Surah Al-Hashr — The Exile

Surah Al-Hashr (The Exile) is chapter 59 of the Quran, with 24 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.

سَبَّحَ لِلَّهِ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَمَا فِي ٱلۡأَرۡضِۖ وَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Isebbaħ lil Alla kulma jinsab fis-smewwiet u fl-artl Huwa l-Qawwi, l-Għaref

Ayah 1

هُوَ ٱلَّذِيٓ أَخۡرَجَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ مِن دِيَٰرِهِمۡ لِأَوَّلِ ٱلۡحَشۡرِۚ مَا ظَنَنتُمۡ أَن يَخۡرُجُواْۖ وَظَنُّوٓاْ أَنَّهُم مَّانِعَتُهُمۡ حُصُونُهُم مِّنَ ٱللَّهِ فَأَتَىٰهُمُ ٱللَّهُ مِنۡ حَيۡثُ لَمۡ يَحۡتَسِبُواْۖ وَقَذَفَ فِي قُلُوبِهِمُ ٱلرُّعۡبَۚ يُخۡرِبُونَ بُيُوتَهُم بِأَيۡدِيهِمۡ وَأَيۡدِي ٱلۡمُؤۡمِنِينَ فَٱعۡتَبِرُواْ يَٰٓأُوْلِي ٱلۡأَبۡصَٰرِ

Huwa li ħareġ minn djarhom lil dawk minn fost Nies il- Ktieb (il-Lhud tat-tribi: Banii n-Nadir) li ma jemmnux, għall-ewwel. ġabra (tagħhom: l-eżilju. mill-peniżola Għarbija). Ma kontux taħsbu li se joħorġu (eżiljati minn arthom), u. (il-Lhud) ħasbu li l-fortizzi tagħhom se jħarsuhom minn Alla (u mill-kastig tiegħu). U Alla ġiehom (għal għarrieda) minn fejn ma stennewx, u xeħet fi qlubhom il-biża'. Huma għamlu ħerba minn djarhom b'idejhom. (stess, biex il-Misilmin ma jkunux jistgħu jgħammru fihom), u b'idejn dawk li jemmnu. Mela ħudu tagħlima, intom li għandkom għajnejn biex taraw (i tifhmujl)

Ayah 2

وَلَوۡلَآ أَن كَتَبَ ٱللَّهُ عَلَيۡهِمُ ٱلۡجَلَآءَ لَعَذَّبَهُمۡ فِي ٱلدُّنۡيَاۖ وَلَهُمۡ فِي ٱلۡأٓخِرَةِ عَذَابُ ٱلنَّارِ

U kieku Alla ma kitbilhomx (b'digriet divin) il-ħruġ, (xorta waħda) kien jikkastigahom fid-dinja (bħalma għamel wara, mal-Lhud ta' Banii Qurajza li ttradew lill- Profeta: Muħammad, u għalhekk inqatlu mill-Misilmin). Fl-Oħra (fil-Ħajja l-Oħra) ikollhom kastig in-Narl

Ayah 3

ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ شَآقُّواْ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥۖ وَمَن يُشَآقِّ ٱللَّهَ فَإِنَّ ٱللَّهَ شَدِيدُ ٱلۡعِقَابِ

(Dak fl-eżilju u l-kastig: kien. jistħoqqilhom). għaliex huma waqfu lil Alla u lill-Mibgħut tiegħu, u min jieqaf lil Alla, Alla tabilħaqq Qalil fil-kastig (li jagħtih)

Ayah 4

مَا قَطَعۡتُم مِّن لِّينَةٍ أَوۡ تَرَكۡتُمُوهَا قَآئِمَةً عَلَىٰٓ أُصُولِهَا فَبِإِذۡنِ ٱللَّهِ وَلِيُخۡزِيَ ٱلۡفَٰسِقِينَ

