࣰ ا مِّثۡلَنَا وَمَا نَرَىٰكَ ٱتَّبَعَكَ إِلَّا ٱلَّذِينَ هُمۡ أَرَاذِلُنَا بَادِيَ ٱلرَّأۡيِ وَمَا نَرَىٰ لَكُمۡ عَلَيۡنَا مِن فَضۡلِۭ بَلۡ نَظُنُّكُمۡ كَٰذِبِينَ
Iżda l-kbarat ta' niesu, li m'emmnux, qalu: ''Aħna ma narawkx ħlief bniedem bħalna, u ma narawx li qegħdin jimxu warajk ħlief l-aktar (nies) baxxi fostna, mingħajr ma jaħsbu sewwa. Lanqas ma naraw li intom aħjar minna, anzi nqisukom giddibin
Ayah 27قَالَ يَٰقَوۡمِ أَرَءَيۡتُمۡ إِن كُنتُ عَلَىٰ بَيِّنَةࣲ مِّن رَّبِّي وَءَاتَىٰنِي رَحۡمَةࣰ مِّنۡ عِندِهِۦ فَعُمِّيَتۡ عَلَيۡكُمۡ أَنُلۡزِمُكُمُوهَا وَأَنتُمۡ لَهَا كَٰرِهُونَ
(Noe) qal: 'Jarniesi, x'taħsbu') Jekk jiena għandi prova ċara minn Sidi, u tani ħniena mingħandu (li hija l- profezija). iżda nżammet moħbija minnkom (għaliex ma tridux tafu b'Alla, x'naqbdu nagħmlu), inġagħlukom tilqgħuha, meta intom tistkerrhuha
Ayah 28وَيَٰقَوۡمِ لَآ أَسۡـَٔلُكُمۡ عَلَيۡهِ مَالًاۖ إِنۡ أَجۡرِيَ إِلَّا عَلَى ٱللَّهِۚ وَمَآ أَنَا۠ بِطَارِدِ ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْۚ إِنَّهُم مُّلَٰقُواْ رَبِّهِمۡ وَلَٰكِنِّيٓ أَرَىٰكُمۡ قَوۡمࣰ ا تَجۡهَلُونَ
Jarniesi, lanqas ma qiegħed nitlobkom ebda ġid ta' din (il-ħidma. tiegħi. fostkom, għaliex) ħlasi. huwa biss mingħand Alla. Jiena ma nkeċċix lil dawk (id-dgħajfa) li jemmnu. Dawn tabilħaqq għad jiltaqgħu ma' Sidhom, iżda jiena qiegħed narakom nies injuranti
Ayah 29وَيَٰقَوۡمِ مَن يَنصُرُنِي مِنَ ٱللَّهِ إِن طَرَدتُّهُمۡۚ أَفَلَا تَذَكَّرُونَ
Ja niesi, min se jħarisni minn Alla jekk inkeċċihom. Jaqaw ma tiftakrux (f'din it-twissija)
Ayah 30وَلَآ أَقُولُ لَكُمۡ عِندِي خَزَآئِنُ ٱللَّهِ وَلَآ أَعۡلَمُ ٱلۡغَيۡبَ وَلَآ أَقُولُ إِنِّي مَلَكࣱ وَلَآ أَقُولُ لِلَّذِينَ تَزۡدَرِيٓ أَعۡيُنُكُمۡ لَن يُؤۡتِيَهُمُ ٱللَّهُ خَيۡرًاۖ ٱللَّهُ أَعۡلَمُ بِمَا فِيٓ أَنفُسِهِمۡ إِنِّيٓ إِذࣰ ا لَّمِنَ ٱلظَّٰلِمِينَ
Ma ngħidilkomx li għandi l-ħażniet (tat-teżori) ta' Alla, u ma nafx il-ħwejjeġ mistura; lanqas ma ngħidilkom li jiena anġlu (biex inħajjarkom tagħtuni widen), u lanqas ma ngħid lil dawk (id-dgħajfa) li huma mkasbra f'għajnejkom li Alla ma huwa se jagħtihom ebda ġid. Alla jaf l-aktar dwar dak li hemm fi qlubhom. U (kieku ngħid hekk) inkun tabilħaqq mill-ħżienat
Ayah 31قَالُواْ يَٰنُوحُ قَدۡ جَٰدَلۡتَنَا فَأَكۡثَرۡتَ جِدَٰلَنَا فَأۡتِنَا بِمَا تَعِدُنَآ إِن كُنتَ مِنَ ٱلصَّٰدِقِينَ
Huma qalu: 'Noċ, inti ħaqqaqtha magħna, u ħaqqaqtha magħna. fit-tul. (Mela issa) ġibilna dak (il-kasrig) li wegħedina u (li qiegħed theddidna bih), jekk tabilħaqq qiegħed tgħid is-sewwat
Ayah 32قَالَ إِنَّمَا يَأۡتِيكُم بِهِ ٱللَّهُ إِن شَآءَ وَمَآ أَنتُم بِمُعۡجِزِينَ
Qal(ilhom): 'Alla biss iġibu fuqkom, jekk irid, u m'intomx se taħarbu (minnu)
Ayah 33وَلَا يَنفَعُكُمۡ نُصۡحِيٓ إِنۡ أَرَدتُّ أَنۡ أَنصَحَ لَكُمۡ إِن كَانَ ٱللَّهُ يُرِيدُ أَن يُغۡوِيَكُمۡۚ هُوَ رَبُّكُمۡ وَإِلَيۡهِ تُرۡجَعُونَ
Xejn ma jiswielkom il-parir tiegħi, minkejja li rrid nagħtihulkom, jekk Alla jrid itellifkom. it-triq. Huwa Sidkom u lejh titreġġgħu lura
Ayah 34أَمۡ يَقُولُونَ ٱفۡتَرَىٰهُۖ قُلۡ إِنِ ٱفۡتَرَيۡتُهُۥ فَعَلَيَّ إِجۡرَامِي وَأَنَا۠ بَرِيٓءࣱ مِّمَّا تُجۡرِمُونَ
Jaqaw (Muħammad, il-pagani f'Mekka) qegħdin jgħidu: 'Qalgħu minn żniedu (dan il-Qoran)' 2 Għid(ilhom): 'Jekk qlajtu minn żniedi, mela fuqi hija l- ħtija tiegħi, iżda jiena ħieles mill-ħażen li tagħmlu
Ayah 35وَأُوحِيَ إِلَىٰ نُوحٍ أَنَّهُۥ لَن يُؤۡمِنَ مِن قَوۡمِكَ إِلَّا مَن قَدۡ ءَامَنَ فَلَا تَبۡتَئِسۡ بِمَا كَانُواْ يَفۡعَلُونَ
U Noċ tnebbaħ (dan li ġej): 'Ħadd minn niesek ma huwa se jemmen ħlief dawk li kienu diġà emmnu. Mela la titnikkitx minħabba dak (il-ħażen) li kienu jagħmlu
Ayah 36وَٱصۡنَعِ ٱلۡفُلۡكَ بِأَعۡيُنِنَا وَوَحۡيِنَا وَلَا تُخَٰطِبۡنِي فِي ٱلَّذِينَ ظَلَمُوٓاْ إِنَّهُم مُّغۡرَقُونَ
Ibni l-arka taħt għajnejna, u kif innebbħuk, u (ili) la' tkellimnix fuq dawk li dinbu (u taqbeż għalihom biex neħlishom mill-kastig ta' l-għargħar). Huma tabilħaqq (se jkunu) mgħarrqin
Ayah 37وَيَصۡنَعُ ٱلۡفُلۡكَ وَكُلَّمَا مَرَّ عَلَيۡهِ مَلَأࣱ مِّن قَوۡمِهِۦ سَخِرُواْ مِنۡهُۚ قَالَ إِن تَسۡخَرُواْ مِنَّا فَإِنَّا نَسۡخَرُ مِنكُمۡ كَمَا تَسۡخَرُونَ
Huwa (ma damx ma beda) jaħdem l-arka, u kull darba li l-kbarat ta' niesu għaddew minn ħdejh, iddieħku bih. Huwa. qal(i/hom): 'Jekk (issa) tiddieħku bina, aħna tabilħaqq niddieħku bikom bħalma tiddieħku intom
