Surah Al-Hadid — The Iron
Surah Al-Hadid (The Iron) is chapter 57 of the Quran, with 29 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.
سَبَّحَ لِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ وَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ
sebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l-Qawwi, l-Għaref
Ayah 1لَهُۥ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ يُحۡيِۦ وَيُمِيتُۖ وَهُوَ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرٌ
Tiegħu hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art; jagħti l-ħajja u jagħti l-mewt, u Huwa fuq kollox Setgħan
Ayah 2هُوَ ٱلۡأَوَّلُ وَٱلۡأٓخِرُ وَٱلظَّٰهِرُ وَٱلۡبَاطِنُۖ وَهُوَ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمٌ
Huwa l-Ewwel u l-Aħħar, Dak li jidher u l-Mistur, u Huwa jaf b'kollox
Ayah 3هُوَ ٱلَّذِي خَلَقَ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضَ فِي سِتَّةِ أَيَّامࣲ ثُمَّ ٱسۡتَوَىٰ عَلَى ٱلۡعَرۡشِۖ يَعۡلَمُ مَا يَلِجُ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَمَا يَخۡرُجُ مِنۡهَا وَمَا يَنزِلُ مِنَ ٱلسَّمَآءِ وَمَا يَعۡرُجُ فِيهَاۖ وَهُوَ مَعَكُمۡ أَيۡنَ مَا كُنتُمۡۚ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرࣱ
Huwa li ħalaq is-smewwiet u l-art f'sitt ijiem, imbagħad intasab fuq it-Tron. Huwa jaf b'dak li jinfed l- art u b'dak li joħroġ minnha: b'dak li jinżel mis-sema, u b'dak li jitla' fih. Huwa magħkom kulfejn tkunu. Alla jara sew dak li tagħmlu
Ayah 4لَّهُۥ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ وَإِلَى ٱللَّهِ تُرۡجَعُ ٱلۡأُمُورُ
Tiegħu hija s-saltna tas-smewwiet u ta' l-art, u kollox jerġa' lura għand Alla (għall-Ġudizzju tiegħu)
Ayah 5يُولِجُ ٱلَّيۡلَ فِي ٱلنَّهَارِ وَيُولِجُ ٱلنَّهَارَ فِي ٱلَّيۡلِۚ وَهُوَ عَلِيمُۢ بِذَاتِ ٱلصُّدُورِ
Huwa jdaħħal il-lejl fin-nhar, u jdaħħal in-nhar fil-lejl. Huwa jaf b'kulma hemm fil-qlub
Ayah 6ءَامِنُواْ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ وَأَنفِقُواْ مِمَّا جَعَلَكُم مُّسۡتَخۡلَفِينَ فِيهِۖ فَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مِنكُمۡ وَأَنفَقُواْ لَهُمۡ أَجۡرࣱ كَبِيرࣱ
Emmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu u onfqu minn dak (il-ġid) li għamilkom werrieta tiegħu. U dawk minnkom li jemmnu u jonfqu (minn dan il-ġid kif jixraq) ikollhom ħlas kbir