Dak mis-siġar tal-palm (ta' Bari n-Nadir) li (intom il- Misilmin) taqtgħu. (biex iġġegħluhom joħorġu minn artijiethom), jew tħalluhom weqfin fuq għeruqhom, (ma jseħħx) jekk mhux bil-permess ta' Alla, u biex ikasbar lill-ħżiena

Ayah 5

وَمَآ أَفَآءَ ٱللَّهُ عَلَىٰ رَسُولِهِۦ مِنۡهُمۡ فَمَآ أَوۡجَفۡتُمۡ عَلَيۡهِ مِنۡ خَيۡلࣲ وَلَا رِكَابࣲ وَلَٰكِنَّ ٱللَّهَ يُسَلِّطُ رُسُلَهُۥ عَلَىٰ مَن يَشَآءُۚ وَٱللَّهُ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرࣱ‏

U dik (il-priża) li Alla ta lill-Mibgħut tiegħu (meħuda) minnhom (mil-Lhud tat-tribii ta' Banit n-Nadir), intom ma qanqaltux la żwiemel u lanqas iġmla għal fuqha, iżda Alla jagħti s-setgħa lill-Mibgħutin tiegħu fuq min irid. Alla fuq kollox Setgħan

Ayah 6

مَّآ أَفَآءَ ٱللَّهُ عَلَىٰ رَسُولِهِۦ مِنۡ أَهۡلِ ٱلۡقُرَىٰ فَلِلَّهِ وَلِلرَّسُولِ وَلِذِي ٱلۡقُرۡبَىٰ وَٱلۡيَتَٰمَىٰ وَٱلۡمَسَٰكِينِ وَٱبۡنِ ٱلسَّبِيلِ كَيۡ لَا يَكُونَ دُولَةَۢ بَيۡنَ ٱلۡأَغۡنِيَآءِ مِنكُمۡۚ وَمَآ ءَاتَىٰكُمُ ٱلرَّسُولُ فَخُذُوهُ وَمَا نَهَىٰكُمۡ عَنۡهُ فَٱنتَهُواْۚ وَٱتَّقُواْ ٱللَّهَۖ إِنَّ ٱللَّهَ شَدِيدُ ٱلۡعِقَابِ

U dik (il-priża) li Alla ta lill-Mibgħut tiegħu (meħuda) minn nies il-bliet (il-Lhud tat-tribir ta' Banii n-Nadir, ta' Banii Qurajza, u oħrajn, għandha tmur) għal Alla u għall-Mibgħut, għall-qraba (tal-Profeta, għaliex. mhux sew. li jaqgħu għall-karità), għall-iltiema, għall-foqra u għal dawk li jterrqu, biex (il-ġid) ma jgħaddix biss bejn l- għonja fostkom (mingħajr ma jasal għand min tassew jeħtieġu). Dak li jagħtikom il-Mibgħut, ħuduh, u dak li jżommkom minnu, iċċaħħdu (minnu), u ibżgħu minn Allat Alla tabilħaqq Qalil fil-kastigl

Ayah 7

لِلۡفُقَرَآءِ ٱلۡمُهَٰجِرِينَ ٱلَّذِينَ أُخۡرِجُواْ مِن دِيَٰرِهِمۡ وَأَمۡوَٰلِهِمۡ يَبۡتَغُونَ فَضۡلࣰ ا مِّنَ ٱللَّهِ وَرِضۡوَٰنࣰ ا وَيَنصُرُونَ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥٓۚ أُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلصَّٰدِقُونَ

(Il-priża maqbuda għandha tmur) għall-emigranti foqra li nħarġu minn djarhom u mill-propjetà tagħhom, għaliex jittamaw. f'tjieba u f'għaxqa minn Alla u jżommu ma' Alla u mal-Mibgħut tiegħu. Dawk huma li jgħidu (u jagħmlu) is-sewwa