Ayah 38فَسَوۡفَ تَعۡلَمُونَ مَن يَأۡتِيهِ عَذَابࣱ يُخۡزِيهِ وَيَحِلُّ عَلَيۡهِ عَذَابࣱ مُّقِيمٌ
U se tkunu tafu min se jiġih il-kastig (ta' l-għarqa) li jġiblu għajb, u jasal fuqu kastig li ma jgħaddix (għaliex in-nar ta' l-Infern huwa għal dejjem)
Ayah 39حَتَّىٰٓ إِذَا جَآءَ أَمۡرُنَا وَفَارَ ٱلتَّنُّورُ قُلۡنَا ٱحۡمِلۡ فِيهَا مِن كُلࣲّ زَوۡجَيۡنِ ٱثۡنَيۡنِ وَأَهۡلَكَ إِلَّا مَن سَبَقَ عَلَيۡهِ ٱلۡقَوۡلُ وَمَنۡ ءَامَنَۚ وَمَآ ءَامَنَ مَعَهُۥٓ إِلَّا قَلِيلࣱ
(Hekk ġara) sama ġie l-amar tagħna, far il-forn (u l- għejun ta' l-art), u għedna (lil Noċ): ''Għabbi fiha (l- arka) żewġ minn kull (ġens ta' ħlejjaq, raġel u mara), u lil niesek, ħlief dak li kontrih laħqet ħarġet il-kelma (ta' kundanna), u (daħħal miegħek ukoll lil- kull) min jemmen.' Iżda m'emmnux, miegħu, ħlief flit
Ayah 40۞وَقَالَ ٱرۡكَبُواْ فِيهَا بِسۡمِ ٱللَّهِ مَجۡرٜىٰهَا وَمُرۡسَىٰهَآۚ إِنَّ رَبِّي لَغَفُورࣱ رَّحِيمࣱ
U qal: €Irkbu fiha (intom li-temmmujt F'Isem Alla t- tbaħħir u l-irbit tagħha (meta jieqaf l-għargħarji Sidi tabilħaqq huwa Kollu Maħfra u Ħanin)
Ayah 41وَهِيَ تَجۡرِي بِهِمۡ فِي مَوۡجࣲ كَٱلۡجِبَالِ وَنَادَىٰ نُوحٌ ٱبۡنَهُۥ وَكَانَ فِي مَعۡزِلࣲ يَٰبُنَيَّ ٱرۡكَب مَّعَنَا وَلَا تَكُن مَّعَ ٱلۡكَٰفِرِينَ
U hija ġriet bihom fil-mewġ (li l-ħalel tiegħu kienu) bħall-iġbla, u Noċ (ftit qabel ma telqet l-arka) sejjaħ lil ibnu, li kien warrab għalih waħdu, (u qallu): ''Ibni, irkeb magħna, u la tkunx ma' dawk li ma jemmnuxi
Ayah 42قَالَ سَـَٔاوِيٓ إِلَىٰ جَبَلࣲ يَعۡصِمُنِي مِنَ ٱلۡمَآءِۚ قَالَ لَا عَاصِمَ ٱلۡيَوۡمَ مِنۡ أَمۡرِ ٱللَّهِ إِلَّا مَن رَّحِمَۚ وَحَالَ بَيۡنَهُمَا ٱلۡمَوۡجُ فَكَانَ مِنَ ٱلۡمُغۡرَقِينَ
Huwa qal: 'Se nistkenn f'muntanja li tħarisni mill- ilma. Qal(/uj Noċ: 'Illum ma hemm ebda ħarsien mill- amar ta' Alla, ħlief għal min Huwa ħenn.' U l-mewġ firidhom it-tnejn, u (iben Noċ) kien fost l-imgħarrqin
Ayah 43وَقِيلَ يَٰٓأَرۡضُ ٱبۡلَعِي مَآءَكِ وَيَٰسَمَآءُ أَقۡلِعِي وَغِيضَ ٱلۡمَآءُ وَقُضِيَ ٱلۡأَمۡرُ وَٱسۡتَوَتۡ عَلَى ٱلۡجُودِيِّۖ وَقِيلَ بُعۡدࣰ ا لِّلۡقَوۡمِ ٱلظَّٰلِمِينَ
U (imbagħad) intqal: 'Ja art, ibla' l-ilma tiegħek ( 4 inxefji Ja sema, waqqaf (ix-xita tiegħek)T' U l-ilma nifed (ġewwa l-art), u l-amar (ta' Alla) kien mitmum. (L-arka) waqfet fuq (il-muntanja msejħa) 'al-Ġidi u ntqal: $'Il bogħod (minni, misħutin u meqrudin) in-nies il-ħżienal
Ayah 44وَنَادَىٰ نُوحࣱ رَّبَّهُۥ فَقَالَ رَبِّ إِنَّ ٱبۡنِي مِنۡ أَهۡلِي وَإِنَّ وَعۡدَكَ ٱلۡحَقُّ وَأَنتَ أَحۡكَمُ ٱلۡحَٰكِمِينَ
U sejjaħ Noċ lil Sidu u qal: ''Sidi, ibni huwa tabilħaqq minn niesi, u tabilħaqq li l-wegħda tiegħek hija s-sewwa, u Inti l-Aktar Ġust fost l-imħallfin
Ayah 45قَالَ يَٰنُوحُ إِنَّهُۥ لَيۡسَ مِنۡ أَهۡلِكَۖ إِنَّهُۥ عَمَلٌ غَيۡرُ صَٰلِحࣲۖ فَلَا تَسۡـَٔلۡنِ مَا لَيۡسَ لَكَ بِهِۦ عِلۡمٌۖ إِنِّيٓ أَعِظُكَ أَن تَكُونَ مِنَ ٱلۡجَٰهِلِينَ
Qal (Alla): 'Ja Noċ, huwa ma huwiex minn niesek; huwa (kien bniedem ta') għemil mhux tajjeb, u għalhekk la titlobnix dak li dwaru ma għandekx għarfien. Qiegħed inwissik biex ma tkunx mill-injurantif
Ayah 46قَالَ رَبِّ إِنِّيٓ أَعُوذُ بِكَ أَنۡ أَسۡـَٔلَكَ مَا لَيۡسَ لِي بِهِۦ عِلۡمࣱۖ وَإِلَّا تَغۡفِرۡ لِي وَتَرۡحَمۡنِيٓ أَكُن مِّنَ ٱلۡخَٰسِرِينَ
Qal (Noċj: ''Sidi, jiena nistkenn. fik, li ma mmurx nitolbok dak li dwaru ma għandix għarfien. U jekk ma taħfirlix u ma tħennx għalija, inkun mit-tellifin)
Ayah 47قِيلَ يَٰنُوحُ ٱهۡبِطۡ بِسَلَٰمࣲ مِّنَّا وَبَرَكَٰتٍ عَلَيۡكَ وَعَلَىٰٓ أُمَمࣲ مِّمَّن مَّعَكَۚ وَأُمَمࣱ سَنُمَتِّعُهُمۡ ثُمَّ يَمَسُّهُم مِّنَّا عَذَابٌ أَلِيمࣱ
U ntqal: Ja. Noċ, inżel (mill-arka) bis-sliem mingħandna, u barkiet ikunu fuqek u fuq ġnus (fi għad. joħorġu) minn dawk li jinsabu miegħek. Iżda hemm ġnus (ħżiena) li se nħalluhom igawdu (għal xi żmien), imbagħad imisshom kastig ta' wġigħ mingħandna (fl- Infern)
Ayah 48تِلۡكَ مِنۡ أَنۢبَآءِ ٱلۡغَيۡبِ نُوحِيهَآ إِلَيۡكَۖ مَا كُنتَ تَعۡلَمُهَآ أَنتَ وَلَا قَوۡمُكَ مِن قَبۡلِ هَٰذَاۖ فَٱصۡبِرۡۖ إِنَّ ٱلۡعَٰقِبَةَ لِلۡمُتَّقِينَ
Dawk huma xi ftit mill-ġrajjiet mistura li Aħna nnebbħulek (Muħammad, u ngħallmuk), għaliex la inti ma kont tafhom, u lanqas niesek, qabel (ma tniżżel) dan (il-Qoran). Mela stabar (u oqgħod għall-amar ta' Alla lilek: li xxandar. l-Islam). Tabilħaqq li fl-aħjar) tmiem huwa ta' dawk li jibżgħu minn Alla
