Surah Muhammad

Surah Muhammad is chapter 47 of the Quran, with 38 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.

ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَصَدُّواْ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِ أَضَلَّ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Dawk li ċaħdu t-twemmin u jżommu (lil ħaddieħor) mit- triq ta' Alla (imisshom jafu li) Huwa: jġib fix-xejn l- għemejjel tagħhom

Ayah 1

وَٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ وَءَامَنُواْ بِمَا نُزِّلَ عَلَىٰ مُحَمَّدࣲ وَهُوَ ٱلۡحَقُّ مِن رَّبِّهِمۡ كَفَّرَ عَنۡهُمۡ سَيِّـَٔاتِهِمۡ وَأَصۡلَحَ بَالَهُمۡ

U lil-dawk li jemmnu, jagħmlu l-ġid, u jemmnu f'dak (il- Qoran) li tniżżel fuq Muħammad li huwa s-sewwa minn: Sidhom - Huwa jħassrilhom l-għemejjel ħżiena tagħhom u jtejjeb il-qagħda tagħhom

Ayah 2

ذَٰلِكَ بِأَنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ ٱتَّبَعُواْ ٱلۡبَٰطِلَ وَأَنَّ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱتَّبَعُواْ ٱلۡحَقَّ مِن رَّبِّهِمۡۚ كَذَٰلِكَ يَضۡرِبُ ٱللَّهُ لِلنَّاسِ أَمۡثَٰلَهُمۡ

Dan għaliex dawk li ma jemmnux jimxu wara l-qerq, iżda dawk li jemmnu jimxu. wara s-sewwa minn Sidhom. Hekk Alla juri lin-nies it-tixbihat tagħhom (biex jgħallimhom)

Ayah 3

فَإِذَا لَقِيتُمُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ فَضَرۡبَ ٱلرِّقَابِ حَتَّىٰٓ إِذَآ أَثۡخَنتُمُوهُمۡ فَشُدُّواْ ٱلۡوَثَاقَ فَإِمَّا مَنَّۢا بَعۡدُ وَإِمَّا فِدَآءً حَتَّىٰ تَضَعَ ٱلۡحَرۡبُ أَوۡزَارَهَاۚ ذَٰلِكَۖ وَلَوۡ يَشَآءُ ٱللَّهُ لَٱنتَصَرَ مِنۡهُمۡ وَلَٰكِن لِّيَبۡلُوَاْ بَعۡضَكُم بِبَعۡضࣲۗ وَٱلَّذِينَ قُتِلُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ فَلَن يُضِلَّ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Meta tiltaqgħu (fit-taqbid) ma' dawk li. ma jemmnux, idorbu(hom) fl-għenuq (u oqtluhom), u meta tegħlbuhom, issikkaw l-irbit (tal-priġunieri, imbagħad) jew teħilsuhom (bla ħlas), jew bil-fidwa, sa ma t-taqbida tintemm. Hekk. (irid isir). Kieku ried, Alla kien jegħlibhom (lill-għedewwa ta' l-Islam mingħajr. taqbid, iżda. riedkom. titqabdu magħhom) biex iġarrab lil uħud minnkom b'xulxin. U dawk li nqatlu għal Alla, Huwa ma huwiex se jġib fix-xejn l- għemejjel tagħhom

Ayah 4

سَيَهۡدِيهِمۡ وَيُصۡلِحُ بَالَهُمۡ

Huwa sejurihom it-triq u jtejjeb il-qagħda tagħhom

Ayah 5

وَيُدۡخِلُهُمُ ٱلۡجَنَّةَ عَرَّفَهَا لَهُمۡ

U jdaħħalhom il-Ġenna (li kien) għarrafhielhom

Ayah 6

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ إِن تَنصُرُواْ ٱللَّهَ يَنصُرۡكُمۡ وَيُثَبِّتۡ أَقۡدَامَكُمۡ