Ayah 8

وَٱلَّذِينَ تَبَوَّءُو ٱلدَّارَ وَٱلۡإِيمَٰنَ مِن قَبۡلِهِمۡ يُحِبُّونَ مَنۡ هَاجَرَ إِلَيۡهِمۡ وَلَا يَجِدُونَ فِي صُدُورِهِمۡ حَاجَةࣰ مِّمَّآ أُوتُواْ وَيُؤۡثِرُونَ عَلَىٰٓ أَنفُسِهِمۡ وَلَوۡ كَانَ بِهِمۡ خَصَاصَةࣱۚ وَمَن يُوقَ شُحَّ نَفۡسِهِۦ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡمُفۡلِحُونَ

U dawk li għammru fil-belt (ta' Medina) u (daħlu) fit- twemmin (ta' l-Islam) qabilhom (qabel ħafna emigranti Misilmin. li waslu hemm) iħobbu (u jgħinu). lil-min jemigra lejhom, u ma jsibux fi qlubhom għira minħabba dik (il-priża) li ngħataw (l-emigranti. Misilmin), u jippreferu(hom) minnhom infushom, anki jekk huma wkoll jinsabu fil-faqar. U min jitħares mix-xeħħa tiegħu nnifsu, (nies bħal) dawk ikunu r-rebbieħa

Ayah 9

وَٱلَّذِينَ جَآءُو مِنۢ بَعۡدِهِمۡ يَقُولُونَ رَبَّنَا ٱغۡفِرۡ لَنَا وَلِإِخۡوَٰنِنَا ٱلَّذِينَ سَبَقُونَا بِٱلۡإِيمَٰنِ وَلَا تَجۡعَلۡ فِي قُلُوبِنَا غِلࣰّ ا لِّلَّذِينَ ءَامَنُواْ رَبَّنَآ إِنَّكَ رَءُوفࣱ رَّحِيمٌ

U dawk li ġew warajhom jgħidu: 'Sidna, aħfer lilna u lil ħutna li waslu qabilna fit-twemmin, u la. tqegħidx mibegħda fi qlubna għal dawk li-emmnu (u daħlu fl- Islam). Sidna, Inti tabilħaqq kollok tjubija, Ħanin

Ayah 10

۞أَلَمۡ تَرَ إِلَى ٱلَّذِينَ نَافَقُواْ يَقُولُونَ لِإِخۡوَٰنِهِمُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِنۡ أَهۡلِ ٱلۡكِتَٰبِ لَئِنۡ أُخۡرِجۡتُمۡ لَنَخۡرُجَنَّ مَعَكُمۡ وَلَا نُطِيعُ فِيكُمۡ أَحَدًا أَبَدࣰ ا وَإِن قُوتِلۡتُمۡ لَنَنصُرَنَّكُمۡ وَٱللَّهُ يَشۡهَدُ إِنَّهُمۡ لَكَٰذِبُونَ

Mela ma rajtx (Muħammad) lil dawk ta' wiċċ b'ieħor (fost il-Misilmin) li jgħidu lil ħuthom minn Nies il-Ktieb (it-tribujiet Lhud ta' Banii n-Nadir u Banit Qurajza) li m'emmnux (fil-missjoni ta' Muħammad): Jekk titkeċċew (minn. Medina), aħna żgur li noħorġu magħkom, u qatt ma nobdu (l-amar) ta' ħadd dwarkom. U jekk tkunu attakkati (mill-Misilmin), aħna żgur li ngħinukomi' Alla jixhed li huma tabilħaqq giddibin

Ayah 11

لَئِنۡ أُخۡرِجُواْ لَا يَخۡرُجُونَ مَعَهُمۡ وَلَئِن قُوتِلُواْ لَا يَنصُرُونَهُمۡ وَلَئِن نَّصَرُوهُمۡ لَيُوَلُّنَّ ٱلۡأَدۡبَٰرَ ثُمَّ لَا يُنصَرُونَ