Ayah 49وَإِلَىٰ عَادٍ أَخَاهُمۡ هُودࣰ اۚ قَالَ يَٰقَوۡمِ ٱعۡبُدُواْ ٱللَّهَ مَا لَكُم مِّنۡ إِلَٰهٍ غَيۡرُهُۥٓۖ إِنۡ أَنتُمۡ إِلَّا مُفۡتَرُونَ
U għand (il-ġens ta') Għad (bgħarna) lil ħuhom Hid. Huwa qal: 'Ja niesi, qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru. Intom. qegħdin. taqilgħu. biss. minn żniedkoml
Ayah 50يَٰقَوۡمِ لَآ أَسۡـَٔلُكُمۡ عَلَيۡهِ أَجۡرًاۖ إِنۡ أَجۡرِيَ إِلَّا عَلَى ٱلَّذِي فَطَرَنِيٓۚ أَفَلَا تَعۡقِلُونَ
Ja niesi, ma qiegħed nitlobkom ebda ħlas ta' din (il- ħidma. tiegħi fostkom, għaliex) ħlasi. ma huwiex għajr mingħand dak li ħalaqni. Jaqaw ma tifhmux
Ayah 51وَيَٰقَوۡمِ ٱسۡتَغۡفِرُواْ رَبَّكُمۡ ثُمَّ تُوبُوٓاْ إِلَيۡهِ يُرۡسِلِ ٱلسَّمَآءَ عَلَيۡكُم مِّدۡرَارࣰ ا وَيَزِدۡكُمۡ قُوَّةً إِلَىٰ قُوَّتِكُمۡ وَلَا تَتَوَلَّوۡاْ مُجۡرِمِينَ
Ja niesi, itolbu l-maħfra ta' Sidkom, imbagħad duru lejh (bl-indiema). Huwa jibgħat is-sema fuqkom b'xita qawwija, u jżid qawwitkom. b'(aktar) qawwa. U la tagħtux daharkom (lil din it-twissija), u tkunu ħatjin
Ayah 52قَالُواْ يَٰهُودُ مَا جِئۡتَنَا بِبَيِّنَةࣲ وَمَا نَحۡنُ بِتَارِكِيٓ ءَالِهَتِنَا عَن قَوۡلِكَ وَمَا نَحۡنُ لَكَ بِمُؤۡمِنِينَ
Humaqalu: 'Ja Hud, inti ma ġejtna b'ebda sinjal ċar (/i juri li inti tassew Profeta ta' Alla, u għalhekk) m'aħniex se nitilqu l-allat tagħna minħabba l-kelma tiegħek, u lanqas ma nemmnuk
Ayah 53إِن نَّقُولُ إِلَّا ٱعۡتَرَىٰكَ بَعۡضُ ءَالِهَتِنَا بِسُوٓءࣲۗ قَالَ إِنِّيٓ أُشۡهِدُ ٱللَّهَ وَٱشۡهَدُوٓاْ أَنِّي بَرِيٓءࣱ مِّمَّا تُشۡرِكُونَ
(Aħna qegħdin ngħidu. biss li xi allat tagħna aktarx) għamlulek xi deni (li ġennek). 7) Huwa qalfilhom): 'Jiena nsejjaħ lil Alla b'xhud, u intom (ukoll) ixhdu li jiena ħieles minn dawk (l-allar kollha) li intom ixxierku
Ayah 54مِن دُونِهِۦۖ فَكِيدُونِي جَمِيعࣰ ا ثُمَّ لَا تُنظِرُونِ
miegħu. Mela onsbuni (kemm tridu), ilkoll kemm intom (flimkien ma' l-allat tagħkom, u araw kif se teqirduni), u ta tagħtunix żmien
Ayah 55إِنِّي تَوَكَّلۡتُ عَلَى ٱللَّهِ رَبِّي وَرَبِّكُمۚ مَّا مِن دَآبَّةٍ إِلَّا هُوَ ءَاخِذُۢ بِنَاصِيَتِهَآۚ إِنَّ رَبِّي عَلَىٰ صِرَٰطࣲ مُّسۡتَقِيمࣲ
Jiena ħallejt f'idejn Alla Sidi u Sidkom (għaliex il-bnedmin kollha huma tiegħu). Ma hemm ebda ħliqa (fuq l-art) li Huwa ma jaqbadx minn beżbużitha (u jaħkimha). Sidi huwa tabilħaqq fi triq dritta (u jagħti lil kulħadd dak li ħaqqu)
Ayah 56فَإِن تَوَلَّوۡاْ فَقَدۡ أَبۡلَغۡتُكُم مَّآ أُرۡسِلۡتُ بِهِۦٓ إِلَيۡكُمۡۚ وَيَسۡتَخۡلِفُ رَبِّي قَوۡمًا غَيۡرَكُمۡ وَلَا تَضُرُّونَهُۥ شَيۡـًٔاۚ إِنَّ رَبِّي عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءٍ حَفِيظࣱ
U jekk tagħtu daharkom (għaliex ma rridux tisimgħu), jiena (għallinqas) wassaltilkom dak li ntbagħatt bih għandkom. U Sidi (imbagħad jeqridkom u) iġib ġens ieħor flokkom, u intom (minkejja li-xxierku allat oħra miegħu) Xejn ma. tistgħu tagħmlulu ħsara. Sidi tabilħaqq iħares lil kollox (u lil kulħadd mill-ħsara)
Ayah 57وَلَمَّا جَآءَ أَمۡرُنَا نَجَّيۡنَا هُودࣰ ا وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مَعَهُۥ بِرَحۡمَةࣲ مِّنَّا وَنَجَّيۡنَٰهُم مِّنۡ عَذَابٍ غَلِيظࣲ
U meta ġie l-amar tagħna (u kien wasal il-kastig tar-riħ qawwi. li: qeridhom), ħlisna. lil Had u lil dawk miegħu li emmnu, bi ħniena mingħandna, u ħlisniehom minn kastig iebes
Ayah 58وَتِلۡكَ عَادࣱۖ جَحَدُواْ بِـَٔايَٰتِ رَبِّهِمۡ وَعَصَوۡاْ رُسُلَهُۥ وَٱتَّبَعُوٓاْ أَمۡرَ كُلِّ جَبَّارٍ عَنِيدࣲ
Dak (kien il-ġens ta'j Għad: huma ċaħdu s-sinjali ta' Sidhom, m'obdewx lill-Mibgħutin tiegħu, u mxew fuq l-amar ta' kull tirann ta' rasu iebsa)
Ayah 59وَأُتۡبِعُواْ فِي هَٰذِهِ ٱلدُّنۡيَا لَعۡنَةࣰ وَيَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۗ أَلَآ إِنَّ عَادࣰ ا كَفَرُواْ رَبَّهُمۡۗ أَلَا بُعۡدࣰ ا لِّعَادࣲ قَوۡمِ هُودࣲ
U f'din id-dinja (kellhom) saħta. li mxiet warajhom, u (baqgħet magħhom saħansitra sa) Jum il-Qawmien. Tabilħaqq li Għad ċaħdu lil Sidhom. Mela ħalli jkun Għad, ġens Had, 'il bogħod (minni, misħut u meqrudji)
Ayah 60۞وَإِلَىٰ ثَمُودَ أَخَاهُمۡ صَٰلِحࣰ اۚ قَالَ يَٰقَوۡمِ ٱعۡبُدُواْ ٱللَّهَ مَا لَكُم مِّنۡ إِلَٰهٍ غَيۡرُهُۥۖ هُوَ أَنشَأَكُم مِّنَ ٱلۡأَرۡضِ وَٱسۡتَعۡمَرَكُمۡ فِيهَا فَٱسۡتَغۡفِرُوهُ ثُمَّ تُوبُوٓاْ إِلَيۡهِۚ إِنَّ رَبِّي قَرِيبࣱ مُّجِيبࣱ