Intom li temmnu, jekk tgħinu (fil-kawża) ta' Alla, Huwa. jgħinkom u jsaħħaħ riġlejkom

Ayah 7

وَٱلَّذِينَ كَفَرُواْ فَتَعۡسࣰ ا لَّهُمۡ وَأَضَلَّ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Iżda dawk li ma jemmnux, għalihom hemm il-qerda, u Huwa jġib fix-xejn l-għemejjel tagħhom

Ayah 8

ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ كَرِهُواْ مَآ أَنزَلَ ٱللَّهُ فَأَحۡبَطَ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Dan għaliex huma bagħdu dak li Alla niżżel, u Huwa xejjen l-għemejjel tagħhom

Ayah 9

۞أَفَلَمۡ يَسِيرُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ فَيَنظُرُواْ كَيۡفَ كَانَ عَٰقِبَةُ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡۖ دَمَّرَ ٱللَّهُ عَلَيۡهِمۡۖ وَلِلۡكَٰفِرِينَ أَمۡثَٰلُهَا

Jaqaw ma terrqux fl-art u ma rawx kif kien it-tmiem ta' dawk (li għexu) qabilhom/ Alla ġab il-qerda fuqhom, u dawk li ma jemmnux se jkollhom (tmiem) bħalu

Ayah 10

ذَٰلِكَ بِأَنَّ ٱللَّهَ مَوۡلَى ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَأَنَّ ٱلۡكَٰفِرِينَ لَا مَوۡلَىٰ لَهُمۡ

Dan għaliex Alla jħares lil dawk li jemmnu, u dawk li ma. jemmnux ma għandhom lil ħadd min iħarishom

Ayah 11

إِنَّ ٱللَّهَ يُدۡخِلُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ جَنَّٰتࣲ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُۖ وَٱلَّذِينَ كَفَرُواْ يَتَمَتَّعُونَ وَيَأۡكُلُونَ كَمَا تَأۡكُلُ ٱلۡأَنۡعَٰمُ وَٱلنَّارُ مَثۡوࣰ ى لَّهُمۡ

Alla tabilħaqq idaħħal lil dawk li jemmnu u jagħmlu l- ġid f'Ġonna (ta' l-Għeden) bix-xmajjar jiġru taħthom. Iżda dawk li ma jemmnux, igawdu u jieklu bħalma jieklu l-frat, u n-Nar ikun għamara għalihom

Ayah 12

وَكَأَيِّن مِّن قَرۡيَةٍ هِيَ أَشَدُّ قُوَّةࣰ مِّن قَرۡيَتِكَ ٱلَّتِيٓ أَخۡرَجَتۡكَ أَهۡلَكۡنَٰهُمۡ فَلَا نَاصِرَ لَهُمۡ

U (ftakar Muħammad) kemm-il belt qridna (li kiener) aqwa mill-belt tiegħek li keċċietek, u (nies dawk l-ibliet) ma kellhomx min jgħinhom

Ayah 13

أَفَمَن كَانَ عَلَىٰ بَيِّنَةࣲ مِّن رَّبِّهِۦ كَمَن زُيِّنَ لَهُۥ سُوٓءُ عَمَلِهِۦ وَٱتَّبَعُوٓاْ أَهۡوَآءَهُم

Jaqaw dak li għandu sinjal ċar (il-Qoran) minn Sidu huwa bħal dak li żżejjinlu l-ħażen ta' għemilu, u (dawk li) jimxu wara x-xewqat tagħhom

