Surah Al-Munaafiqoon — The Hypocrites

Surah Al-Munaafiqoon (The Hypocrites) is chapter 63 of the Quran, with 11 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.

إِذَا جَآءَكَ ٱلۡمُنَٰفِقُونَ قَالُواْ نَشۡهَدُ إِنَّكَ لَرَسُولُ ٱللَّهِۗ وَٱللَّهُ يَعۡلَمُ إِنَّكَ لَرَسُولُهُۥ وَٱللَّهُ يَشۡهَدُ إِنَّ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ لَكَٰذِبُونَ

(Meta jiġuk dawk ta' wiċċ b'ieħor jgħidu/lek Muħammad): ''Nixhdu li inti tabilħaqq il-Mibgħut ta' Alla.' Alla jaf li inti tabilħaqq il-Mibgħut tiegħu, u Alla jixhed li dawk ta' wiċċ b'ieħor huma tabilħaqq giddibin

Ayah 1

ٱتَّخَذُوٓاْ أَيۡمَٰنَهُمۡ جُنَّةࣰ فَصَدُّواْ عَن سَبِيلِ ٱللَّهِۚ إِنَّهُمۡ سَآءَ مَا كَانُواْ يَعۡمَلُونَ

Huma jistkennu wara l-ħalf (fa/z) tagħhom u jżommu (lil ħaddieħor) mit-triq ta' Alla. Tabilħaqq ħażin dak li qegħdin jagħmlu

Ayah 2

ذَٰلِكَ بِأَنَّهُمۡ ءَامَنُواْ ثُمَّ كَفَرُواْ فَطُبِعَ عَلَىٰ قُلُوبِهِمۡ فَهُمۡ لَا يَفۡقَهُونَ

Dak għaliex huma emmnu, imbagħad ċaħdu t- twemmin, u tqiegħed siġill fuq qlubhom, u għalhekk huma ma jifhmux

Ayah 3

۞وَإِذَا رَأَيۡتَهُمۡ تُعۡجِبُكَ أَجۡسَامُهُمۡۖ وَإِن يَقُولُواْ تَسۡمَعۡ لِقَوۡلِهِمۡۖ كَأَنَّهُمۡ خُشُبࣱ مُّسَنَّدَةࣱۖ يَحۡسَبُونَ كُلَّ صَيۡحَةٍ عَلَيۡهِمۡۚ هُمُ ٱلۡعَدُوُّ فَٱحۡذَرۡهُمۡۚ قَٰتَلَهُمُ ٱللَّهُۖ أَنَّىٰ يُؤۡفَكُونَ

U meta tarahom (Muħammad, lil dawk ta' wiċċ b'ieħor) l-iġsma tagħhom jogħġbuk, u jekk jgħidu (xi ħaġa), inti tisma' kliemhom, (iżda kun af li huma bla ruħ) qishom bċejjeċ ta' l-injam imserrħa. mal-ħajt u (il- biża' kbir li għandhom li jinkixef il-wiċċ b'ieħor tagħhom iwassalhom. biex) jaħsbu kull għajta (qiegħda ssir) kontrihom. Huma l-għadu mela oqgħod attent għalihomt Alla jeqridhomi Kemm tqarrqul

Ayah 4

وَإِذَا قِيلَ لَهُمۡ تَعَالَوۡاْ يَسۡتَغۡفِرۡ لَكُمۡ رَسُولُ ٱللَّهِ لَوَّوۡاْ رُءُوسَهُمۡ وَرَأَيۡتَهُمۡ يَصُدُّونَ وَهُم مُّسۡتَكۡبِرُونَ

U meta jingħad lilhom: 'Ejjew biex il-Mibgħut ta' Alla jitlob maħfra għalikom,' (arahom) iċaqilqu rjushom (bi stmerrija), u tarahom iwarrbu mkabbrin

Ayah 5

سَوَآءٌ عَلَيۡهِمۡ أَسۡتَغۡفَرۡتَ لَهُمۡ أَمۡ لَمۡ تَسۡتَغۡفِرۡ لَهُمۡ لَن يَغۡفِرَ ٱللَّهُ لَهُمۡۚ إِنَّ ٱللَّهَ لَا يَهۡدِي ٱلۡقَوۡمَ ٱلۡفَٰسِقِينَ