U għand (il-ġens ta') Tamid (bgħarna) lil ħuhom SAliħ. Huwa qal: ''Ja niesi, qimu lil Alla; ma għandkomx alla (ieħor) għajrul Huwa li ħalaqkom mill-art, u qabbadkom biex tgħammru fiha. Mela fissa) itolbuh maħfra u duru lejh (bl- indiema). Tabilħaqq li Sidi huwa qrib u jwieġeb (il-ħtiġijiet tagħkom)
Ayah 61قَالُواْ يَٰصَٰلِحُ قَدۡ كُنتَ فِينَا مَرۡجُوࣰّ ا قَبۡلَ هَٰذَآۖ أَتَنۡهَىٰنَآ أَن نَّعۡبُدَ مَا يَعۡبُدُ ءَابَآؤُنَا وَإِنَّنَا لَفِي شَكࣲّ مِّمَّا تَدۡعُونَآ إِلَيۡهِ مُرِيبࣲ
(Huma qalu/lu): 'Ja-Saliħ, qabel ma (seħħ). dan, inti kont fostna (bħala bniedem) li konna nittamaw fih (imma issa qtajna jiesna minnek). Jaqaw qiegħed iżommna milli nqimu dak li kienu jqimu missirijietna/ Aħna tassew ninsabu f'dubju u bejn ħalltejn dwar dak li qiegħed issejħilna għalih
Ayah 62قَالَ يَٰقَوۡمِ أَرَءَيۡتُمۡ إِن كُنتُ عَلَىٰ بَيِّنَةࣲ مِّن رَّبِّي وَءَاتَىٰنِي مِنۡهُ رَحۡمَةࣰ فَمَن يَنصُرُنِي مِنَ ٱللَّهِ إِنۡ عَصَيۡتُهُۥۖ فَمَا تَزِيدُونَنِي غَيۡرَ تَخۡسِيرࣲ
Huwa qal(i/hom): ''Ja niesi, x'taħsbu 2 Jekk jiena għandi xhieda ċara minn Sidi, u tani ħniena mingħandu (li hija l- profezija), min jaqbeż għalija quddiem Alla jekk ma nobdihx (u ma nxandarx dak li bagħatni bih) 2 U (jekk biex nagħġobkom, ma nagħmilx dmiri magħkom) x'se tkunu żidtuni, għajr fit-telfien
Ayah 63وَيَٰقَوۡمِ هَٰذِهِۦ نَاقَةُ ٱللَّهِ لَكُمۡ ءَايَةࣰۖ فَذَرُوهَا تَأۡكُلۡ فِيٓ أَرۡضِ ٱللَّهِۖ وَلَا تَمَسُّوهَا بِسُوٓءࣲ فَيَأۡخُذَكُمۡ عَذَابࣱ قَرِيبࣱ
Janiesi, din hija l-ġemla ta' Alla, sinjal għalikom. Mela ħalluha tiekol (u tixrob ħielsa) f'art Alla, u la tmissuha b'ebda ħsara, inkella jeħodkom (għal għarrieda) kastig (li jinsab) til-qrib
Ayah 64فَعَقَرُوهَا فَقَالَ تَمَتَّعُواْ فِي دَارِكُمۡ ثَلَٰثَةَ أَيَّامࣲۖ ذَٰلِكَ وَعۡدٌ غَيۡرُ مَكۡذُوبࣲ
Iżda huma qatluha u (Sàa/iħ) qal(ilhom): ''Gawdu f'darkom għal tlett ijiem (oħra biss, imbagħad taraw il- kastig ġej fuqkom.) Dik wegħda li ma titgiddibx
Ayah 65فَلَمَّا جَآءَ أَمۡرُنَا نَجَّيۡنَا صَٰلِحࣰ ا وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مَعَهُۥ بِرَحۡمَةࣲ مِّنَّا وَمِنۡ خِزۡيِ يَوۡمِئِذٍۚ إِنَّ رَبَّكَ هُوَ ٱلۡقَوِيُّ ٱلۡعَزِيزُ
U meta ġie l-amar tagħna (bil-kastig), ħlisna lil Saliħ u lil dawk miegħu li emmnu, bi ħniena mingħandna, mill- għajb ta' dakinhar. Tabilħaqq li Sidek huwa l-Qawwi, il- Felħan
Ayah 66وَأَخَذَ ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ ٱلصَّيۡحَةُ فَأَصۡبَحُواْ فِي دِيَٰرِهِمۡ جَٰثِمِينَ
U lil dawk li-għamlu l-ħażen ħadhom (għal għarrieda) ħoss qawwi (li ħasadhom), u mas-sebħ kienu mixħutin. (fl-art, mejtin) fi djarhom
Ayah 67كَأَن لَّمۡ يَغۡنَوۡاْ فِيهَآۗ أَلَآ إِنَّ ثَمُودَاْ كَفَرُواْ رَبَّهُمۡۗ أَلَا بُعۡدࣰ ا لِّثَمُودَ
bħallikieku (qatt) ma għexu fihom. Tabilħaqq li (nies) Tamiid ċaħdu lil Sidhom. Mela ħalli jkunu (nies) Tamiid żil bogħod (minn Alla, misħutin u meqrudin)l
Ayah 68وَلَقَدۡ جَآءَتۡ رُسُلُنَآ إِبۡرَٰهِيمَ بِٱلۡبُشۡرَىٰ قَالُواْ سَلَٰمࣰ اۖ قَالَ سَلَٰمࣱۖ فَمَا لَبِثَ أَن جَآءَ بِعِجۡلٍ حَنِيذࣲ
Il-Mibgħutin tagħna ġew għand Abraham bil-bxara t- tajba, u qalu(/u): 'Sliemi' Qal(i/hom): ''Sliem/' u ma damx ma ġabfilhom) għoġol mixwi
Ayah 69فَلَمَّا رَءَآ أَيۡدِيَهُمۡ لَا تَصِلُ إِلَيۡهِ نَكِرَهُمۡ وَأَوۡجَسَ مِنۡهُمۡ خِيفَةࣰۚ قَالُواْ لَا تَخَفۡ إِنَّآ أُرۡسِلۡنَآ إِلَىٰ قَوۡمِ لُوطࣲ
U meta ra li ma middux idejhom fuqu (l-ikel), għajnu għokritu minnhom, u ħass biża' minħabba fihom. Huma qaluflu): 'La tibżax, (għaliex aħna anġli u. ma niklux ikelji Aħna. mibgħutin għand nies: Lot. (biex neqirduhom)
Ayah 70وَٱمۡرَأَتُهُۥ قَآئِمَةࣱ فَضَحِكَتۡ فَبَشَّرۡنَٰهَا بِإِسۡحَٰقَ وَمِن وَرَآءِ إِسۡحَٰقَ يَعۡقُوبَ
U martu (Sara) kienet wieqfa (fil-qrib, wara purtiera) u daħket. U tajnieha l-bxara dwar (it-twelid ta') Iżakk, u wara Iżakk (jitwieled) Ġakobb
Ayah 71قَالَتۡ يَٰوَيۡلَتَىٰٓ ءَأَلِدُ وَأَنَا۠ عَجُوزࣱ وَهَٰذَا بَعۡلِي شَيۡخًاۖ إِنَّ هَٰذَا لَشَيۡءٌ عَجِيبࣱ
Hija qalet (mistagħġba): ''Jaħasra għalijat Se nwelled meta jiena xjaħt, u dan żewġi huwa xiħ 7 Din tassew ħaġa ta' l-għaġebl
Ayah 72قَالُوٓاْ أَتَعۡجَبِينَ مِنۡ أَمۡرِ ٱللَّهِۖ رَحۡمَتُ ٱللَّهِ وَبَرَكَٰتُهُۥ عَلَيۡكُمۡ أَهۡلَ ٱلۡبَيۡتِۚ إِنَّهُۥ حَمِيدࣱ مَّجِيدࣱ
(Qalufiha l-Mibgħurin): 'Qiegħda tistagħġeb bl-amar ta' Alla (meta taf li-Huwa fuq kollox Sergħan)' Il-ħniena ta' Alla u l- barkiet tiegħu jkunu fuqkom, ja nies id-dar fta' Abraham). Huwa tabilħaqq jistħoqq kull tifħir, u Kollu Sebħi