Jekk (il-Lhud ta' Medina) jitkeċċew, (ta' wiċċ b'ieħor) ma humiex se joħorġu magħhom, u jekk ikunu attakkati (mill-Misilmin, ta' wiċċ b'ieħor) ma humiex se jgħinuhom. U jekk jgħinuhom, żgur li jagħtu daharhom u jaħarbu, u mbagħad (dawk il-Lhud) ma jkunux megħjunin

Ayah 12

لَأَنتُمۡ أَشَدُّ رَهۡبَةࣰ فِي صُدُورِهِم مِّنَ ٱللَّهِۚ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ قَوۡمࣱ لَّا يَفۡقَهُونَ

Tabilħaqq li intom (il-Misilmin tnisslu) aktar biża' fi qlubhom minn Allal Dak għaliex huma nies li-ma jifhmux (il-kobor ta' Alla)

Ayah 13

لَا يُقَٰتِلُونَكُمۡ جَمِيعًا إِلَّا فِي قُرࣰ ى مُّحَصَّنَةٍ أَوۡ مِن وَرَآءِ جُدُرِۭۚ بَأۡسُهُم بَيۡنَهُمۡ شَدِيدࣱۚ تَحۡسَبُهُمۡ جَمِيعࣰ ا وَقُلُوبُهُمۡ شَتَّىٰۚ ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ قَوۡمࣱ لَّا يَعۡقِلُونَ

Ma jitqatlux (il-Lhud) ilkoll (kontrikom il-Misilmin), ħlief fi bliet b'fortizzi, jew minn wara swar. Il-ġlied ta' bejniethom qalil; taħsibhom' xi ġemgħa waħda (magħquda), iżda qlubhom mifrudin. Dak għaliex huma nies li ma jifhmux (għaliex ma jridux)

Ayah 14

كَمَثَلِ ٱلَّذِينَ مِن قَبۡلِهِمۡ قَرِيبࣰ اۖ ذَاقُواْ وَبَالَ أَمۡرِهِمۡ وَلَهُمۡ عَذَابٌ أَلِيمࣱ‏

(Banii n-Nadir ġralhom) bħal dawk (il-pagani Mekkin u l-Lhud ta' Banit Qajnuqa'' ta' qabilhom, sa ftit ilu: huma daqu l-imrar ta' l-imġiba (ħażina) tagħhom (fit-telfa li ġarrbu); u għalihom hemm kastig ta' wġigħ (fil-Ħajja l- Oħra)

Ayah 15

كَمَثَلِ ٱلشَّيۡطَٰنِ إِذۡ قَالَ لِلۡإِنسَٰنِ ٱكۡفُرۡ فَلَمَّا كَفَرَ قَالَ إِنِّي بَرِيٓءࣱ مِّنكَ إِنِّيٓ أَخَافُ ٱللَّهَ رَبَّ ٱلۡعَٰلَمِينَ

Bħax-Xitan (huma dawk ta' wiċċ b'ieħor), meta qal lill- bniedem: 'Temminxi' U meta (il-bniedem) m'emminx, qal(lu x-Xitan): ''Jiena ma għandix x'naqsam miegħekl Jiena tabilħaqq nibża' minn Alla Sid il-ħolqieni

Ayah 16

فَكَانَ عَٰقِبَتَهُمَآ أَنَّهُمَا فِي ٱلنَّارِ خَٰلِدَيۡنِ فِيهَاۚ وَذَٰلِكَ جَزَٰٓؤُاْ ٱلظَّٰلِمِينَ

U t-tmiem tagħhom it-tnejn ikun fin-Nar; fih jgħammru għal dejjem. Dak hu l-ħlas tal-ħżiena

Ayah 17

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ ٱتَّقُواْ ٱللَّهَ وَلۡتَنظُرۡ نَفۡسࣱ مَّا قَدَّمَتۡ لِغَدࣲۖ وَٱتَّقُواْ ٱللَّهَۚ إِنَّ ٱللَّهَ خَبِيرُۢ بِمَا تَعۡمَلُونَ