Ayah 7وَمَا لَكُمۡ لَا تُؤۡمِنُونَ بِٱللَّهِ وَٱلرَّسُولُ يَدۡعُوكُمۡ لِتُؤۡمِنُواْ بِرَبِّكُمۡ وَقَدۡ أَخَذَ مِيثَٰقَكُمۡ إِن كُنتُم مُّؤۡمِنِينَ
(U x'fraġuni) għandkom biex ma temmnux f'Alla meta l-Mibgħut isejħilkom biex temmnu f'Sidkom, u Hu ( 4/la) daħal f'patt magħkom, jekk intom temmnu
Ayah 8هُوَ ٱلَّذِي يُنَزِّلُ عَلَىٰ عَبۡدِهِۦٓ ءَايَٰتِۭ بَيِّنَٰتࣲ لِّيُخۡرِجَكُم مِّنَ ٱلظُّلُمَٰتِ إِلَى ٱلنُّورِۚ وَإِنَّ ٱللَّهَ بِكُمۡ لَرَءُوفࣱ رَّحِيمࣱ
Huwa li jniżżel fuq il-qaddej tiegħu versi ċari biex joħroġkom mid-dalmiet għad-dawl. Alla tabilħaqq Kollu Tjubija magħkom, Ħanin
Ayah 9وَمَا لَكُمۡ أَلَّا تُنفِقُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ وَلِلَّهِ مِيرَٰثُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ لَا يَسۡتَوِي مِنكُم مَّنۡ أَنفَقَ مِن قَبۡلِ ٱلۡفَتۡحِ وَقَٰتَلَۚ أُوْلَٰٓئِكَ أَعۡظَمُ دَرَجَةࣰ مِّنَ ٱلَّذِينَ أَنفَقُواْ مِنۢ بَعۡدُ وَقَٰتَلُواْۚ وَكُلࣰّ ا وَعَدَ ٱللَّهُ ٱلۡحُسۡنَىٰۚ وَٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ خَبِيرࣱ
(U x'fraġuni) għandkom biex ma'tonfqux għal Alla, meta ta' Alla huwa l-wirt tas-smewwiet u ta' l-art 7 Dawk minnkom li nefqu, qabel ir-rebħa (il-kbira tal-Misilmin f'Mekka) u tqabdu (għal Alla), ma humiex daqs (dawk li nefqu minn ġidhom u tqabdu għal Alla wara r-rebħa ta' Mekka). Dawk (ta' l-ewwel) huma fi grad ogħla minn dawk li nefqu u tqabdu (għal Alla) wara (ir-rebħa). Alla lil kulħadd wiegħed l-aħjar ħlas (fil-Ġenna). Alla jaf sew b'dak li tagħmlu
Ayah 10مَّن ذَا ٱلَّذِي يُقۡرِضُ ٱللَّهَ قَرۡضًا حَسَنࣰ ا فَيُضَٰعِفَهُۥ لَهُۥ وَلَهُۥٓ أَجۡرࣱ كَرِيمࣱ
Min hu dak li jsellef lil Alla self tajjeb 2 Hu jkattarħulu bil-bosta u jkollu ħlas tajjeb u kotran
Ayah 11يَوۡمَ تَرَى ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَٱلۡمُؤۡمِنَٰتِ يَسۡعَىٰ نُورُهُم بَيۡنَ أَيۡدِيهِمۡ وَبِأَيۡمَٰنِهِمۖ بُشۡرَىٰكُمُ ٱلۡيَوۡمَ جَنَّٰتࣱ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَاۚ ذَٰلِكَ هُوَ ٱلۡفَوۡزُ ٱلۡعَظِيمُ
Fil-Jum meta tara (Muħammad) lil dawk l-irġiel u n-nisa li jemmnu, bid-dawl ħiereġ quddiemhom u fuq il-leminija tagħhom, (jingħad. lilhom): (Din. hija) il-bxara. t-tajba għalikom illum: Ġonna bix-xmajjar jiġru taħthom, u fihom igħammru għal dejjem. Dik tkun ir-rebħa l-kbiral