Ayah 14

مَّثَلُ ٱلۡجَنَّةِ ٱلَّتِي وُعِدَ ٱلۡمُتَّقُونَۖ فِيهَآ أَنۡهَٰرࣱ مِّن مَّآءٍ غَيۡرِ ءَاسِنࣲ وَأَنۡهَٰرࣱ مِّن لَّبَنࣲ لَّمۡ يَتَغَيَّرۡ طَعۡمُهُۥ وَأَنۡهَٰرࣱ مِّنۡ خَمۡرࣲ لَّذَّةࣲ لِّلشَّٰرِبِينَ وَأَنۡهَٰرࣱ مِّنۡ عَسَلࣲ مُّصَفࣰّ ىۖ وَلَهُمۡ فِيهَا مِن كُلِّ ٱلثَّمَرَٰتِ وَمَغۡفِرَةࣱ مِّن رَّبِّهِمۡۖ كَمَنۡ هُوَ خَٰلِدࣱ فِي ٱلنَّارِ وَسُقُواْ مَآءً حَمِيمࣰ ا فَقَطَّعَ أَمۡعَآءَهُمۡ

Ix-xbieha tal-Ġenna mwiegħda lil dawk li jibżgħu minn Alla (hija din): fiha xmajjar b'ilma ġieri, mhux qiegħed: xmajjar ta' ħalib li togħmtu ma tinbidilx, xmajjar ta' nbid bnin għal min jixrob, u xmajjar ta' għasel imsoffi. Fiha wkoll ikollhom mill-frott kollu, u (ikollhom) maħfra minn Sidhom. (Jaqaw min igawdi dan kollu huwa) bħal min jinsab fin-Nar għal-dejjem, u jingħataw jixorbu ilma jagħli li jqatta' l-ġewwieni tagħhom

Ayah 15

وَمِنۡهُم مَّن يَسۡتَمِعُ إِلَيۡكَ حَتَّىٰٓ إِذَا خَرَجُواْ مِنۡ عِندِكَ قَالُواْ لِلَّذِينَ أُوتُواْ ٱلۡعِلۡمَ مَاذَا قَالَ ءَانِفًاۚ أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ طَبَعَ ٱللَّهُ عَلَىٰ قُلُوبِهِمۡ وَٱتَّبَعُوٓاْ أَهۡوَآءَهُمۡ

Hemm minnhom (ta' wiċċ b'ieħor) li jisimgħuk (Muħammad), imbagħad meta joħorġu mingħandek. jgħidu lil dawk li ngħataw l-għarfien: 'X' għadu kif qal) Dawk huma li Alla għamel siġill fuq qlubhom, u li jimxu wara x-xewqat tagħhom

Ayah 16

وَٱلَّذِينَ ٱهۡتَدَوۡاْ زَادَهُمۡ هُدࣰ ى وَءَاتَىٰهُمۡ تَقۡوَىٰهُمۡ

U dawk li mxew fit-triq it-tajba, Alla jżidhom fit- tmexxija t-tajba u jagħtihom it-tjieba tagħhom (u l-biża' ta' Alla)

Ayah 17

فَهَلۡ يَنظُرُونَ إِلَّا ٱلسَّاعَةَ أَن تَأۡتِيَهُم بَغۡتَةࣰۖ فَقَدۡ جَآءَ أَشۡرَاطُهَاۚ فَأَنَّىٰ لَهُمۡ إِذَا جَآءَتۡهُمۡ ذِكۡرَىٰهُمۡ

Jaqaw (dawk li ma jemmnux) ma jistennewx għajr li tiġihom is-Siegħa għal għarrieda 7 Tassew li diġà waslu s- sinjali tagħha. U x'se tiswielhom it-tifkira (tal-Qoran) ġaladarba (is-Siegħa) tkun diġà waslet fuqhom

Ayah 18

فَٱعۡلَمۡ أَنَّهُۥ لَآ إِلَٰهَ إِلَّا ٱللَّهُ وَٱسۡتَغۡفِرۡ لِذَنۢبِكَ وَلِلۡمُؤۡمِنِينَ وَٱلۡمُؤۡمِنَٰتِۗ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ مُتَقَلَّبَكُمۡ وَمَثۡوَىٰكُمۡ

