Surah Al-Fath — The Victory

Surah Al-Fath (The Victory) is chapter 48 of the Quran, with 29 verses. This page presents the Arabic text with a Maltese translation, verse by verse.

إِنَّا فَتَحۡنَا لَكَ فَتۡحࣰ ا مُّبِينࣰ ا

Tabilħaqq rebbaħniek. (Muħammad) (rebħa biċ-ċar. (f'Mekka)

Ayah 1

لِّيَغۡفِرَ لَكَ ٱللَّهُ مَا تَقَدَّمَ مِن ذَنۢبِكَ وَمَا تَأَخَّرَ وَيُتِمَّ نِعۡمَتَهُۥ عَلَيۡكَ وَيَهۡدِيَكَ صِرَٰطࣰ ا مُّسۡتَقِيمࣰ ا

biex Alla jaħfirlek dnubek ta' qabel u ta' wara, iġib fil- milja tagħha l-grazzja tiegħu fuqek, u jmexxik fi triq dritta

Ayah 2

وَيَنصُرَكَ ٱللَّهُ نَصۡرًا عَزِيزًا

Alla jagħtik rebħa kbira

Ayah 3

هُوَ ٱلَّذِيٓ أَنزَلَ ٱلسَّكِينَةَ فِي قُلُوبِ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ لِيَزۡدَادُوٓاْ إِيمَٰنࣰ ا مَّعَ إِيمَٰنِهِمۡۗ وَلِلَّهِ جُنُودُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ وَكَانَ ٱللَّهُ عَلِيمًا حَكِيمࣰ ا

Huwa li (f'Ħudajbija) niżżel ir-rahan tas-sliem fi qlub dawk li jemmnu biex jiżdiedu fi twemminhom.f' Ta' Alla huma l-qawwiet tas-smewwiet u ta' l-art (l-anġli, il-ġinn, il-beraq, it-theżżiż ta' l-art, il-bhejjem, u qawwiet oħra li ħadd ma jegħlibhom). Alla jaf kollox, l-Għaref

Ayah 4

لِّيُدۡخِلَ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَٱلۡمُؤۡمِنَٰتِ جَنَّٰتࣲ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُ خَٰلِدِينَ فِيهَا وَيُكَفِّرَ عَنۡهُمۡ سَيِّـَٔاتِهِمۡۚ وَكَانَ ذَٰلِكَ عِندَ ٱللَّهِ فَوۡزًا عَظِيمࣰ ا

biex idaħħal lill-irġiel u lin-nisa li jemmnu f'Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, biex fihom jibqgħu għal dejjem, u jħassrilhom l-għemejjel ħżiena tagħhom dik tkun rebħa kbira quddiem Alla

Ayah 5

وَيُعَذِّبَ ٱلۡمُنَٰفِقِينَ وَٱلۡمُنَٰفِقَٰتِ وَٱلۡمُشۡرِكِينَ وَٱلۡمُشۡرِكَٰتِ ٱلظَّآنِّينَ بِٱللَّهِ ظَنَّ ٱلسَّوۡءِۚ عَلَيۡهِمۡ دَآئِرَةُ ٱلسَّوۡءِۖ وَغَضِبَ ٱللَّهُ عَلَيۡهِمۡ وَلَعَنَهُمۡ وَأَعَدَّ لَهُمۡ جَهَنَّمَۖ وَسَآءَتۡ مَصِيرࣰ ا

u biex jikkastiga lill-irġiel u lin-nisa ipokriti, u lill-irġiel u lin-nisa li jxierku allat foloz ma' Alla, li jaħsbu ħażin f'Alla. Ħalli jdur fuqhom il-ħażen (u d-deni li jixtiequ lil dawk li jemmnu)t Alla jagħdab għalihom u jisħethom, u ħejjielhom l-Infern tmiem ħażin (tassew)i

Ayah 6

وَلِلَّهِ جُنُودُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ وَكَانَ ٱللَّهُ عَزِيزًا حَكِيمًا