Ayah 12يَوۡمَ يَقُولُ ٱلۡمُنَٰفِقُونَ وَٱلۡمُنَٰفِقَٰتُ لِلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱنظُرُونَا نَقۡتَبِسۡ مِن نُّورِكُمۡ قِيلَ ٱرۡجِعُواْ وَرَآءَكُمۡ فَٱلۡتَمِسُواْ نُورࣰ اۖ فَضُرِبَ بَيۡنَهُم بِسُورࣲ لَّهُۥ بَابُۢ بَاطِنُهُۥ فِيهِ ٱلرَّحۡمَةُ وَظَٰهِرُهُۥ مِن قِبَلِهِ ٱلۡعَذَابُ
Fil-Jum (tal-Ġudizzju) meta dawk l-irġiel u n-nisa ta' wiċċ b'ieħor jgħidu lil dawk li jemmnu: 'Stennew(na), biex nieħdu mid-dawl tagħkom (ħalli: naraw. fejn. sejrin),' jingħad (/ilhom): ''Erġgħu lura (fid-dinja, jekk għandkom il- ħila) u fittxu dawl (imma issa tard wisq)i' U jqum bejnhom (bejn dawk li jemmnu u dawk ta' wiċċ b'ieħor) sur li jkollu bieb: minn ġewwa (in-naħa ta' dawk li jemmnu) fih il- ħniena, u minn barra (in-naħa ta' dawk ta' wiċċ b'ieħor), quddiemu (hemm) il-kastig
Ayah 13يُنَادُونَهُمۡ أَلَمۡ نَكُن مَّعَكُمۡۖ قَالُواْ بَلَىٰ وَلَٰكِنَّكُمۡ فَتَنتُمۡ أَنفُسَكُمۡ وَتَرَبَّصۡتُمۡ وَٱرۡتَبۡتُمۡ وَغَرَّتۡكُمُ ٱلۡأَمَانِيُّ حَتَّىٰ جَآءَ أَمۡرُ ٱللَّهِ وَغَرَّكُم بِٱللَّهِ ٱلۡغَرُورُ
Isejħulhom (ta' wiċċ b'ieħor lil dawk li jemmnu, u jgħidulhom): ''Mela ma konniex magħkom (fid-dinja u għamilna bħalkomj)' Jgħidulhom: ''Mela, iżda intom ġarrabtu lilkom infuskom (bil-wiċċ b'ieħor tagħkom) u qgħadtu tistennew u tiddubitaw. U x-xewqat daħku bikom, sa ma ġie l-amar ta' Alla (il-mewt), u (ix-Xitan) il-qarrieq daħak bikom dwar Alla (għaliex daħħlilkom f'raskom li, fit- tjieba kbira tiegħu Alla ma huwiex se jikkastigakom)
Ayah 14فَٱلۡيَوۡمَ لَا يُؤۡخَذُ مِنكُمۡ فِدۡيَةࣱ وَلَا مِنَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْۚ مَأۡوَىٰكُمُ ٱلنَّارُۖ هِيَ مَوۡلَىٰكُمۡۖ وَبِئۡسَ ٱلۡمَصِيرُ
Għalhekk illum ma tittieħed minnkom ebda fidwa, u lanqas minn dawk li m'emmnux, Il-kenn tagħkom huwa n- Nar: huwa jieħu ħsiebkom, u (dak ikun tassew) tmiem mill- agħar
Ayah 15۞أَلَمۡ يَأۡنِ لِلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ أَن تَخۡشَعَ قُلُوبُهُمۡ لِذِكۡرِ ٱللَّهِ وَمَا نَزَلَ مِنَ ٱلۡحَقِّ وَلَا يَكُونُواْ كَٱلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡكِتَٰبَ مِن قَبۡلُ فَطَالَ عَلَيۡهِمُ ٱلۡأَمَدُ فَقَسَتۡ قُلُوبُهُمۡۖ وَكَثِيرࣱ مِّنۡهُمۡ فَٰسِقُونَ