Mela kun af (Muħammad) li ma hemmx alla ħlief Alla, u itlob maħfra għal dnubek, u għal dawk l-irġiel u n-nisa li jemmnu. Alla jaf iċ-ċaqliq tagħkom u (jaf ukoll) fejn tistrieħu u torqdu

Ayah 19

وَيَقُولُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَوۡلَا نُزِّلَتۡ سُورَةࣱۖ فَإِذَآ أُنزِلَتۡ سُورَةࣱ مُّحۡكَمَةࣱ وَذُكِرَ فِيهَا ٱلۡقِتَالُ رَأَيۡتَ ٱلَّذِينَ فِي قُلُوبِهِم مَّرَضࣱ يَنظُرُونَ إِلَيۡكَ نَظَرَ ٱلۡمَغۡشِيِّ عَلَيۡهِ مِنَ ٱلۡمَوۡتِۖ فَأَوۡلَىٰ لَهُمۡ

Dawkri jemmnu jgħidu: ''Għaliex ma titniżżilx xi sura (li tamar. biex nitqabdu għar-reliġjonj 7' Meta titniżżel sura ċara u preċiża li fiha jissemma t-taqbid, inti (Muħammad) tara lil-dawk li fi qlubhom hemm marda jħarsu lejk b'ħarsa ta' min hu mbeżża' mill-mewt. (Tkun) aħjar għalihom

Ayah 20

طَاعَةࣱ وَقَوۡلࣱ مَّعۡرُوفࣱۚ فَإِذَا عَزَمَ ٱلۡأَمۡرُ فَلَوۡ صَدَقُواْ ٱللَّهَ لَكَانَ خَيۡرࣰ ا لَّهُمۡ

ubbidjenza (lil Alla u lill-Profeta) u kelma tajbal U meta l-kwistjoni tkun maqtugħa (dwar il-ħtieġa li jitqabdu għar-reliġjon), kieku żammu. kelmithom ma' Alla. (u tqabdu kif kien dmirhom li jagħmlu), kien ikun aħjar għalihom

Ayah 21

فَهَلۡ عَسَيۡتُمۡ إِن تَوَلَّيۡتُمۡ أَن تُفۡسِدُواْ فِي ٱلۡأَرۡضِ وَتُقَطِّعُوٓاْ أَرۡحَامَكُمۡ

U jekk ma tagħtux kas (l-armar biex titqabdu); u terġgħu għalli kontu, taħsbu li m'intomx se tagħmlu ħsara fuq l-art, u taqtgħu r-rabtiet ta' qrubija bejnietkom

Ayah 22

أُوْلَٰٓئِكَ ٱلَّذِينَ لَعَنَهُمُ ٱللَّهُ فَأَصَمَّهُمۡ وَأَعۡمَىٰٓ أَبۡصَٰرَهُمۡ

Dawk huma li Alla seħet, u għalhekk tarraxhom (biex ma jisimgħux is-sewwa) u għamielhom dawl għajnejhom (biex ma jsibux it-triq id-dritta)

Ayah 23

أَفَلَا يَتَدَبَّرُونَ ٱلۡقُرۡءَانَ أَمۡ عَلَىٰ قُلُوبٍ أَقۡفَالُهَآ

Mela ma jixtarrux. il-Qoran 7 Jew fuq qlubhom. hemm sokriet (maqfula)

Ayah 24

إِنَّ ٱلَّذِينَ ٱرۡتَدُّواْ عَلَىٰٓ أَدۡبَٰرِهِم مِّنۢ بَعۡدِ مَا تَبَيَّنَ لَهُمُ ٱلۡهُدَى ٱلشَّيۡطَٰنُ سَوَّلَ لَهُمۡ وَأَمۡلَىٰ لَهُمۡ

Dawk li reġgħu lura għalli kienu, wara li. ntweriet lilhom it-tmexxija t-tajba, ix-Xitan ħajjarhom (jagħmlu hekk) u qanqal fihom tamiet (foloz)