Ta' Alla huma l-qawwiet tas-smewwiet u ta' l-art. Alla: Felħan, Għaref

Ayah 7

إِنَّآ أَرۡسَلۡنَٰكَ شَٰهِدࣰ ا وَمُبَشِّرࣰ ا وَنَذِيرࣰ ا

Aħna tabilħaqq bgħatniek xhud u wieħed li jagħti l- bxara u jwissi

Ayah 8

لِّتُؤۡمِنُواْ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ وَتُعَزِّرُوهُ وَتُوَقِّرُوهُۚ وَتُسَبِّحُوهُ بُكۡرَةࣰ وَأَصِيلًا

biex temmnu f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu, u biex tkunu ta' għajnuna għalih, tagħtuh ġieħ, u ssebbħub (lil 4/la) filgħodu u filgħaxija

Ayah 9

إِنَّ ٱلَّذِينَ يُبَايِعُونَكَ إِنَّمَا يُبَايِعُونَ ٱللَّهَ يَدُ ٱللَّهِ فَوۡقَ أَيۡدِيهِمۡۚ فَمَن نَّكَثَ فَإِنَّمَا يَنكُثُ عَلَىٰ نَفۡسِهِۦۖ وَمَنۡ أَوۡفَىٰ بِمَا عَٰهَدَ عَلَيۡهُ ٱللَّهَ فَسَيُؤۡتِيهِ أَجۡرًا عَظِيمࣰ ا

Tabilħaqq li dawk li jaħilfu fedeltà lejk (Muħammad) ma jkunux jaħilfu fedeltà jekk mhux lejn Alla. Id Alla tkun fuq idejhom. Min jikser (dik) ir-rabta, ma jiksirhiex jekk mhux bi ħsara għalih innifsu, u min iżomm il- wegħda tiegħu ma' Alla, (A//a) se jagħtih ħlas kbir

Ayah 10

سَيَقُولُ لَكَ ٱلۡمُخَلَّفُونَ مِنَ ٱلۡأَعۡرَابِ شَغَلَتۡنَآ أَمۡوَٰلُنَا وَأَهۡلُونَا فَٱسۡتَغۡفِرۡ لَنَاۚ يَقُولُونَ بِأَلۡسِنَتِهِم مَّا لَيۡسَ فِي قُلُوبِهِمۡۚ قُلۡ فَمَن يَمۡلِكُ لَكُم مِّنَ ٱللَّهِ شَيۡـًٔا إِنۡ أَرَادَ بِكُمۡ ضَرًّا أَوۡ أَرَادَ بِكُمۡ نَفۡعَۢاۚ بَلۡ كَانَ ٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ خَبِيرَۢا

Il-bedwini (ta' Medina) li baqgħu lura (u ma' ħarġux jitqabdu miegħek, Muħammad) se jgħidulek: ''Konna mħabbtin b'ġidna u b'niesna (u għalhekk ma stajniex noħorġu nitqabdu). Għalhekk itlob maħfra għalina.' Bi lsienhom jgħidu dak li ma huwiex fi qlubhom. Għid(ilhom Muħammad): ''Min jista' jagħmlilkom xi ħaġa quddiem Alla, jekk Huwa jridilkom xi ħsara, jew iridilkom xi fejda 7' Lel Alla jaf sew b'dak li tagħmlu

Ayah 11

بَلۡ ظَنَنتُمۡ أَن لَّن يَنقَلِبَ ٱلرَّسُولُ وَٱلۡمُؤۡمِنُونَ إِلَىٰٓ أَهۡلِيهِمۡ أَبَدࣰ ا وَزُيِّنَ ذَٰلِكَ فِي قُلُوبِكُمۡ وَظَنَنتُمۡ ظَنَّ ٱلسَّوۡءِ وَكُنتُمۡ قَوۡمَۢا بُورࣰ ا

Let Intom ħsibtu li l-Mibgħut (Muħammad) u dawk li jemmnu (il-Misilmin) ma kienu se jerġgħu lura qatt lejn qrabathom (f'Medina għaliex ħsibtu li l-pagani Mekkin se joqtluhom); dak (il-ħsieb) dehrilkom sabiħ fi qlubkom u ħsibtu ħażin, Intom kontu nies meqrudin

Ayah 12

وَمَن لَّمۡ يُؤۡمِنۢ بِٱللَّهِ وَرَسُولِهِۦ فَإِنَّآ أَعۡتَدۡنَا لِلۡكَٰفِرِينَ سَعِيرࣰ ا