Jaqaw ma wasalx il-ħin għal dawk li jemmnu biex qlubhom joqogħdu għat-tifkira ta' Alla u għas-sewwa li niżel (fil-Qoran), biex ma jkunux bħal dawk li, qabel, kienu ngħataw il-Ktieb, iżda għadda żmien twil minn fuqhom u qlubhom ibbiesu 7 Ħafna minnhom huma ħżiena
Ayah 16ٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّ ٱللَّهَ يُحۡيِ ٱلۡأَرۡضَ بَعۡدَ مَوۡتِهَاۚ قَدۡ بَيَّنَّا لَكُمُ ٱلۡأٓيَٰتِ لَعَلَّكُمۡ تَعۡقِلُونَ
Kunu afu li Alla jagħti l-ħajja lill-art wara mewtha. Aħna tassew. urejniekom biċ-ċar is-sinjali (tagħna) biex forsi tifhmul
Ayah 17إِنَّ ٱلۡمُصَّدِّقِينَ وَٱلۡمُصَّدِّقَٰتِ وَأَقۡرَضُواْ ٱللَّهَ قَرۡضًا حَسَنࣰ ا يُضَٰعَفُ لَهُمۡ وَلَهُمۡ أَجۡرࣱ كَرِيمࣱ
Tabilħaqq li dawk l-irġiel u n-nisa li jagħtu l-karità u jsellfu lil Alla self tajjeb, Huwa jkattrilhom (il-premju) u jkollhom ħlas tajjeb u kotran
Ayah 18وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ بِٱللَّهِ وَرُسُلِهِۦٓ أُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلصِّدِّيقُونَۖ وَٱلشُّهَدَآءُ عِندَ رَبِّهِمۡ لَهُمۡ أَجۡرُهُمۡ وَنُورُهُمۡۖ وَٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَكَذَّبُواْ بِـَٔايَٰتِنَآ أُوْلَٰٓئِكَ أَصۡحَٰبُ ٱلۡجَحِيمِ
U dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, dawk huma l-fidili u x-xhieda quddiem Sidhom. Huma jkollhom il-ħlas tagħhom u d-dawl tagħhom. Iżda dawk li jgiddbu r-Rivelazzjoni u s-sinjali tagħna, dawk huma nies in-Nar iħeġġeġ
Ayah 19ٱعۡلَمُوٓاْ أَنَّمَا ٱلۡحَيَوٰةُ ٱلدُّنۡيَا لَعِبࣱ وَلَهۡوࣱ وَزِينَةࣱ وَتَفَاخُرُۢ بَيۡنَكُمۡ وَتَكَاثُرࣱ فِي ٱلۡأَمۡوَٰلِ وَٱلۡأَوۡلَٰدِۖ كَمَثَلِ غَيۡثٍ أَعۡجَبَ ٱلۡكُفَّارَ نَبَاتُهُۥ ثُمَّ يَهِيجُ فَتَرَىٰهُ مُصۡفَرࣰّ ا ثُمَّ يَكُونُ حُطَٰمࣰ اۖ وَفِي ٱلۡأٓخِرَةِ عَذَابࣱ شَدِيدࣱ وَمَغۡفِرَةࣱ مِّنَ ٱللَّهِ وَرِضۡوَٰنࣱۚ وَمَا ٱلۡحَيَوٰةُ ٱلدُّنۡيَآ إِلَّا مَتَٰعُ ٱلۡغُرُورِ
Kunu afu li l-ħajja (f'din) id-dinja ma hijiex għajr logħob, mogħdija ta' żmien, tiżjin, ftaħir bejnietkom u tkattir tal-ġid u ta' l-ulied. (Dan) bħal xita qawwija li x- xitel (fi jinbet minnha) jogħġob lill-bdiewa. Imbagħad jinxef, u tarah musfar, u wara jsir karfa. U fl-Oħra (fil- Ħajja l-Oħra) hemm kastig qalil (għall-ħżiena) u maħfra minn Alla u għaxqa (għat-tajbin). U l-ħajja (f'din) id- dinja ma hijiex għajr tgawdija qarrieqa