Intom li temmnu, ibżgħu minn Allal Ħalli tara (kull) ruħ. x'ħejjiet għal għadal Ibżgħu minn Allal Alla tabilħaqq jaf sewwa b'dak li tagħmlu

Ayah 18

وَلَا تَكُونُواْ كَٱلَّذِينَ نَسُواْ ٱللَّهَ فَأَنسَىٰهُمۡ أَنفُسَهُمۡۚ أُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡفَٰسِقُونَ

Latkunux bħal dawk li nsew lil Alla, u għalhekk ( 4//a) nessiehom lilhom infushoml Dawk huma l-ħżiena

Ayah 19

لَا يَسۡتَوِيٓ أَصۡحَٰبُ ٱلنَّارِ وَأَصۡحَٰبُ ٱلۡجَنَّةِۚ أَصۡحَٰبُ ٱلۡجَنَّةِ هُمُ ٱلۡفَآئِزُونَ

Ma humiex indaqs nies in-Nar u nies il-Ġenna. Nies il- Ġenna huma r-rebbiħini

Ayah 20

لَوۡ أَنزَلۡنَا هَٰذَا ٱلۡقُرۡءَانَ عَلَىٰ جَبَلࣲ لَّرَأَيۡتَهُۥ خَٰشِعࣰ ا مُّتَصَدِّعࣰ ا مِّنۡ خَشۡيَةِ ٱللَّهِۚ وَتِلۡكَ ٱلۡأَمۡثَٰلُ نَضۡرِبُهَا لِلنَّاسِ لَعَلَّهُمۡ يَتَفَكَّرُونَ

Kieku niżżilna dan il-Qoran fuq muntanja, kont taraha umli u mxaqqa bil-biża' ta' Alla, Dawn huma t-tixbihat li nxebbhu għan-nies biex forsi jixtarru (is-siwi tagħhom)

Ayah 21

هُوَ ٱللَّهُ ٱلَّذِي لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَۖ عَٰلِمُ ٱلۡغَيۡبِ وَٱلشَّهَٰدَةِۖ هُوَ ٱلرَّحۡمَٰنُ ٱلرَّحِيمُ

Huwa Alla illi ma hemmx alla għajru; jaf dak lima jidhirx u dak li jidher. Huwa Kollu Ħniena, il-Ħanin

Ayah 22

هُوَ ٱللَّهُ ٱلَّذِي لَآ إِلَٰهَ إِلَّا هُوَ ٱلۡمَلِكُ ٱلۡقُدُّوسُ ٱلسَّلَٰمُ ٱلۡمُؤۡمِنُ ٱلۡمُهَيۡمِنُ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡجَبَّارُ ٱلۡمُتَكَبِّرُۚ سُبۡحَٰنَ ٱللَّهِ عَمَّا يُشۡرِكُونَ

Huwa Alla illi ma hemmx alla għajru; is-Sultan, il- Qaddis, is-Sliem, li jagħti l-ħarsien, l-Għassies, il-Felħan, Dak li jġib kollox taħt idejh, ta' kobor bla qjies. Sebħ lil Alla (għaliex huwa ogħla) minn dak li jxierku (miegħuji)

Ayah 23

هُوَ ٱللَّهُ ٱلۡخَٰلِقُ ٱلۡبَارِئُ ٱلۡمُصَوِّرُۖ لَهُ ٱلۡأَسۡمَآءُ ٱلۡحُسۡنَىٰۚ يُسَبِّحُ لَهُۥ مَا فِي ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۖ وَهُوَ ٱلۡعَزِيزُ ٱلۡحَكِيمُ

Huwa Alla l-Ħallieq, li jibda (il-ħolqien) mix-xejn; Dak li jsawwar (kollox). Tiegħu. l-isbaħ. ismijiet. Isebbħu kulma jinsab fis-smewwiet u fl-art, u Huwa l-Felħan, l- Għaref

Ayah 24