U min m'emminx f'Alla u fil-Mibgħut tiegħu (għandi jkun jaf) li Aħna tabilħaqq ħejjejna Nar iħeġġeġ għal dawk li ċaħdu t-twemmin

Ayah 13

وَلِلَّهِ مُلۡكُ ٱلسَّمَٰوَٰتِ وَٱلۡأَرۡضِۚ يَغۡفِرُ لِمَن يَشَآءُ وَيُعَذِّبُ مَن يَشَآءُۚ وَكَانَ ٱللَّهُ غَفُورࣰ ا رَّحِيمࣰ ا

Ta' Alla (hija) is-saltna fuq is-smewwiet u fuq l-art. Huwa jaħfer lil min irid, u jikkastiga lil-min irid. Alla Kollu Maħfra, il-Ħanin

Ayah 14

سَيَقُولُ ٱلۡمُخَلَّفُونَ إِذَا ٱنطَلَقۡتُمۡ إِلَىٰ مَغَانِمَ لِتَأۡخُذُوهَا ذَرُونَا نَتَّبِعۡكُمۡۖ يُرِيدُونَ أَن يُبَدِّلُواْ كَلَٰمَ ٱللَّهِۚ قُل لَّن تَتَّبِعُونَا كَذَٰلِكُمۡ قَالَ ٱللَّهُ مِن قَبۡلُۖ فَسَيَقُولُونَ بَلۡ تَحۡسُدُونَنَاۚ بَلۡ كَانُواْ لَا يَفۡقَهُونَ إِلَّا قَلِيلࣰ ا

Dawkli baqgħu lura (u ma ħarġux jitqabdu) se jgħidu (hekk) meta toħorġu biex tieħdu l-priża; 'Ħalluna niġu warajkom. ' Huma jridu jbiddlu kliem Alla (/i wiegħed il- priża lil dawk biss li ħarġu mal-Profeta). Għid(ilhom Muħammad): ''M'intomx ġejjin warajnal Hekk qal Alla, qabel.' Se jgħidu(/kom): 'Lel Intom tgħiru għalina ' Le, (mhux hekk)l Ma kinux jifhmu, għajr ftit

Ayah 15

قُل لِّلۡمُخَلَّفِينَ مِنَ ٱلۡأَعۡرَابِ سَتُدۡعَوۡنَ إِلَىٰ قَوۡمٍ أُوْلِي بَأۡسࣲ شَدِيدࣲ تُقَٰتِلُونَهُمۡ أَوۡ يُسۡلِمُونَۖ فَإِن تُطِيعُواْ يُؤۡتِكُمُ ٱللَّهُ أَجۡرًا حَسَنࣰ اۖ وَإِن تَتَوَلَّوۡاْ كَمَا تَوَلَّيۡتُم مِّن قَبۡلُ يُعَذِّبۡكُمۡ عَذَابًا أَلِيمࣰ ا

Għid (Muħammad) lill-bedwini (ta' Medina) li baqgħu lura (u ma ħarġux jitqabdu miegħek meta mort Mekka): 'Se tissejħu (biex titqabdu) ma' nies ta' qilla kbira. (Jew) titqabdu magħhom, jew isiru Misilmin (b/a taqbid). U jekk tobdu, Alla jagħtikom ħlas tajjeb. Iżda jekk terġgħu lura (u ma toħorġux għat-tagbid), bħalma. rġajtu lura qabel, Huwa jagħtikom kastig ta' wġigħi

Ayah 16

لَّيۡسَ عَلَى ٱلۡأَعۡمَىٰ حَرَجࣱ وَلَا عَلَى ٱلۡأَعۡرَجِ حَرَجࣱ وَلَا عَلَى ٱلۡمَرِيضِ حَرَجࣱۗ وَمَن يُطِعِ ٱللَّهَ وَرَسُولَهُۥ يُدۡخِلۡهُ جَنَّٰتࣲ تَجۡرِي مِن تَحۡتِهَا ٱلۡأَنۡهَٰرُۖ وَمَن يَتَوَلَّ يُعَذِّبۡهُ عَذَابًا أَلِيمࣰ ا