Ayah 25

ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ قَالُواْ لِلَّذِينَ كَرِهُواْ مَا نَزَّلَ ٱللَّهُ سَنُطِيعُكُمۡ فِي بَعۡضِ ٱلۡأَمۡرِۖ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ إِسۡرَارَهُمۡ

Dan għaliex (l-ipokriti li kienu wiegħdu li se jitqabdu għal Alla, imma ma tqabdux) qalu lil-dawk (il-Chud) li kienu jobogħdu dak li Alla niżżel (il-Qoran): 'Se nobdukom. f'parti mill-kwistjoni (tat-taqbid, għaliex m'aħniex se nitqabdu).' Iżda Alla jaf is-sigrieti tagħhom

Ayah 26

فَكَيۡفَ إِذَا تَوَفَّتۡهُمُ ٱلۡمَلَٰٓئِكَةُ يَضۡرِبُونَ وُجُوهَهُمۡ وَأَدۡبَٰرَهُمۡ

Mela kif (se tkun il-qagħda ta' l-ipokriti) meta l-anġli tal-kastig). jeħdulhom: ħajjithom u jidorbuhom fuq wiċċhom u daharhom

Ayah 27

ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمُ ٱتَّبَعُواْ مَآ أَسۡخَطَ ٱللَّهَ وَكَرِهُواْ رِضۡوَٰنَهُۥ فَأَحۡبَطَ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Dan għaliex huma mxew wara dak li għaddab lil Alla, u (għaliex. huma) kienu jobogħdu l-għaxqa tiegħu. Għalhekk Huwa xejjen l-għemejjel tagħhom

Ayah 28

أَمۡ حَسِبَ ٱلَّذِينَ فِي قُلُوبِهِم مَّرَضٌ أَن لَّن يُخۡرِجَ ٱللَّهُ أَضۡغَٰنَهُمۡ

Jaqaw dawk. (l-ipokriti) li fi qlubhom hemm marda jaħsbu li Alla ma huwiex se joħroġ fil-beraħ il-mibegħda kbira tagħhom (/ejn l-Islam u l-Misilmin)

Ayah 29

وَلَوۡ نَشَآءُ لَأَرَيۡنَٰكَهُمۡ فَلَعَرَفۡتَهُم بِسِيمَٰهُمۡۚ وَلَتَعۡرِفَنَّهُمۡ فِي لَحۡنِ ٱلۡقَوۡلِۚ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ أَعۡمَٰلَكُمۡ

Kieku ridna. (Muħammad) konna. nuruhomlok (l- ipokriti), u kont tagħrafhom mis-sinjali. tagħhom. Inti tassew tagħrafhom mill-ħażen tal-kliem (tagħhom u ta' għemilhom). Alla jaf l-għemejjel tagħkom

Ayah 30

وَلَنَبۡلُوَنَّكُمۡ حَتَّىٰ نَعۡلَمَ ٱلۡمُجَٰهِدِينَ مِنكُمۡ وَٱلصَّٰبِرِينَ وَنَبۡلُوَاْ أَخۡبَارَكُمۡ

Aħna tassew inġarrbukom biex inkunu nafu min minnkom: huma: l-ġellieda (għar-reliġjon) u dawk. li jistabru, u nġarrbu (ukoll) l-għemejjel tagħkom (it-tajbin tt l-ħżiena)

Ayah 31

إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَصَدُّواْ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِ وَشَآقُّواْ ٱلرَّسُولَ مِنۢ بَعۡدِ مَا تَبَيَّنَ لَهُمُ ٱلۡهُدَىٰ لَن يَضُرُّواْ ٱللَّهَ شَيۡـࣰٔ ا وَسَيُحۡبِطُ أَعۡمَٰلَهُمۡ

Tabilħaqq li dawk li-ma jemmnux, li jżommu (Zif ħaddieħor) mit-triq ta' Alla, u jeħduha kontra l-Profeta, wara li-ntweritilhom biċ-ċar it-tmexxija t-tajba, xejn ma huma se jagħmlu ħsara lil Alla, u Huwa jxejnilhom l- għemejjel tagħhom