Ayah 73فَلَمَّا ذَهَبَ عَنۡ إِبۡرَٰهِيمَ ٱلرَّوۡعُ وَجَآءَتۡهُ ٱلۡبُشۡرَىٰ يُجَٰدِلُنَا فِي قَوۡمِ لُوطٍ
U meta l-biża' ħalla lil Abraham (għaliex fehem li dawk in-ries kienu tabilħaqq anġli ta' Alla), u' (meta) ġietu l-bxara t-tajba (dwar it-twelid ta' Iakk), huwa ħaqqaqha magħna dwar nies Lot (għaliex: ried (i lil-dawn jingħatalhom aktar żmien biex forsi jindmu u jitolbu maħfra)
Ayah 74إِنَّ إِبۡرَٰهِيمَ لَحَلِيمٌ أَوَّٰهࣱ مُّنِيبࣱ
Tabilħaqq li Abraham kien idum ma jagħdab, wisq ħanin (mar- nies l-oħra, jibża' għalihom), u niedem
Ayah 75يَٰٓإِبۡرَٰهِيمُ أَعۡرِضۡ عَنۡ هَٰذَآۖ إِنَّهُۥ قَدۡ جَآءَ أَمۡرُ رَبِّكَۖ وَإِنَّهُمۡ ءَاتِيهِمۡ عَذَابٌ غَيۡرُ مَرۡدُودࣲ
(L-anġli qalulu): Ja Abraham, ħallik minn dan (u roqgħodx taqbeż għal nies Lot). Tabilħaqq għadu kif ġie l-amar ta' Sidek, u fuqhom tassew ġej kastig li ma. jinżammx lura (rrinnhom, u se. jinqerdu)
Ayah 76وَلَمَّا جَآءَتۡ رُسُلُنَا لُوطࣰ ا سِيٓءَ بِهِمۡ وَضَاقَ بِهِمۡ ذَرۡعࣰ ا وَقَالَ هَٰذَا يَوۡمٌ عَصِيبࣱ
U mela l-Mibgħutin (l-anġli) tagħna ġew għand Lot, huwa tnikket għalihom (għaliex ħasibhom bnedmin bħall-oħrajn u beża' li niesu kienu se jabbużaw minnhom) u ħass id-diqa minħabba fihom (għaliex ma setax iħarishom mill-ħażen ta' niesu), u qal: Dan jum tal-biża' f
Ayah 77وَجَآءَهُۥ قَوۡمُهُۥ يُهۡرَعُونَ إِلَيۡهِ وَمِن قَبۡلُ كَانُواْ يَعۡمَلُونَ ٱلسَّيِّـَٔاتِۚ قَالَ يَٰقَوۡمِ هَٰٓؤُلَآءِ بَنَاتِي هُنَّ أَطۡهَرُ لَكُمۡۖ فَٱتَّقُواْ ٱللَّهَ وَلَا تُخۡزُونِ فِي ضَيۡفِيٓۖ أَلَيۡسَ مِنكُمۡ رَجُلࣱ رَّشِيدࣱ
U niesu ġew mgħaġġlin għandu (għaliex riedu jidinbu mal- barranin li kienu għadhom kif waslu għand Lot), u. qabel kienu (ilhom) jagħmlu għemejjel ħżiena. Qalilhom (Lor): 'Ja niesi, dawn il-bniet tiegħi (li jgħixu miegħi f'din. il-belt) huma aktar satja. għalikom. (u jixirgulkom aktar). Mela ibżgħu minn Alla, u la twaqqgħunix fil-għajb (bi mġiba ħażina) mal-mistednin tiegħi. Jaqaw fostkom ma hemmx raġel (wieħed) bil-għaqal
Ayah 78قَالُواْ لَقَدۡ عَلِمۡتَ مَا لَنَا فِي بَنَاتِكَ مِنۡ حَقࣲّ وَإِنَّكَ لَتَعۡلَمُ مَا نُرِيدُ
Qalu: 'Inti taf li ma għandniex jedd fuq il-bniet tiegħek (għaliex m'aħniex miġbudin lejn in-nisa), u inti tassew taf dak li rridu, (irġiel bħalna)
Ayah 79قَالَ لَوۡ أَنَّ لِي بِكُمۡ قُوَّةً أَوۡ ءَاوِيٓ إِلَىٰ رُكۡنࣲ شَدِيدࣲ
(Qalfilhom. Lor): 'Mhux. li kelli. l-qawwa. kontrikom, jew (għallinqas) li nistkenn għand (xi ħadd b'saħħtu li jkunti bħal) xi rokna qawwijaf
Ayah 80قَالُواْ يَٰلُوطُ إِنَّا رُسُلُ رَبِّكَ لَن يَصِلُوٓاْ إِلَيۡكَۖ فَأَسۡرِ بِأَهۡلِكَ بِقِطۡعࣲ مِّنَ ٱلَّيۡلِ وَلَا يَلۡتَفِتۡ مِنكُمۡ أَحَدٌ إِلَّا ٱمۡرَأَتَكَۖ إِنَّهُۥ مُصِيبُهَا مَآ أَصَابَهُمۡۚ إِنَّ مَوۡعِدَهُمُ ٱلصُّبۡحُۚ أَلَيۡسَ ٱلصُّبۡحُ بِقَرِيبࣲ
U (il-Mibgħutin) qalu: 'Ja Lot, aħna l-Mibgħutin ta' Sidek. (Mela serraħ rasek għaliex) ma humiex se jaslu sa għandek (u ma humiex se jagħmlulek denijL Mela (issa) itlaq bil-familja tiegħek, f'ħin minn tal-lejl (li baqa'), u (ara li) ħadd minnkom ma jħares lura, ħlief martek, għaliex se jmissha dak (il-kastig). li jmiss lilhom. Tabilħaqq li l-ħin imwiegħed (għa//-kastig) tagħhom huwa għodwa jadiw-Egħadwa tie ħijiex fil-qibr
Ayah 81فَلَمَّا جَآءَ أَمۡرُنَا جَعَلۡنَا عَٰلِيَهَا سَافِلَهَا وَأَمۡطَرۡنَا عَلَيۡهَا حِجَارَةࣰ مِّن سِجِّيلࣲ مَّنضُودࣲ
U meta ġie l-amar tagħna (u wasal il-kastig, il-bliet) għamilniehom ta' taħt fuq, u niżżilna fuqhom xita ta' ġebel ta' fuħħar iebes, saff fuq saff
Ayah 82مُّسَوَّمَةً عِندَ رَبِّكَۖ وَمَا هِيَ مِنَ ٱلظَّٰلِمِينَ بِبَعِيدࣲ
(kull waħda) imnaqqxa (u mibgħuta) minn Sidek, u (dan il-ġebel) ma huwiex 'il bogħod mill-ħżiena
Ayah 83۞وَإِلَىٰ مَدۡيَنَ أَخَاهُمۡ شُعَيۡبࣰ اۚ قَالَ يَٰقَوۡمِ ٱعۡبُدُواْ ٱللَّهَ مَا لَكُم مِّنۡ إِلَٰهٍ غَيۡرُهُۥۖ وَلَا تَنقُصُواْ ٱلۡمِكۡيَالَ وَٱلۡمِيزَانَۖ إِنِّيٓ أَرَىٰكُم بِخَيۡرࣲ وَإِنِّيٓ أَخَافُ عَلَيۡكُمۡ عَذَابَ يَوۡمࣲ مُّحِيطࣲ
U għand (il-ġens ta') Madjan (bgħarna) lil ħuhom Xugħajb. Huwa qal: 'Ja niesi; qimu lil Allat Ma għandkomx alla (ieħor) għajru, La tnaqqsux fil-kejl u l- użin (kif tħobbu tagħmlu). Jiena tabilħaqq narakom li ma jonqoskom xejn, iżda tassew nibża' li (jekk m'intomx se tibdlu ħajjitkom) se jkollkom il-kastig ta' Jum li jdawwarkom minn kullimkien (hekk li ħadd ma jaħrab minnu)
Ayah 84وَيَٰقَوۡمِ أَوۡفُواْ ٱلۡمِكۡيَالَ وَٱلۡمِيزَانَ بِٱلۡقِسۡطِۖ وَلَا تَبۡخَسُواْ ٱلنَّاسَ أَشۡيَآءَهُمۡ وَلَا تَعۡثَوۡاْ فِي ٱلۡأَرۡضِ مُفۡسِدِينَ