Ma hemm ebda ħtija fuq l-agħma, u la fuq iz-zopp; u lanqas fuq il-marid ma hemm ħtija (jekk ma joħorġux jitqabdu mal-bqija tal-Misilmin). U min joqgħod għal Alla u għall-Mibgħut tiegħu, Huwa jdaħħlu f'Ġonna bix- xmajjar jiġru taħthom, iżda min jerġa' lura ( 4 mi jitqabadx), Huwa jagħtih kastig ta' wġigħ

Ayah 17

۞لَّقَدۡ رَضِيَ ٱللَّهُ عَنِ ٱلۡمُؤۡمِنِينَ إِذۡ يُبَايِعُونَكَ تَحۡتَ ٱلشَّجَرَةِ فَعَلِمَ مَا فِي قُلُوبِهِمۡ فَأَنزَلَ ٱلسَّكِينَةَ عَلَيۡهِمۡ وَأَثَٰبَهُمۡ فَتۡحࣰ ا قَرِيبࣰ ا

Tabilħaqq l-għaxqa ta' Alla kienet fuq dawk li jemmnu, meta ħalfulek. (Muħammad) fedeltà taħt. is-siġra (f'Ħudajbija). Huwa kien jaf x'hemm fi qlubhom u (għalhekk) niżżel fuqhom ir-rahan tas-sliem, u ħallashom b'rebħa f'qasir żmien (dik f'Ħajbar)

Ayah 18

وَمَغَانِمَ كَثِيرَةࣰ يَأۡخُذُونَهَاۗ وَكَانَ ٱللَّهُ عَزِيزًا حَكِيمࣰ ا

u bi priża kotrana li huma jieħdu. Alla huwa Qawwi, Għaref

Ayah 19

وَعَدَكُمُ ٱللَّهُ مَغَانِمَ كَثِيرَةࣰ تَأۡخُذُونَهَا فَعَجَّلَ لَكُمۡ هَٰذِهِۦ وَكَفَّ أَيۡدِيَ ٱلنَّاسِ عَنكُمۡ وَلِتَكُونَ ءَايَةࣰ لِّلۡمُؤۡمِنِينَ وَيَهۡدِيَكُمۡ صِرَٰطࣰ ا مُّسۡتَقِيمࣰ ا

Alla wegħedkom li tieħdu priża kotrana u għalhekk għaġġlilkom din. (il-priża, għaliex ma' domtux. ma' ksibtuha f'Ħajbar), u żamm lura idejn in-nies minn fuqkom (hekk li l-għedewwa tagħkom ma setgħu jagħmlulkom xejn) biex (ir-rebħa) tkun sinjal għal dawk li jemmnu, u Huwa jmexxikom fi triq dritta

Ayah 20

وَأُخۡرَىٰ لَمۡ تَقۡدِرُواْ عَلَيۡهَا قَدۡ أَحَاطَ ٱللَّهُ بِهَاۚ وَكَانَ ٱللَّهُ عَلَىٰ كُلِّ شَيۡءࣲ قَدِيرࣰ ا

(Hemm. priża) oħra li ma stajtux għaliha (il-belt ta' Mekka), u li Alla tassew iżomm taħt idejh. Alla huwa fuq kollox Setgħan

Ayah 21

وَلَوۡ قَٰتَلَكُمُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ لَوَلَّوُاْ ٱلۡأَدۡبَٰرَ ثُمَّ لَا يَجِدُونَ وَلِيࣰّ ا وَلَا نَصِيرࣰ ا

Kieku dawk li ma jemmnux jitqabdu magħkom, kieku jaħarbu lura, u mbagħad ma jsibux min iħarishom u lanqas min jgħinhom

Ayah 22

سُنَّةَ ٱللَّهِ ٱلَّتِي قَدۡ خَلَتۡ مِن قَبۡلُۖ وَلَن تَجِدَ لِسُنَّةِ ٱللَّهِ تَبۡدِيلࣰ ا

Hija d-drawwa ta' Alla li kienet fis-seħħ sa minn qabel, u m'intix se ssib tibdil fid-drawwa ta' Alla