(Kun af. Muħammad, li) xorta waħda għalihom, sew jekk titlob maħfra għalihom, u sew jekk ma titlobx: Alla ma huwiex se jaħfrilhom: Tabilħaqq li Alla ma jurix it- triq it-tajba lill-ħatjin

Ayah 6

هُمُ ٱلَّذِينَ يَقُولُونَ لَا تُنفِقُواْ عَلَىٰ مَنۡ عِندَ رَسُولِ ٱللَّهِ حَتَّىٰ يَنفَضُّواْۗ وَلِلَّهِ خَزَآئِنُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِ وَلَٰكِنَّ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ لَا يَفۡقَهُونَ

Huma li jgħidu: 'Tonfqux għal dawk (l-emigranti li jinsabu) għand il-Mibgħut ta' Alla, sa ma jitferrxu. (i jitilquh)i' Ta' Alla huma l-ħażniet (tal-ġid kollu). tas- smewwiet u ta' l-art, iżda ta' wiċċ b'ieħor ma jifhmux

Ayah 7

يَقُولُونَ لَئِن رَّجَعۡنَآ إِلَى ٱلۡمَدِينَةِ لَيُخۡرِجَنَّ ٱلۡأَعَزُّ مِنۡهَا ٱلۡأَذَلَّۚ وَلِلَّهِ ٱلۡعِزَّةُ وَلِرَسُولِهِۦ وَلِلۡمُؤۡمِنِينَ وَلَٰكِنَّ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ لَا يَعۡلَمُونَ

Huma jgħidu: ''Jekk nerġgħu lura lejn Medina, żgur li (il-mexxej) l-aktar qawwi (ta' dik il-belt, li huwa wkoll ta' wiċċ b'ieħor) ikeċċi. minnha lill-imkasbar (Muħammad u lill-Misilmin).' Ta' Alla hija l-qawwa, u tal-Mibgħut tiegħu u ta' dawk li jemmnu, iżda ta' wiċċ b'ieħor ma jafux

Ayah 8

يَٰٓأَيُّهَا ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ لَا تُلۡهِكُمۡ أَمۡوَٰلُكُمۡ وَلَآ أَوۡلَٰدُكُمۡ عَن ذِكۡرِ ٱللَّهِۚ وَمَن يَفۡعَلۡ ذَٰلِكَ فَأُوْلَٰٓئِكَ هُمُ ٱلۡخَٰسِرُونَ

Intom li temmnu, araw li ġidkom u wliedkom ma jtellfukomx milli tiftakru f'Allal U min jagħmel hekk, dawk huma t-telliefa

Ayah 9

وَأَنفِقُواْ مِن مَّا رَزَقۡنَٰكُم مِّن قَبۡلِ أَن يَأۡتِيَ أَحَدَكُمُ ٱلۡمَوۡتُ فَيَقُولَ رَبِّ لَوۡلَآ أَخَّرۡتَنِيٓ إِلَىٰٓ أَجَلࣲ قَرِيبࣲ فَأَصَّدَّقَ وَأَكُن مِّنَ ٱلصَّٰلِحِينَ

Onfqu (fil-karità) minn dak li tajniekom għall-għajxien tagħkom, qabel ma tiġi l-mewt fuq xi ħadd minnkom, u jgħid: 'Sidi, għaliex ma tajtnix ftit taż-żmien ieħor 7 Kieku kont nagħti karità, u kont inkun mit-tajbin

Ayah 10

وَلَن يُؤَخِّرَ ٱللَّهُ نَفۡسًا إِذَا جَآءَ أَجَلُهَاۚ وَٱللَّهُ خَبِيرُۢ بِمَا تَعۡمَلُونَ

Alla ma huwiex se jtawwal iż-żmien lil ebda ruħ (f'din id-dinja), meta jasal żmienha (biex titlaq għall-Ħajja l- Oħra). Alla jaf sewwa b'dak li tagħmlu

Ayah 11