Janiesi, agħtu kejl u wżin sħiħ, bil-ħaqq, u la ċċaħħdux lin-nies dak li hu tagħhom' La tagħmlux ħażen fuq l-art bil-ħsara tagħkoml
Ayah 85بَقِيَّتُ ٱللَّهِ خَيۡرࣱ لَّكُمۡ إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَۚ وَمَآ أَنَا۠ عَلَيۡكُم بِحَفِيظࣲ
Dak. (il-ġid xieraq) di Alla ħallielkom huwa aħjar għalikom (minn dak li tiksbu bil-qerq), jekk. intom temmnu. Jiena m'iniex għassies fuqkom (u dmiri, bħala Mibgħut ta' Alla, huwa biss li niftħilkom għajnejkom biex taraw is-sewwa u l-ħaqq)U
Ayah 86قَالُواْ يَٰشُعَيۡبُ أَصَلَوٰتُكَ تَأۡمُرُكَ أَن نَّتۡرُكَ مَا يَعۡبُدُ ءَابَآؤُنَآ أَوۡ أَن نَّفۡعَلَ فِيٓ أَمۡوَٰلِنَا مَا نَشَٰٓؤُاْۖ إِنَّكَ لَأَنتَ ٱلۡحَلِيمُ ٱلرَّشِيدُ
(Qalfulu bi tkasbir): 'Ja Xugħajb, jaqaw it-talb tiegħek qiegħed jamarlek biex inħallu dak li kienu jqimu missirijietna, jew li (ma nibqgħux) nagħmlu li rridu b'ġidna 7. Inti tabilħaqq dak li jdum. ma jagħdab, u bil- għaqal
Ayah 87قَالَ يَٰقَوۡمِ أَرَءَيۡتُمۡ إِن كُنتُ عَلَىٰ بَيِّنَةࣲ مِّن رَّبِّي وَرَزَقَنِي مِنۡهُ رِزۡقًا حَسَنࣰ اۚ وَمَآ أُرِيدُ أَنۡ أُخَالِفَكُمۡ إِلَىٰ مَآ أَنۡهَىٰكُمۡ عَنۡهُۚ إِنۡ أُرِيدُ إِلَّا ٱلۡإِصۡلَٰحَ مَا ٱسۡتَطَعۡتُۚ وَمَا تَوۡفِيقِيٓ إِلَّا بِٱللَّهِۚ عَلَيۡهِ تَوَكَّلۡتُ وَإِلَيۡهِ أُنِيبُ
Qal(ilhom): 'Ja niesi, x'taħsbu 7 Jekk għandi xhieda ċara minn Sidi (bis-saħħa tal-profezija), u tani għajxien tajjeb mingħandu, (jaqaw ma huwiex (dmiri li nħeġġiġkom titilqu l-allat foloz tagħkom) 2 Jiena ma rridx li nagħmel minn wara daharkom dak. li qiegħed inżommkom lura minnu. Jiena rrid biss li, kemm nista', (inġib). it-titjib (fil-qagħda tagħkom, biex timxu 'l quddiem). U s-suċċess. tiegħi (f'dan) huwa biss b'Alla. F'idejh ħallejt, u lejh indur bl-indiema
Ayah 88وَيَٰقَوۡمِ لَا يَجۡرِمَنَّكُمۡ شِقَاقِيٓ أَن يُصِيبَكُم مِّثۡلُ مَآ أَصَابَ قَوۡمَ نُوحٍ أَوۡ قَوۡمَ هُودٍ أَوۡ قَوۡمَ صَٰلِحࣲۚ وَمَا قَوۡمُ لُوطࣲ مِّنكُم بِبَعِيدࣲ
Ja niesi, la tħallux il-mibegħda tagħkom: kontrija twassalkom li jmisskom dak (il-kastig) li mess-lil-nies Noċ, jew nies Hid, jew nies Saliħ. U (kunu afis 1i) nies Lot ma humiex 'il bogħod minnkom (u għalhekk tistgħu taraw xi ġralhom u tieħdu tagħlima)
Ayah 89وَٱسۡتَغۡفِرُواْ رَبَّكُمۡ ثُمَّ تُوبُوٓاْ إِلَيۡهِۚ إِنَّ رَبِّي رَحِيمࣱ وَدُودࣱ
Itolbu l-maħfra mingħand Sidkom, imbagħad. duru riedmin lejh' Sidi tabilħaqq Ħanin u Kollu Mħabba
Ayah 90قَالُواْ يَٰشُعَيۡبُ مَا نَفۡقَهُ كَثِيرࣰ ا مِّمَّا تَقُولُ وَإِنَّا لَنَرَىٰكَ فِينَا ضَعِيفࣰ اۖ وَلَوۡلَا رَهۡطُكَ لَرَجَمۡنَٰكَۖ وَمَآ أَنتَ عَلَيۡنَا بِعَزِيزࣲ
Qalufhij: 'Ja Xugħajb, aħna ma nifhmux wisq minn dak li qiegħed tgħid, u tabilħaqq qegħdin: narawk dgħajjef fostna. Li ma kienx minħabba (li nirrispettaw ħafna). lill-familja tiegħek, konna. diġà ħaġġariek, (Barra minn hekk) m'intix għażiż għalina (u lanqas ma għandek ebda setgħa fuqna).' f
Ayah 91قَالَ يَٰقَوۡمِ أَرَهۡطِيٓ أَعَزُّ عَلَيۡكُم مِّنَ ٱللَّهِ وَٱتَّخَذۡتُمُوهُ وَرَآءَكُمۡ ظِهۡرِيًّاۖ إِنَّ رَبِّي بِمَا تَعۡمَلُونَ مُحِيطࣱ
Qal (Xugħajb): 'Ja niesi, jaqaw il-familja tiegħi hija egħżeż għalikom: minn. Alla 7 Intom: xħettuh. wara daharkom (ic ċħadtuh u nsejtuh għal: kollox). Sidi tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu
Ayah 92وَيَٰقَوۡمِ ٱعۡمَلُواْ عَلَىٰ مَكَانَتِكُمۡ إِنِّي عَٰمِلࣱۖ سَوۡفَ تَعۡلَمُونَ مَن يَأۡتِيهِ عَذَابࣱ يُخۡزِيهِ وَمَنۡ هُوَ كَٰذِبࣱۖ وَٱرۡتَقِبُوٓاْ إِنِّي مَعَكُمۡ رَقِيبࣱ
Ja niesi, (ibqgħu) agħmlu kif tafu (fl-injuranza kbira tagħkom): jiena nagħmel (dak (i jitlob minni l-Islam), u se tkunu tafu min jiġih kastig li jagħmillu għajb, u min huwa giddiebl Mela stennew (ħalli taraw x'se jiġri ninnkon)); jiena nistenna magħkom
Ayah 93وَلَمَّا جَآءَ أَمۡرُنَا نَجَّيۡنَا شُعَيۡبࣰ ا وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مَعَهُۥ بِرَحۡمَةࣲ مِّنَّا وَأَخَذَتِ ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ ٱلصَّيۡحَةُ فَأَصۡبَحُواْ فِي دِيَٰرِهِمۡ جَٰثِمِينَ
U meta ġie l-amar tagħna (u kien wasal. il-kastig), ħlisna lil Xugħajb u lil dawk li emmnu miegħu, bi ħniena mingħandna. U lill-ħżiena ħadhom (għa/ għarrieda) il- ħoss qawwi, u mas-sebħ kienu mixħutin (fl-art, mejtin) fi djarhom
Ayah 94كَأَن لَّمۡ يَغۡنَوۡاْ فِيهَآۗ أَلَا بُعۡدࣰ ا لِّمَدۡيَنَ كَمَا بَعِدَتۡ ثَمُودُ