Ayah 20سَابِقُوٓاْ إِلَىٰ مَغۡفِرَةࣲ مِّن رَّبِّكُمۡ وَجَنَّةٍ عَرۡضُهَا كَعَرۡضِ ٱلسَّمَآءِ وَٱلۡأَرۡضِ أُعِدَّتۡ لِلَّذِينَ ءَامَنُواْ بِٱللَّهِ وَرُسُلِهِۦۚ ذَٰلِكَ فَضۡلُ ٱللَّهِ يُؤۡتِيهِ مَن يَشَآءُۚ وَٱللَّهُ ذُو ٱلۡفَضۡلِ ٱلۡعَظِيمِ
Tellqu bejnietkom (u għaġġlu) lejn il-maħfra. minn Sidkom u lejn Ġenna li l-wisa' tagħha huwa daqs il-wisa' tas-sema u ta' l-art; hija tħejjiet għal dawk li jemmnu f'Alla u fil-Mibgħutin tiegħu. Dik hija t-tjieba ta' Alla li jagħtiha lil min irid. Alla huwa ta' tjieba mill-akbar
Ayah 21مَآ أَصَابَ مِن مُّصِيبَةࣲ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَلَا فِيٓ أَنفُسِكُمۡ إِلَّا فِي كِتَٰبࣲ مِّن قَبۡلِ أَن نَّبۡرَأَهَآۚ إِنَّ ذَٰلِكَ عَلَى ٱللَّهِ يَسِيرࣱ
Ma jiġrix xi għawġ fl-art (bħal theżżiżiet, ġuħ, u nixfa), jew fikom. infuskom (mard u faqar) li-ma huwiex (miktub). fi ktieb, sa minn qabel ma noħolquh. Dan tabilħaqq ħafif għal Alla
Ayah 22لِّكَيۡلَا تَأۡسَوۡاْ عَلَىٰ مَا فَاتَكُمۡ وَلَا تَفۡرَحُواْ بِمَآ ءَاتَىٰكُمۡۗ وَٱللَّهُ لَا يُحِبُّ كُلَّ مُخۡتَالࣲ فَخُورٍ
biex la titnikktu għal dak li naqaskom, u lanqas tifirħu b'dak (il-ġid) li ġiekom (fid-dinja). Alla ma jħobb ebda mkabbar li kollu ftaħir bih innifsu
Ayah 23ٱلَّذِينَ يَبۡخَلُونَ وَيَأۡمُرُونَ ٱلنَّاسَ بِٱلۡبُخۡلِۗ وَمَن يَتَوَلَّ فَإِنَّ ٱللَّهَ هُوَ ٱلۡغَنِيُّ ٱلۡحَمِيدُ
(li jkun bħal) dawk li jixxaħħu (u ma jonfqux minn ġidhom għal Alla), u jordnaw ix-xeħħa lin-nies. U min jagħti dahru (u ma jagħtix kas tal-kawża ta' Alla, għandu jkun jaf li) Alla tabilħaqq huwa l-Għani li jistħoqq kull tifħir
Ayah 24لَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا رُسُلَنَا بِٱلۡبَيِّنَٰتِ وَأَنزَلۡنَا مَعَهُمُ ٱلۡكِتَٰبَ وَٱلۡمِيزَانَ لِيَقُومَ ٱلنَّاسُ بِٱلۡقِسۡطِۖ وَأَنزَلۡنَا ٱلۡحَدِيدَ فِيهِ بَأۡسࣱ شَدِيدࣱ وَمَنَٰفِعُ لِلنَّاسِ وَلِيَعۡلَمَ ٱللَّهُ مَن يَنصُرُهُۥ وَرُسُلَهُۥ بِٱلۡغَيۡبِۚ إِنَّ ٱللَّهَ قَوِيٌّ عَزِيزࣱ