Ayah 23

وَهُوَ ٱلَّذِي كَفَّ أَيۡدِيَهُمۡ عَنكُمۡ وَأَيۡدِيَكُمۡ عَنۡهُم بِبَطۡنِ مَكَّةَ مِنۢ بَعۡدِ أَنۡ أَظۡفَرَكُمۡ عَلَيۡهِمۡۚ وَكَانَ ٱللَّهُ بِمَا تَعۡمَلُونَ بَصِيرًا

Huwa li-żamm idejhom (il-pagani) minn fuqkom, (biex ma. jagħmlulkom xejn, u żamm) idejkom. minn fuqhom fil-wied ta' Mekka, wara li ħariġkom rebbiħin fuqhom fur qbadtu lil uħud minnhom priġunieri). Alla jara sew dak li tagħmlu

Ayah 24

هُمُ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ وَصَدُّوكُمۡ عَنِ ٱلۡمَسۡجِدِ ٱلۡحَرَامِ وَٱلۡهَدۡيَ مَعۡكُوفًا أَن يَبۡلُغَ مَحِلَّهُۥۚ وَلَوۡلَا رِجَالࣱ مُّؤۡمِنُونَ وَنِسَآءࣱ مُّؤۡمِنَٰتࣱ لَّمۡ تَعۡلَمُوهُمۡ أَن تَطَـُٔوهُمۡ فَتُصِيبَكُم مِّنۡهُم مَّعَرَّةُۢ بِغَيۡرِ عِلۡمࣲۖ لِّيُدۡخِلَ ٱللَّهُ فِي رَحۡمَتِهِۦ مَن يَشَآءُۚ لَوۡ تَزَيَّلُواْ لَعَذَّبۡنَا ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ مِنۡهُمۡ عَذَابًا أَلِيمًا

Huma li m'emmnux u Żżammukom: mill-Moskea mqaddsa u żammu s-sagrifiċċju (f'għamla ta' bhejjem) milli jasal f'postu (f'Mekka). Li kieku mhux għal irġiel u nisa (f'Mekka) li jemmnu (bil-moħbi), u li intom ma tafuhomx biex ma. titfeħuhomx. taħt saqajkom, u minħabba fihom issibkom il-ħtija bla ma tafu ( 4/la kien iħallikom tidħlu f'Mekka bil-qawwa, iżda żammkom milli tagħmlu dan) biex Alla jdaħħal fil-ħniena tiegħu lil min irid; Kieku (dawk li jemmmu u l-oħrajn li-ma jemmmux) jinfirdu minn: xulxin, konna nikkastigaw. lil dawk minnhom li m'emmnux b'kastig ta' wġigħ

Ayah 25

إِذۡ جَعَلَ ٱلَّذِينَ كَفَرُواْ فِي قُلُوبِهِمُ ٱلۡحَمِيَّةَ حَمِيَّةَ ٱلۡجَٰهِلِيَّةِ فَأَنزَلَ ٱللَّهُ سَكِينَتَهُۥ عَلَىٰ رَسُولِهِۦ وَعَلَى ٱلۡمُؤۡمِنِينَ وَأَلۡزَمَهُمۡ كَلِمَةَ ٱلتَّقۡوَىٰ وَكَانُوٓاْ أَحَقَّ بِهَا وَأَهۡلَهَاۚ وَكَانَ ٱللَّهُ بِكُلِّ شَيۡءٍ عَلِيمࣰ ا

Meta dawk, li m'emmnux xeħtu l-kburija (i/ l- fanatiżmu) fi qlubhom il-kburija ta' (żmien) l-injuranza (qabel ma deher l-Islam) Alla niżżel ir-rahan tas-sliem tiegħu fuq il-Mibgħut tiegħu u fuq dawk li jemmnu, u rabathom bil-kelma tal-biża' ta' Alla. Huma kienu l-aktar li jistħoqquha u tixirqilhom. Alla jaf b'kollox

Ayah 26

لَّقَدۡ صَدَقَ ٱللَّهُ رَسُولَهُ ٱلرُّءۡيَا بِٱلۡحَقِّۖ لَتَدۡخُلُنَّ ٱلۡمَسۡجِدَ ٱلۡحَرَامَ إِن شَآءَ ٱللَّهُ ءَامِنِينَ مُحَلِّقِينَ رُءُوسَكُمۡ وَمُقَصِّرِينَ لَا تَخَافُونَۖ فَعَلِمَ مَا لَمۡ تَعۡلَمُواْ فَجَعَلَ مِن دُونِ ذَٰلِكَ فَتۡحࣰ ا قَرِيبًا