(bħallikieku fgatt): ma' għexu fihom, Mela ħalli jkun (ġens) Madjan 'il bogħod (minn Alla, misħur u meqrud), bħalma tbiegħed (ġens) Tamidl
Ayah 95وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا مُوسَىٰ بِـَٔايَٰتِنَا وَسُلۡطَٰنࣲ مُّبِينٍ
U bgħatna il-Mosċ bis-sinjali tagħna u b'setgħa ċara
Ayah 96إِلَىٰ فِرۡعَوۡنَ وَمَلَإِيْهِۦ فَٱتَّبَعُوٓاْ أَمۡرَ فِرۡعَوۡنَۖ وَمَآ أَمۡرُ فِرۡعَوۡنَ بِرَشِيدࣲ
għand il-Fargħun u kbaratu, iżda huma mxew fuq l-amar tal-Fargħun, u l-amar tal-Fargħun ma' fihx. għaqal (i jwassal għat-telfien)
Ayah 97يَقۡدُمُ قَوۡمَهُۥ يَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِ فَأَوۡرَدَهُمُ ٱلنَّارَۖ وَبِئۡسَ ٱلۡوِرۡدُ ٱلۡمَوۡرُودُ
Huwa għad jimxi quddiem niesu f'Jum il-Qawmien U. jwassalhom san-Nar. Ta' għajb ikun l-imkien li jaslu fih
Ayah 98وَأُتۡبِعُواْ فِي هَٰذِهِۦ لَعۡنَةࣰ وَيَوۡمَ ٱلۡقِيَٰمَةِۚ بِئۡسَ ٱلرِّفۡدُ ٱلۡمَرۡفُودُ
F'din (id-dinja) u f'Jum il-Qawmien għandhom. saħta timxi warajhom. Ta' għajb l-għotja li jingħataw (l ma hijiex għajr is-saħta)
Ayah 99ذَٰلِكَ مِنۡ أَنۢبَآءِ ٱلۡقُرَىٰ نَقُصُّهُۥ عَلَيۡكَۖ مِنۡهَا قَآئِمࣱ وَحَصِيدࣱ
Dawn. huma xi ftit mill-ġrajjiet ta' l-ibliet li: Aħna ngħidulek (Muħammad) dwarhom: hemm (bliet) minnhom li għadhom wieqfa (sal-lum, minkejja li nieshom inqerdu) u (oħrajn) inħasdu (minn wiċċ id-dinja, flimkien ma' nieshom, bil-kastig li laqathom, u ġew fix-xejn)
Ayah 100وَمَا ظَلَمۡنَٰهُمۡ وَلَٰكِن ظَلَمُوٓاْ أَنفُسَهُمۡۖ فَمَآ أَغۡنَتۡ عَنۡهُمۡ ءَالِهَتُهُمُ ٱلَّتِي يَدۡعُونَ مِن دُونِ ٱللَّهِ مِن شَيۡءࣲ لَّمَّا جَآءَ أَمۡرُ رَبِّكَۖ وَمَا زَادُوهُمۡ غَيۡرَ تَتۡبِيبࣲ
Mhux Aħna li nqasna lejhom. iżda kienu huma li naqsu lejhom infushom (bit-twemmin fieragħ tagħhom fl-allat), u l-allat tagħhom, li huma jsejħu minflok lil Alla, ma swewlhom xejn meta ġie l-amar ta' Sidek (li huwa l-kastig, anzi) ma żiduhomx għajr fit-telfien (u l-qerda)
Ayah 101وَكَذَٰلِكَ أَخۡذُ رَبِّكَ إِذَآ أَخَذَ ٱلۡقُرَىٰ وَهِيَ ظَٰلِمَةٌۚ إِنَّ أَخۡذَهُۥٓ أَلِيمࣱ شَدِيدٌ
Hekk hija l-qabda (gerrieda) ta' Sidek meta (fl-għadab kbir tiegħu) jaqbad l-ibliet fil-ħażen tagħhom (u jagħmel ħaqq minnhom). Il-qabda tiegħu tabilhaqq ta' wġigħ u qalilal
Ayah 102إِنَّ فِي ذَٰلِكَ لَأٓيَةࣰ لِّمَنۡ خَافَ عَذَابَ ٱلۡأٓخِرَةِۚ ذَٰلِكَ يَوۡمࣱ مَّجۡمُوعࣱ لَّهُ ٱلنَّاسُ وَذَٰلِكَ يَوۡمࣱ مَّشۡهُودࣱ
Tabilħaqq li f'dawn (il-ġrajjiet kollha li ssemmew) hemm sinjal (u tagħlima kbira) għal min jibża' mill-kastig (fil- Ħajja) l-Oħra. Dak huwa Jum li n-nies jinġemgħu għalih (biex isir ħaqq minnhom); dak huwa Jum li (kulħadd għad) jixhed għalih
Ayah 103وَمَا نُؤَخِّرُهُۥٓ إِلَّا لِأَجَلࣲ مَّعۡدُودࣲ
M'Aħniex se nħalluh (dak il-Jum) għal ħin ieħor, jekk mhux għal żmien magħdud
Ayah 104يَوۡمَ يَأۡتِ لَا تَكَلَّمُ نَفۡسٌ إِلَّا بِإِذۡنِهِۦۚ فَمِنۡهُمۡ شَقِيࣱّ وَسَعِيدࣱ
Fil-Jum meta jasal, ebda ruħ ma titkellem għajr bir-rieda tiegħu. (Fost il-bnedmin miġbura għall-Ġudizzju) ikun hemm minnhom li jkun imnikket, u minnhom li jkun ferħan
Ayah 105فَأَمَّا ٱلَّذِينَ شَقُواْ فَفِي ٱلنَّارِ لَهُمۡ فِيهَا زَفِيرࣱ وَشَهِيقٌ
U dawk li jkunu mnikktin ikunu fin-Nar: fih hemm it- tnehid (b'nifs qawwi), u l-ilfiq
Ayah 106خَٰلِدِينَ فِيهَا مَا دَامَتِ ٱلسَّمَٰوَٰتُ وَٱلۡأَرۡضُ إِلَّا مَا شَآءَ رَبُّكَۚ إِنَّ رَبَّكَ فَعَّالࣱ لِّمَا يُرِيدُ
Fih jgħammru għal dejjem; sa ma jdumu s-smewwiet u l- art, ħlief kemm irid Sidek. Sidek tabilħaqq jagħmel li jrid
Ayah 107۞وَأَمَّا ٱلَّذِينَ سُعِدُواْ فَفِي ٱلۡجَنَّةِ خَٰلِدِينَ فِيهَا مَا دَامَتِ ٱلسَّمَٰوَٰتُ وَٱلۡأَرۡضُ إِلَّا مَا شَآءَ رَبُّكَۖ عَطَآءً غَيۡرَ مَجۡذُوذࣲ
U dawk (wisq) ferħanin ikunu fil-Ġenna, u fiha jgħammru għal dejjem, sa ma jdumu s-smewwiet u l-art, ħlief kemm irid Sidek; (din tkun) għotja bla waqfien
Ayah 108فَلَا تَكُ فِي مِرۡيَةࣲ مِّمَّا يَعۡبُدُ هَٰٓؤُلَآءِۚ مَا يَعۡبُدُونَ إِلَّا كَمَا يَعۡبُدُ ءَابَآؤُهُم مِّن قَبۡلُۚ وَإِنَّا لَمُوَفُّوهُمۡ نَصِيبَهُمۡ غَيۡرَ مَنقُوصࣲ
Mela la-tkunx bejn ħaltejn fuq dak (il-qerġ) li dawn (in-nies pagani) iqimu. Huma ma jqimux għajr dak li missirijiethom qiemu qabel. Aħna tabilħaqq nagħtuhom il-ħlas sħiħ tagħhom (/i huwa l-kastig), mhux imnaqqas
Ayah 109وَلَقَدۡ ءَاتَيۡنَا مُوسَى ٱلۡكِتَٰبَ فَٱخۡتُلِفَ فِيهِۚ وَلَوۡلَا كَلِمَةࣱ سَبَقَتۡ مِن رَّبِّكَ لَقُضِيَ بَيۡنَهُمۡۚ وَإِنَّهُمۡ لَفِي شَكࣲّ مِّنۡهُ مُرِيبࣲ