Aħna tassew bgħatna lill-Mibgħutin tagħna bis-sinjali ċ-ċari, u niżżilna magħhom il-Ktieb u l-miżien, biex in- nies jimxu bil-ħaqq. U ħlaqna l-ħadid li fih qilla kbira (għaliex jintuża fil-gwerer) u fejdiet għan-nies (għaliex minnu jagħmlu l-għodod, u ħlaqnieh biex dawk li jemmnu jużawh biex jagħmlu ġustizzja), u biex (b'hekk) Alla jkun jaf min jieqaf miegħu u mal-Mibgħutin tiegħu fis-satra. Alla tabilħaqq Qawwi, Felħan
Ayah 25وَلَقَدۡ أَرۡسَلۡنَا نُوحࣰ ا وَإِبۡرَٰهِيمَ وَجَعَلۡنَا فِي ذُرِّيَّتِهِمَا ٱلنُّبُوَّةَ وَٱلۡكِتَٰبَۖ فَمِنۡهُم مُّهۡتَدࣲۖ وَكَثِيرࣱ مِّنۡهُمۡ فَٰسِقُونَ
Aħna tassew bgħatna lil Noċ u lil Abraham, u għamilna l-profezija u l-Ktieb f'nisilhom it-tnejn. Hemm minnhom li jinsabu fit-triq it-tajba, u ħafna minnhom huma ħżiena
Ayah 26ثُمَّ قَفَّيۡنَا عَلَىٰٓ ءَاثَٰرِهِم بِرُسُلِنَا وَقَفَّيۡنَا بِعِيسَى ٱبۡنِ مَرۡيَمَ وَءَاتَيۡنَٰهُ ٱلۡإِنجِيلَۖ وَجَعَلۡنَا فِي قُلُوبِ ٱلَّذِينَ ٱتَّبَعُوهُ رَأۡفَةࣰ وَرَحۡمَةࣰۚ وَرَهۡبَانِيَّةً ٱبۡتَدَعُوهَا مَا كَتَبۡنَٰهَا عَلَيۡهِمۡ إِلَّا ٱبۡتِغَآءَ رِضۡوَٰنِ ٱللَّهِ فَمَا رَعَوۡهَا حَقَّ رِعَايَتِهَاۖ فَـَٔاتَيۡنَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ مِنۡهُمۡ أَجۡرَهُمۡۖ وَكَثِيرࣱ مِّنۡهُمۡ فَٰسِقُونَ
Imbagħad bgħatna lill-Mibgħutin. tagħna. fil-passi tagħhom, u bgħatna lil Ġesti bin Marija u tajnieh l- Evanġelju. U fi qlub dawk li mxew warajh għamilna l- mogħdrija u. l-ħniena, iżda l-monastiċiżmu huma vvintawh, u ma ktibnihulhomx (ma kellhomx) ħlief ifittxu l-għaxqa ta' Alla, u ma ħarsuhiex kif kellhom jħarsuha. Lil dawk minnhom li emmnu. tajniehom ħlashom, u ħafna minnhom huma ħżiena
Ayah 27يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱتَّقُواْ ٱللَّهَ وَءَامِنُواْ بِرَسُولِهِۦ يُؤۡتِكُمۡ كِفۡلَيۡنِ مِن رَّحۡمَتِهِۦ وَيَجۡعَل لَّكُمۡ نُورࣰ ا تَمۡشُونَ بِهِۦ وَيَغۡفِرۡ لَكُمۡۚ وَٱللَّهُ غَفُورࣱ رَّحِيمࣱ
Intom li temmnu, ibżgħu minn Alla u emmnu fil- Profeta tiegħu. Huwa jagħtikom darbtejn mill-ħniena tiegħu, jagħmlilkom dawl li timxu fih, u jaħfrilkom. Alla huwa Kollu Maħfra, Ħanin
Ayah 28لِّئَلَّا يَعۡلَمَ أَهۡلُ ٱلۡكِتَٰبِ أَلَّا يَقۡدِرُونَ عَلَىٰ شَيۡءࣲ مِّن فَضۡلِ ٱللَّهِ وَأَنَّ ٱلۡفَضۡلَ بِيَدِ ٱللَّهِ يُؤۡتِيهِ مَن يَشَآءُۚ وَٱللَّهُ ذُو ٱلۡفَضۡلِ ٱلۡعَظِيمِ
biex Nies il-Ktieb ikunu jafu li ma għandhom xejn setgħa fuq it-tjieba ta' Alla, u li t-tjieba tinsab f'idejn Alla. Huwa jagħtiha lil min irid. Alla huwa ta' tjieba mill- akbar
Ayah 29