Ayah 32

۞يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُوٓاْ أَطِيعُواْ ٱللَّهَ وَأَطِيعُواْ ٱلرَّسُولَ وَلَا تُبۡطِلُوٓاْ أَعۡمَٰلَكُمۡ

Intom li-temmnu, obdu lil-Alla, obdu lill-Mibgħut (tiegħu), u la ġġibux fix-xejn l-għemejjel tagħkom

Ayah 33

إِنَّ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَصَدُّواْ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِ ثُمَّ مَاتُواْ وَهُمۡ كُفَّارࣱ فَلَن يَغۡفِرَ ٱللَّهُ لَهُمۡ

Tabilħaqq li dawk li ma jemmnux, li jżommu (lil ħaddieħor). mit-triq ta' Alla; imbagħad imutu bla twemmin, Alla ma huwiex se jaħfrilhom

Ayah 34

فَلَا تَهِنُواْ وَتَدۡعُوٓاْ إِلَى ٱلسَّلۡمِ وَأَنتُمُ ٱلۡأَعۡلَوۡنَ وَٱللَّهُ مَعَكُمۡ وَلَن يَتِرَكُمۡ أَعۡمَٰلَكُمۡ

Mela la tiddgħajfux, u ssejħux għas-sliem (qabel ma ssir ġustizzja), meta intom minn fuql U Alla magħkom u ma jnaqqsilkomx l-għemejjel (tajba) tagħkom

Ayah 35

إِنَّمَا ٱلۡحَيَوٰةُ ٱلدُّنۡيَا لَعِبࣱ وَلَهۡوࣱۚ وَإِن تُؤۡمِنُواْ وَتَتَّقُواْ يُؤۡتِكُمۡ أُجُورَكُمۡ وَلَا يَسۡـَٔلۡكُمۡ أَمۡوَٰلَكُمۡ

Il-ħajja tad-dinja hija biss logħob u mogħdija ta' żmien, u jekk temmnu u tibżgħu minn Alla, jagħtikom ħlaskom u ma jitlobkomx ġidkom (biex 1on/ġuh kollu għal Alla)

Ayah 36

إِن يَسۡـَٔلۡكُمُوهَا فَيُحۡفِكُمۡ تَبۡخَلُواْ وَيُخۡرِجۡ أَضۡغَٰنَكُمۡ

Li kieku jitlobhulkom u jagħfaskom. (biex tonfej kollu), kieku tixxaħħu. (miegħu), u Huwa joħroġ (minnkom) il-mibegħda tagħkom (fil-beraħ)

Ayah 37

هَٰٓأَنتُمۡ هَٰٓؤُلَآءِ تُدۡعَوۡنَ لِتُنفِقُواْ فِي سَبِيلِ ٱللَّهِ فَمِنكُم مَّن يَبۡخَلُۖ وَمَن يَبۡخَلۡ فَإِنَّمَا يَبۡخَلُ عَن نَّفۡسِهِۦۚ وَٱللَّهُ ٱلۡغَنِيُّ وَأَنتُمُ ٱلۡفُقَرَآءُۚ وَإِن تَتَوَلَّوۡاْ يَسۡتَبۡدِلۡ قَوۡمًا غَيۡرَكُمۡ ثُمَّ لَا يَكُونُوٓاْ أَمۡثَٰلَكُم

Hawn intom, dawk li tissejħu biex tonfqu għal Alla. iżda hemm. minnkom min. jixxaħħaħ. Min jixxaħħaħ, ikun jixxaħħaħ biss miegħu nnifsu. Alla huwa l-Għani, u intom il-foqra. U jekk terġgħu lura għalli kontu, Huwa. jibdilkom ma' ġens ieħor, u mbagħad (dawn in-nies) ma' jkunux bħalkom

Ayah 38