Aħna tassew tajna l-Ktieb lil Mosċ, u ma kienx hemm qbil fuqu. Li kieku mhux għal Kelma li laħqet (ingħatat) minn Sidek (li jħalli l-ħlas mistħoqq lil kulħadd għall- Aħħar Jum), kieku diġà sar ħaqq minnhom. (fid-dinja sies). Huma (nies Qurajx) tassew jinsabu f'dubju (li jħallihom) bejn ħalltejn (dwar il-Qoran)
Ayah 110وَإِنَّ كُلࣰّ ا لَّمَّا لَيُوَفِّيَنَّهُمۡ رَبُّكَ أَعۡمَٰلَهُمۡۚ إِنَّهُۥ بِمَا يَعۡمَلُونَ خَبِيرࣱ
Sidek tabilħaqq se jagħtihom ħlas sħiħ, lil-kulħadd (tajbin. u ħżiena), ta' l-għemejjel tagħhom. Huwa tabilħaqq jaf sew b'dak li jagħmlu
Ayah 111فَٱسۡتَقِمۡ كَمَآ أُمِرۡتَ وَمَن تَابَ مَعَكَ وَلَا تَطۡغَوۡاْۚ إِنَّهُۥ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرࣱ
Mela'żomm fit-triq it-tajba, kif kien l-amar li ngħatajt (Muħammad, int) u min, miegħek, idur bl-indiema (lejn Alla), u la taqbżux il-limiti (iffissati minn Alla)l Huwa tabilħaqq jara sew dak li tagħmlu
Ayah 112وَلَا تَرۡكَنُوٓاْ إِلَى ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ فَتَمَسَّكُمُ ٱلنَّارُ وَمَا لَكُم مِّن دُونِ ٱللَّهِ مِنۡ أَوۡلِيَآءَ ثُمَّ لَا تُنصَرُونَ
La toqogħdux fuq dawk li jagħmlu l-ħażen, għaliex (inkella) imisskom in-Nar, u ma għandkomx ħbieb (biex jaqbżu għalikom u jħarsukom) għajr Alla, u lanqas ikollkom l-għajnuna
Ayah 113وَأَقِمِ ٱلصَّلَوٰةَ طَرَفَيِ ٱلنَّهَارِ وَزُلَفࣰ ا مِّنَ ٱلَّيۡلِۚ إِنَّ ٱلۡحَسَنَٰتِ يُذۡهِبۡنَ ٱلسَّيِّـَٔاتِۚ ذَٰلِكَ ذِكۡرَىٰ لِلذَّٰكِرِينَ
U agħmel it-talb (Muħammad) fiż-żewġt itruf tan-nhar (fis-sebħ u wara. nofsinhar) u' fil-bidu tal-lejl. L- għemejjel tajba tabilħaqq ixejnu lill-ħżiena. Din hija tifkira għal dawk li jiftakru (dejjem f'Alla)
Ayah 114وَٱصۡبِرۡ فَإِنَّ ٱللَّهَ لَا يُضِيعُ أَجۡرَ ٱلۡمُحۡسِنِينَ
U stabar (Muħammad), għaliex Alla tassew ma jtellifx il-ħlas ta' dawk li jagħmlu t-tajjeb
Ayah 115فَلَوۡلَا كَانَ مِنَ ٱلۡقُرُونِ مِن قَبۡلِكُمۡ أُوْلُواْ بَقِيَّةࣲ يَنۡهَوۡنَ عَنِ ٱلۡفَسَادِ فِي ٱلۡأَرۡضِ إِلَّا قَلِيلࣰ ا مِّمَّنۡ أَنجَيۡنَا مِنۡهُمۡۗ وَٱتَّبَعَ ٱلَّذِينَ ظَلَمُواْ مَآ أُتۡرِفُواْ فِيهِ وَكَانُواْ مُجۡرِمِينَ
Mhux li kien hemm, fost. il-ġenerazzjonijiet ta' qabilkom, min kien baqagħlu (xi fżir għerf), li ma kienx iħalli (issir) ħsara fuq l-art, ħlief għal ftit minnhom (li għamlu hekk u) li konna ħlisna. Iżda dawk li għamlu l- ħażen imxew fil-ħajja komda (u ta' tgawdija) li ngħatatilhom, u kienu ħatjin
Ayah 116وَمَا كَانَ رَبُّكَ لِيُهۡلِكَ ٱلۡقُرَىٰ بِظُلۡمࣲ وَأَهۡلُهَا مُصۡلِحُونَ
Sidek ma kienx jeqred il-bliet għalxejn b'xejn, filwaqt li nieshom kienu jagħmlu l-ġid
Ayah 117وَلَوۡ شَآءَ رَبُّكَ لَجَعَلَ ٱلنَّاسَ أُمَّةࣰ وَٰحِدَةࣰۖ وَلَا يَزَالُونَ مُخۡتَلِفِينَ
Li kieku ried, Sidek kien jagħmel lin-nies kollha ġens wieħed (b'reliġjon waħda li hija l-Islam), iżda huma għadhom ma jaqblux bejniethom
Ayah 118إِلَّا مَن رَّحِمَ رَبُّكَۚ وَلِذَٰلِكَ خَلَقَهُمۡۗ وَتَمَّتۡ كَلِمَةُ رَبِّكَ لَأَمۡلَأَنَّ جَهَنَّمَ مِنَ ٱلۡجِنَّةِ وَٱلنَّاسِ أَجۡمَعِينَ
ħlief dawk (minn nies is-sewwa) li Sidek ħenn għalihom. U għal dan ħalaqhom (biex ikun hemm minnhom li jitħallsu bil-Ġenna u oħrajn bl-Infern). U Kelmet Sidek tilħaq il-milja tagħha: 'Nimla tabilħaqq l-Infern bil-ġżn u n-nies, ilkoll flimkient
Ayah 119وَكُلࣰّ ا نَّقُصُّ عَلَيۡكَ مِنۡ أَنۢبَآءِ ٱلرُّسُلِ مَا نُثَبِّتُ بِهِۦ فُؤَادَكَۚ وَجَآءَكَ فِي هَٰذِهِ ٱلۡحَقُّ وَمَوۡعِظَةࣱ وَذِكۡرَىٰ لِلۡمُؤۡمِنِينَ
Aħna ngħidulek kollox dwar il-ġrajjiet tal-Mibgħutin dak li bih inqawwulek qalbek. F'dawn (il-ġrajjiet) ġiek is-sewwa, twissija u tifkira lil dawk li jemmnu
Ayah 120وَقُل لِّلَّذِينَ لَا يُؤۡمِنُونَ ٱعۡمَلُواْ عَلَىٰ مَكَانَتِكُمۡ إِنَّا عَٰمِلُونَ
Għid (Muħammad) lil dawk li ma jemmnux: ''Agħmlu kif tafu (fl-injuranza kbira tagħkom): aħna nagħmlu (dak li jitlob minna l-Islam)
Ayah 121وَٱنتَظِرُوٓاْ إِنَّا مُنتَظِرُونَ
U stennew (ħalli taraw x'se jiġri minna); aħna wkoll nistennew (biex naraw il-kastig ikrah li ġej fuqkom)
Ayah 122وَلِلَّهِ غَيۡبُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَإِلَيۡهِ يُرۡجَعُ ٱلۡأَمۡرُ كُلُّهُۥ فَٱعۡبُدۡهُ وَتَوَكَّلۡ عَلَيۡهِۚ وَمَا رَبُّكَ بِغَٰفِلٍ عَمَّا تَعۡمَلُونَ
Ta' Alla huma l-ħwejjeġ mistura tas-smewwiet u l-art, u għandu terġa' lura l-kwistjoni kollha (għall-ħaqq tiegħu). Mela agħtih qima u ħalli f'idejhl Sidek ma jaqbiżlu xejn minn dak li tagħmlu
Ayah 123