Alla tabilħaqq seddaq il-ħolma li ra l-Mibgħut tiegħu (dwar ir-rebħa kbira tal-Misilmin fuq il-pagani f'Mekka, u din se. sseħħ). Intom. (Muħammad u. l-Misilmin miegħek) tassew. tidħlu l-Moskea mqaddsa. (f'Mekka), jekk Alla jrid, imħarsin, bi rjuskom imqaxxrin jew. xagħarkom imqassar, u ma tibżgħux. Huwa jaf dak li ma tafux, u qabel dak, ġab rebħa f'qasir żmien (ir-rebħa f'Ħudajbija)

Ayah 27

هُوَ ٱلَّذِيٓ أَرۡسَلَ رَسُولَهُۥ بِٱلۡهُدَىٰ وَدِينِ ٱلۡحَقِّ لِيُظۡهِرَهُۥ عَلَى ٱلدِّينِ كُلِّهِۦۚ وَكَفَىٰ بِٱللَّهِ شَهِيدࣰ ا

Huwa li bagħat lill-Mibgħut tiegħu bit-tmexxija t-tajba u bid-din tas-sewwa, biex jgħollih fuq kull din. (ieħor). Alla huwa biżżejjed (għalikom) bħala Xhud

Ayah 28

مُّحَمَّدࣱ رَّسُولُ ٱللَّهِۚ وَٱلَّذِينَ مَعَهُۥٓ أَشِدَّآءُ عَلَى ٱلۡكُفَّارِ رُحَمَآءُ بَيۡنَهُمۡۖ تَرَىٰهُمۡ رُكَّعࣰ ا سُجَّدࣰ ا يَبۡتَغُونَ فَضۡلࣰ ا مِّنَ ٱللَّهِ وَرِضۡوَٰنࣰ اۖ سِيمَاهُمۡ فِي وُجُوهِهِم مِّنۡ أَثَرِ ٱلسُّجُودِۚ ذَٰلِكَ مَثَلُهُمۡ فِي ٱلتَّوۡرَىٰةِۚ وَمَثَلُهُمۡ فِي ٱلۡإِنجِيلِ كَزَرۡعٍ أَخۡرَجَ شَطۡـَٔهُۥ فَـَٔازَرَهُۥ فَٱسۡتَغۡلَظَ فَٱسۡتَوَىٰ عَلَىٰ سُوقِهِۦ يُعۡجِبُ ٱلزُّرَّاعَ لِيَغِيظَ بِهِمُ ٱلۡكُفَّارَۗ وَعَدَ ٱللَّهُ ٱلَّذِينَ ءَامَنُواْ وَعَمِلُواْ ٱلصَّٰلِحَٰتِ مِنۡهُم مَّغۡفِرَةࣰ وَأَجۡرًا عَظِيمَۢا

Muħammad huwa l-Mibgħut ta' Alla, u dawk ta' miegħu huma qliel kontra dawk li ma jemmnux, juru ħniena lejn xulxin, u tarahom milwijin u mixħutin fl-art jitolbu barka u għaxqa minn Alla. Is-sinjal tagħhom jinsab fl-uċuħ. tagħhom, ( 4 jingħarfu) mill-marki li jidhru, minħabba li jinxteħtu fl-art (iqimu lil Alla). Din hija t-tixbiha tagħhom fit-Torà, u t-tixbiha tagħhom fl- Evanġelju: (huwa) bħal żerriegħa li ħarġet il-werqa tagħha, qawwietha sa ma bbieset u waqfet fuq iz-zokk tagħha. Hija togħġob lil dawk li żergħu(ha) biex bihom (b'dawk li żergħu din ix-xitla) Huwa jqanqal l-għadab ta'. dawk li ma jemmnux, Alla wiegħed maħfra u ħlas kbir lil dawk minnhom li jemmnu u jagħmlu l-ġid

Ayah 29